24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/15


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2012 minn Idromacchine Srl et, kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba Awla) fit-8 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-88/09, Idromacchine Srl et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-34/12 P)

2012/C 89/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Idromacchine Srl, Alessandro Capuzzo, Roberto Capuzzo (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)

Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fit-8 ta’ Novembru 2011, fil-Kawża T-88/09, sa fejn:

ma rrikonoxxietx id-dannu materjali subit minn Idromacchine;

irrikonoxxiet biss dannu morali irriżorju fir-rigward ta’ Idromacchine;

ma rrikonoxxietx id-dannu morali subit minn A. Capuzzo u minn R.Capuzzo;

u, konsegwentement, laqgħet it-talbiet tar-rikorrenti mressqa fl-ewwel istanza.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti fiż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jibbażaw ruħhom fuq l-żbalji ta’ liġi li ġejjin mwettqa mill-Qorti Ġenerali:

I.

żball manifest, li jirriżulta mill-atti tal-proċedura, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma kienx is-suġġett tar-rikors li tiġi vverifikata n-natura żbaljata tal-fatti preġudikanti attribwiti lil Idromacchine;

II.

motivazzjoni insuffiċċjenti u għalhekk żbaljata fir-rigward taċ-ċaħda tal-ilmenti li jikkonċernaw il-ksur tal-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża;

III.

żnaturament manifest tal-atti tal-proċedura, tal-fatti u tal-provi li jikkonċernaw id-dannu materjali — Ksur tar-regoli applikabbli għall-oneru tal-prova — Difetti ta’ motivazzjoni;

IV.

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni u tiċħid mill-ġustizzja fir-rigward tal-kriterji ta’ kwantifikazzjoni tad-dannu morali rrikonoxxut fir-rigward ta’ Idromacchine;

V.

ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, nuqqas ta’ motivazzjoni, ineżattezza materjali manifesta li tirriżulta mill-atti tal-proċedura, fir-rigward tar-rifjut tal-għoti ta’ kumpens għad-dannu morali subit minn A. Capuzzo u R. Capuzzo.