Kawża C‑611/12 P
Jean-François Giordano
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell — Politika komuni tas-sajd — Kwoti tas-sajd — Miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Kummissjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — It‑tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert — Drittijiet suġġettivi għas-sajd”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ottubru 2014
Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti – Ammissibbiltà – Stħarriġ tan-natura reali u ċerta tad-dannu invokat – Inklużjoni
(Artikolu 256 TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58)
Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Inammissibbiltà
(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58)
Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert – Oneru tal-prova – Dannu kkawżat mit-telf ta’ parti ta’ kwota tas-sajd minħabba l-adozzjoni ta’ miżura ta’ projbizzjoni – Inċertezza dwar il-portata tad-dannu – Assenza ta’ effett fuq in-natura ċerta tad-dannu
(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008)
Sajd – Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar – Skema tal-kwoti tas-sajd – Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza li jirrestrinġu s-sajd fil-każ ta’ theddida serja għall-konservazzjoni ta’ riżorsi jew għall-eko-sistema tal-baħar – Obbligu li tistenna li tinqabeż kwota qabel tadotta miżuri – Assenza
(Regolament tal-Kunsill Nru 2371/2002, Artikolu 7(1))
Sajd – Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar – Miżuri intiżi li jtaffu t-theddida ta’ kollass tal-istokk tat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant – Regolament Nru 530/2008 – Restrizzjoni sproporzjonata tad-drittijiet għall-proprjetà u għall-eżerċizzju liberu ta’ attività professjonali – Assenza – Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Assenza
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 15, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17, u l-Artikolu 52(1); Regolament tal-Kunsill Nru 2371/2002, Artikoli 7(1) u 26(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008)
Huwa ammissibbli fil-kuntest ta’ appell aggravju intiż li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-eżistenza ta’ żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fil-klassifikazzjoni tad-dannu invokat bħala reali u ċert fil-kuntest tal-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni.
(ara l-punt 31)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 33)
Fil-kuntest tal-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, il-kundizzjoni dwar ir-realtà tad-dannu tirrikjedi li d-dannu li għalih ikun qed jintalab kumpens ikun reali u ċert, liema fatt għandu jiġi pprovat mir-rikorrent.
Għal dak li jirrigwarda l-allegat dannu li jikkonsisti mill-parti tal-kwota individwali tas-sajd mhux użata u mhux mibjugħa minħabba l-projbizzjoni ta’ sajd għat-tonn minn ċertu data imposta mir-Regolament Nru 530/2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran, dan id-dannu ma jistax jitqies bħala reali u ċert, sa fejn ma jistax jiġi eskluż li, anki li kieku l-appellant seta’ jistad wara d-data effettiva tal-projbizzjoni, huwa ma kienx jilħaq il-kwota tiegħu għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu.
Fil-fatt, minn naħa, l-eżistenza ta’ dritt mogħti lill-individwi minn dispożizzjoni legali ma tirrigwardax ir-realtà tad-dannu iżda tikkostitwixxi kundizzjoni li għaliha hija suġġetta l-konstatazzjoni ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ tali dispożizzjoni, minn istituzzjoni tal-Unjoni, sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, iċ-ċaħda mill-Qorti Ġenerali tal-argument tal-appellant li jgħid li kien jeżawrixxi l-kwota tiegħu hija rilevanti biss għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-portata tad-dannu invokat iżda mhux għall-eżistenza stess ta’ tali dannu, li n-natura ċerta tiegħu ma hijiex ikkontestata minn inċertezza dwar il-portata eżatta tiegħu.
(ara l-punti 36-38, 40)
Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2371/2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd, il-Kummissjoni tista’ tadotta tali miżuri mill-mument li jeżistu provi ta’ theddida serja għall-konservazzjoni ta’ riżorsi akwatiċi ħajjin, jew għall-eko-sistema tal-baħar b’riżultat ta’ attivitajiet tas-sajd u jkun hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata, mingħajr ma jkollha tistenna li tinqabeż il-kwota allokata. F’dan ir-rigward, il-fatt li persuna jkollha dritt li tistad kif ukoll kwota allokata mill-Istat Membru kompetenti għal staġun tas-sajd partikolari ma jistax jagħti lil din il-persuna d-dritt li tkun tista’, f’kull ċirkustanza, teżawrixxi din il-kwota.
(ara l-punti 46, 48)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran, ma jikkostitwixxix restrizzjoni sproporzjonata tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività professjonali, kif iggarantit mill-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tad-dritt għall-proprjetà, kif iggarantit mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-imsemmija Karta.
Fil-fatt, ir-Regolament Nru 530/2008 jissodisfa definittivament għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni, jiġifieri dak li tiġi evitata, skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2371/2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd, theddida gravi għall-konservazzjoni u għall-irkupru tal-istokk tat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Baħar Mediterran. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ projbizzjoni ta’ sajd li jinsabu fir-Regolament Nru 530/2008 ma humiex manifestament inadegwati fir-rigward ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan ta’ interess ġenerali, u għalhekk huma konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Issa, l-eżerċizzju liberu ta’ attivitajiet professjonali ma huwiex dritt assolut, iżda għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tar-rwol tiegħu fis-soċjetà, bil-possibbiltà li jiġu stabbiliti limitazzjonijiet fil-konfront tiegħu skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, peress li l-possibbiltà li jittieħdu miżuri li jkollhom l-effett li jwaqqfu l-istaġuni tas-sajd qabel id-data normali hija prevista, b’mod partikolari, fl-Artikoli 7(1) u 26(4) tar-Regolament Nru 2371/2002, l-operaturi Komunitarji li l-attività tagħhom tikkonsisti fis-sajd għat-tonn ma jistgħux jinvokaw il-benefiċċju taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi huma jistgħu jipprevedu li tali miżuri jistgħu jiġu adottati.
(ara l-punti 49, 50, 52)
Kawża C‑611/12 P
Jean-François Giordano
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell — Politika komuni tas-sajd — Kwoti tas-sajd — Miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Kummissjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — It‑tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert — Drittijiet suġġettivi għas-sajd”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ottubru 2014
Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti — Ammissibbiltà — Stħarriġ tan-natura reali u ċerta tad-dannu invokat — Inklużjoni
(Artikolu 256 TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58)
Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà
(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58)
Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert — Oneru tal-prova — Dannu kkawżat mit-telf ta’ parti ta’ kwota tas-sajd minħabba l-adozzjoni ta’ miżura ta’ projbizzjoni — Inċertezza dwar il-portata tad-dannu — Assenza ta’ effett fuq in-natura ċerta tad-dannu
(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008)
Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar — Skema tal-kwoti tas-sajd — Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza li jirrestrinġu s-sajd fil-każ ta’ theddida serja għall-konservazzjoni ta’ riżorsi jew għall-eko-sistema tal-baħar — Obbligu li tistenna li tinqabeż kwota qabel tadotta miżuri — Assenza
(Regolament tal-Kunsill Nru 2371/2002, Artikolu 7(1))
Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar — Miżuri intiżi li jtaffu t-theddida ta’ kollass tal-istokk tat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant — Regolament Nru 530/2008 — Restrizzjoni sproporzjonata tad-drittijiet għall-proprjetà u għall-eżerċizzju liberu ta’ attività professjonali — Assenza — Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Assenza