|
5.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht Leipzig (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2012 — Gemeinde Altrip et vs Land Rheinland-Pfalz
(Kawża C-72/12)
2012/C 133/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht Leipzig
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gemeinde Altrip, Gebrüder Hört GbR, Willi Schneider
Konvenut: Land Rheinland-Pfalz
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/35/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jipprovdu li d-dispożizzjonijiet tad-dritt intern adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE (2) japplikaw ukoll għall-proċeduri amministrattivi ta’ awtorizzazzjoni mibdjia qabel il-25 ta’ Ġunju 2005 li madankollu wasslu għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni biss wara din id-data? |
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din l-ewwel domanda: L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jestendu l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni ta’ din l-istess dispożizzjoni u li jirrigwardaw il-kontestazzjoni tal-legalità ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-proċedura fil-każ ta’ evalwazzjoni ambjentali li tkun saret u li madankollu tkun irregolari? |
|
(3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din it-tieni domanda: L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE għandu, fil-każijiet fejn id-dritt amministrattiv proċedurali ta’ Stat Membru jistipula, kif permess mill-Artikolu 10a(b) ta’ din l-istess direttiva, il-prinċipju li l-membri tal-pubbliku kkonċernat jistgħu jaġixxu b’azzjoni quddiem korp ġudizzjarju biss sabiex jiġi ddikjarat ksur ta’ dritt, jiġi interpretat fis-sens
Fil-każ li għal din id-domanda għandha tingħata risposta fis-sens propost taħt il-paragrafu b): Liema kundizzjonijiet sostantivi għandhom jissodisfaw id-difetti proċedurali sabiex ikunu jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni favur rikorrent fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja li tikkontesta l-legalità ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-proċedura? |
(1) Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466).
(2) Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).