28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Frar 2012 — A. Schlecker, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Firma Anton Schlecker”, parti l-oħra: Boedeker

(Kawża C-64/12)

2012/C 126/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A. Schlecker, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Firma Anton Schlecker”

Konvenuta: M.J. Boedeker

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (1) għandu jiġu interpretat fis-sens li jekk ħaddiem iwettaq ix-xogħol ipprovdut fil-kuntratt ta’ xogħol mhux biss abitwalment, iżda wkoll għal perijodu twil mingħajr interruzzjoni fl-istess pajjiż, il-liġi ta’ dan il-pajjiż għandha tapplika f’kull każ, anki jekk iċ-ċirkustanzi l-oħra kollha jindikaw rabta stretta bejn il-kuntratt ta’ xogħol u pajjiż ieħor?

(2)

Risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda teżiġi li, waqt il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ xogħol, jew minn tal-inqas, meta jibda jwettaq xogħlu l-ħaddiem, il-persuna li timpjega u l-ħaddiem kellhom l-intenzjoni,, jew minn tal-inqas, għarfien tal-fatt li x-xogħol ser jitwettaq fl-istess pajjiż għal perijodu twil u mingħajr interruzzjoni?


(1)  Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10)