24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Jannar 2012 — Colloseum Holding AG vs Levi Strauss & Co.

(Kawża C-12/12)

2012/C 89/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Colloseum Holding AG

Konvenuta: Levi Strauss & Co.

Domandi preliminari

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens:

(1)

li trade mark, li hija parti minn trade mark kumplessa u li kisbet karattru distintiv bl-użu tat-trade mark kumplessa biss, tista’ tintuża b’mod li tiżgura ż-żamma tad-drittijiet marbuta magħha meta tintuża biss it-trade mark kumplessa;

(2)

li trade mark tintuża b’mod li tiżgura ż-żamma tad-drittijiet marbuta magħha, meta tintuża flimkien ma’ trade mark oħra biss, meta l-pubbliku jikkunsidra ż-żewġ trade marks bħala sinjali distintivi indipendenti u, barra minn hekk, meta ż-żewġ trade marks jiġu rreġistrati flimkien bħala trade mark?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE), tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)