Kawża C‑604/12

H. N.

vs

Minister for Justice, Equality and Law Reform et

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda)]

“Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Direttiva 2005/85/KE — Livelli minimi dwar il-proċedura għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri — Regola ta’ proċedura nazzjonali li tissuġġetta l-eżami tat-talba għal protezzjoni sussidjarja għaċ-ċaħda preċedenti tat-talba għall-istatus ta’ refuġjat — Ammissibbiltà — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ effettività — Dritt għal amministrazzjoni tajba — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 41 — Imparzjalità u veloċità tal-proċedura”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014

  1. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Status ta’ refuġjat jew status mogħti mill-protezzjoni sussidjarja – Direttiva 2004/83 – Regola ta’ proċedura nazzjonali li tissuġġetta l-eżami ta’ talba għall-protezzjoni sussidjarja għaċ-ċaħda preċedenti tat-talba għall-istatus ta’ refuġjat – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Osservanza tal-prinċipju ta’ effettività – Preżentata simultanja tat-talba għall-ażil u tat-talba għal protezzjoni sussidjarja – Eżami tat-talba għal protezzjoni sussidjarja f’terminu raġonevoli

    (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Direttiva tal-Kunsill 2004/83)

  2. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Status ta’ refuġjat jew status mogħti mill-protezzjoni sussidjarja – Direttiva 2004/83 – Proċedura ta’ eżami ta’ talba għal protezzjoni sussidjarja – Awtorità nazzjonali li tinforma lill-applikant bl-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni ta’ deportazzjoni qabel l-eżami tat-talba tiegħu – Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ksur tar-rekiwżit ta’ imparzjalità – Assenza

    (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Direttiva tal-Kunsill 2004/83)

  1.  Id-Direttiva 2004/83, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li inkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività u d-dritt għal amministrazzjoni tajba ma jipprekludux regola ta’ proċedura nazzjonali, li tissuġġetta l-eżami ta’ talba għal protezzjoni sussidjarja għaċ-ċaħda preċedenti ta’ talba intiża li jinkiseb l-istatus ta’ refuġjat, kemm-il darba, minn naħa, it-talba intiża għall-kisba tal-istatus ta’ refuġjat u t-talba għal protezzjoni sussidjarja jkunu jistgħu jitressqu fl-istess ħin, u, min-naħa l-oħra, din ir-regola ta’ proċedura nazzjonali ma twassalx biex l-eżami tat‑talba għal protezzjoni sussidjarja jitwettaq f’terminu irraġonevoli, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    Fil-fatt, minn naħa, il-protezzjoni sussidjarja tikkostitwixxi fattur addizzjonali għall-protezzjoni tar-refuġjati stabbilita bil-Konvenzjoni ta’ Genève.

    Min-naħa l-oħra, peress li l-applikant għal protezzjoni internazzjonali ma huwiex neċessarjament f’pożizzjoni li jevalwa liema tip ta’ protezzjoni japplika għat-talba tiegħu u li, barra minn hekk, l-istatus ta’ refuġjat jagħti protezzjoni iktar wiesgħa minn dik mogħtija mill-protezzjoni sussidjarja, talba għal protezzjoni sussidjarja għandha, bħala regola, tiġi eżaminata biss wara li l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li l-applikant għal protezzjoni internazzjonali ma kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat.

    Barra minn hekk, tali regola għandha tiggarantixxi aċċess effettiv lill-persuni li jeħtieġu protezzjoni sussidjarja għad-drittijiet mogħtija lilhom mid-Direttiva.

    (ara l-punti 32, 34-36, 42, 57 u d-dispożittiv)

  2.  Meta Stat Membru jimplementa d-dritt tal-Unjoni, ir-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dritt għal amministrazzjoni tajba, stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li jirriflettu prinċipju ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari d-dritt li kull persuna jkollha l-kawżi tagħha meqjusa b’mod imparzjali u f’terminu raġonevoli, japplikaw fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti tal-protezzjoni sussidjarja, immexxija mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

    F’dak li jikkonċerna leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-talba għal protezzjoni sussidjarja għandha tkun is-suġġett ta’ proċedura distinta li bilfors għandha tiġi wara ċ-ċaħda ta’ talba għall-ażil, il-fatt li l-awtorità nazzjonali, qabel ma tibda l-eżami ta’ talba għal protezzjoni sussidjarja, tinforma lill-applikant ta’ din il-protezzjoni bl-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni ta’ deportazzjoni ma jistax, inkwantu tali, iwassal għal nuqqas ta’ imparzjalità oġġettiva ta’ din l-awtorità.

    Fil-fatt, huwa paċifiku li din l-intenzjoni tal-awtorità kompetenti hija mmotivata mill-fatt li ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jingħata l-istatus ta’ refuġjat. Dan il-fatt ma jkunx jimplika għalhekk li l-awtorità kompetenti diġà ħadet pożizzjoni dwar il-kwistjoni jekk dan iċ-ċittadin jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-protezzjoni sussidjarja b’mod li r-regola proċedurali kkonċernata ma tiksirx ir-rekwiżit ta’ imparzjalità li jirriżulta mid-dritt għal amministrazzjoni tajba.

    (ara l-punti 49-51, 53-55)

Kawża C‑604/12

H. N.

vs

Minister for Justice, Equality and Law Reform et

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda)]

“Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Direttiva 2005/85/KE — Livelli minimi dwar il-proċedura għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri — Regola ta’ proċedura nazzjonali li tissuġġetta l-eżami tat-talba għal protezzjoni sussidjarja għaċ-ċaħda preċedenti tat-talba għall-istatus ta’ refuġjat — Ammissibbiltà — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ effettività — Dritt għal amministrazzjoni tajba — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 41 — Imparzjalità u veloċità tal-proċedura”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014

  1. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-ażil — Status ta’ refuġjat jew status mogħti mill-protezzjoni sussidjarja — Direttiva 2004/83 — Regola ta’ proċedura nazzjonali li tissuġġetta l-eżami ta’ talba għall-protezzjoni sussidjarja għaċ-ċaħda preċedenti tat-talba għall-istatus ta’ refuġjat — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Osservanza tal-prinċipju ta’ effettività — Preżentata simultanja tat-talba għall-ażil u tat-talba għal protezzjoni sussidjarja — Eżami tat-talba għal protezzjoni sussidjarja f’terminu raġonevoli

    (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Direttiva tal-Kunsill 2004/83)

  2. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-ażil — Status ta’ refuġjat jew status mogħti mill-protezzjoni sussidjarja — Direttiva 2004/83 — Proċedura ta’ eżami ta’ talba għal protezzjoni sussidjarja — Awtorità nazzjonali li tinforma lill-applikant bl-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni ta’ deportazzjoni qabel l-eżami tat-talba tiegħu — Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Ksur tar-rekiwżit ta’ imparzjalità — Assenza