|
26.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Frar 2012 — Staat der Nederlanden vs ENECO HOLDING N.V.
(Kawża C-106/12)
2012/C 151/27
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staat der Nederlanden
Konvenuta: ENECO HOLDING NV
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 345 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “sistema tal-proprjetà fl-Istati Membri” is-sistema tal-projbizzjoni assoluta ta’ privatizzazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża, kif stabbilita fid-digriet dwar l-azzjonijiet ta’ operaturi ta’ netwerk, moqri flimkien mal-Artikolu 93 tal-liġi tal-1998 dwar l-elettriku u l-Artikolu 85 tal-Liġi dwar il-gass, li timplika li l-azzjonijiet f’operatur ta’ netwerk jistgħu jiġu ttrasferiti biss fl-ambitu tal-awtoritajiet pubbliċi? |
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandu dan bħala konsegwenza li r-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital ma humiex applikabbli għall-projbizzjoni ta’ grupp ta’ kumpanniji, jew tal-inqas li ma hemmx bżonn tiġi eżaminata l-projbizzjoni ta’ grupp ta’kumpanniji fid-dawl tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital? |
|
(3) |
L-għanijiet, li huma wkoll dawk tal-Won [liġi dwar l-amministrazzjoni indipendenti tan-netwerks (Wet onafhankelijk netbeheer)], intiżi, permezz tal-ġlieda kontra s-sussidji trażversali fis-sens wiesa’ (inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni strateġika), sabiex jiżguraw it-trasparenza fis-suq tal-enerġija u sabiex jipprevjenu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, huma interessi ekonomiċi puri, jew jistgħu jitqiesu wkoll bħala interessi ta’ natura mhux ekonomika, fis-sens li, f’ċerti ċirkustanzi, huma jistgħu jikkostitwixxu, inkwantu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, ġustifikazzjoni għal restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital? |