31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Lleida (Spanja) fit-3 ta’ Jannar 2012 — Marc Betriu Montull vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-5/12)

2012/C 98/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Lleida (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Betriu Montull

Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Domandi preliminari

(1)

Għandha tiġi kkunsidrata bħala li tmur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE (1) u d-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE (2), dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali, f’dan il-każ l-Artikolu 48(4) tal-Estatuto de los Trabajadores, li tistabbilixxi d-dritt għal leave tal-maternità fl-ipotesi ta’ twelid, wara l-perijodu tas-sitt ġimgħat wara t-twelid, u bl-eċċezzjoni tal-każijiet fejn jeżisti periklu għas-saħħa tal-omm, bħala dritt inerenti u awtonomu għall-ommijiet impjegati, u bħala dritt sussidjarju għall-missirijiet impjegati, li jistgħu jgawdu minn dan il-leave ħlief biss jekk l-omm hija wkoll impjegata u tagħżel li ċċedi lill-missier parti speċifika minn dan il-leave?

(2)

Għandha tiġi kkunsidrata bħala li tmur kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali li jipprojbixxi diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, liġi nazzjonali, b’mod konkret l-Artikolu 48(4) tal-Estatuto de los Trabajadores, li jirrikonoxxi s-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol biż-żamma tal-impjieg, li tieħu inkarigu tagħha s-sigurtà soċjali fl-ipotesi ta’ twelid, bħala dritt inerenti tal-omm u mhux tal-missier, anki wara l-perijodu ta’ sitt ġimgħat li jsegwi t-twelid, ħlief fil-każijiet ta’ periklu għas-saħħa tal-omm, b’mod li l-leave jista’ jingħata biss lill-missier ħaddiem fil-każ li omm il-wild ikollha wkoll l-istatus ta’ ħaddiem impjegat?

(3)

Għandha tiġi kkunisdata bħala li tmur kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni, liġi nazzjonali, b’mod konkret l-Artikolu 48(4) tal-Estatuto de los Trabajadores, li jirrikonoxxi dritt inerenti għas-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol biż-żamma tal-impjieg u li tieħu inkarigu tagħha s-sigurtà soċjali għall-missirijiet ħaddiema impjegati meta huma jadottaw wild, filwaqt li, meta huma jkollhom wild bijoloġiku, din tirrikonoxxilhom biss dritt li huwa sussidjarju għal dak tal-omm u mhux dritt ta’ sospensjoni proprju, awtonomu u indipendenti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5,Vol. 2, p. 285)