28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nyíregyházi Törvényszék (l-Ungerija) fis-26 ta’ Jannar 2012 — Felső-Tisza-vidéki Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

(Kawża C-38/12)

2012/C 126/08

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Nyíregyházi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Felső-Tisza-vidéki Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság

Konvenuti: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Domandi preliminari

(1)

Il-paragrafi (4) u (5) tal-Artikolu 143(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għal dak li jirrigwarda s-sena 2008, jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont iż-żona, iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewopew dwar Garanzija, is-sisien u d-digi għall-protezzjoni kontra l-għargħar (sisien) fil-każ ukoll fejn, sew jekk tkun fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2003 sew jekk iktar tard, il-ħaxix li jitkabbar kien ġie sistematikament miżmum għall-ħsad jew għall-mergħa, u fejn l-imsemmija sisien jikkostitwixxu żona miżmuma f’kundizzjonijiet agronomiċi tajbin?

(2)

Il-paragrafi (4) u (5) tal-Artikolu 143(b) tar-Regolament Nru 1782/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna taż-żona żoni li l-użu tagħhom għall-għan agrikolu huwa sekondarju?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269)