24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugal) fit-3 ta’ Jannar 2012 — Ordem dos Técnicos Oficiais de Contas vs Ordem dos Técnicos Oficiais de Contas
(Kawża C-1/12)
2012/C 89/18
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ordem dos Técnicos Oficiais de Contas
Konvenuta: Autoridade da Concorrência
Domandi preliminari
(1) |
Entità bħall-Assoċjazzjoni tal-Accountants (OTOC) għandha tiġi kkunsidrata kollha kemm hi bħala assoċjazzjoni ta’ impriżi għall-finijiet tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni (fis-suq tat-taħriġ)? Fejn applikabbli, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101(2) TFUE fis-seħħ, fis-sens li entità li, bħall-OTOC, tadotta regoli vinkolanti ta’ applikazzjoni ġenerali — sabiex tissodisfa r-rekwiżiti legali — għat-taħriġ obbligatorju ta’ accountants, sabiex jiggarantixxu liċ-ċittadini l-għoti ta’ servizz kredibbli u ta’ kwalità, hijiex ukoll suġġetta għal dawn ir-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni? |
(2) |
Jekk entità bħall-OTOC hija obbligata bil-liġi, li tistabilixxi sistema ta’ taħriġ obbligatorju għall-membri tagħha, l-Artikolu 101 TFUE fis-seħħ jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jiġi kkontestat il-ħolqien, mill-OTOC u mir-regolament li ħoloqha, ta’ sistema ta’ taħriġ obbligatorju skont il-liġi, sakemm hija limitata strettament sa biex tissodisfa r-rekwiżit legali? Għall-kuntrarju, din il-kwistjoni taqa’, fl-ambitu tal-Artikolu 101 TFUE u għandha tiġi evalwata skont l-Artikoli 56 et seq TFUE fis-seħħ? |
(3) |
Minħabba l-fatt li s-sentenza Wouters (1), kif ukoll f’sentenzi simili, qamet il-kwistjoni ta’ leġiżlazzjoni li għandha effett fuq l-attività ekonomika tal-membri tal-assoċjazzjoni professjonali inkwistjoni, l-Artikoli 101 u 102 TFUE fis-seħħ jipprekludu leġiżlazzjoni dwar it-taħriġ ta’ accountants li ma għandha l-ebda influwenza diretta fuq l-attività ekonomika ta’ dawn il-professjonisti? |
(4) |
Fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (dwar is-suq tat-taħriġ), tistax assoċjazzjoni professjonali tista’ teżiġi, għall-eżerċizzju tal-professjoni li hija tirrappreżenta, taħriġ speċifiku li tipprovdi hija biss? |
(1) C-309/99, Ġabra p. 1-1577