Kawża C‑580/12 P

Guardian Industries Corp.

u

Guardian Europe Sàrl

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Akkordji — Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) — Iffissar tal-prezzijiet — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ intern tal-impriżi — Terminu raġonevoli — Ammissibbiltà ta’ dokumenti prodotti fid-dawl tas-seduta tal-Qorti Ġenerali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2014

  1. Proċedura ġudizzjarja – Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Terminu raġonevoli – Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni – Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli – Konsegwenzi – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Talba bbażata fuq tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti

    (Artikolu 256(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

  2. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet – Rispett fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja – Portata – Preżentata ta’ dokument proċedurali ġdid l-aħħar jum tax-xogħol qabel is-seduta – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Struzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 11(3))

  3. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa – Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni – Bejgħ b’rabta diretta jew indiretta mal-ksur – Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni – Esklużjoni tad-dħul mill-bejgħ intern ta’ grupp ta’ impriżi – Diskriminazzjoni tal-impriżi mhux integrati vertikalment – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

    (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)

  4. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Limitu – Osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni vvizzjata minn ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Konsegwenza – Tnaqqis tal-ammont tal-multa favur l-impriża diskriminata

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u (3), u 31)

  1.  Ksur, minn qorti tal-Unjoni Ewropea, tal-obbligu tagħha li jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li tiddeċiedi l-kawżi mressqa quddiemha fi żmien raġonevoli, għandu jiġi ssanzjonat permezz ta’ rikors għad-danni ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li tali rikors jikkostitwixxi rimedju effettiv.

    Minn dan isegwi li talba intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu kkawżat min-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni ma tistax titressaq direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell, iżda għandha titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali stess.

    F’dan ir-rigward, hija l-Qorti Ġenerali, li għandha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 256(1) TFUE, li għandha tiddeċiedi, jekk ikun neċessarju, dwar tali talbiet għad-danni u dan permezz ta’ kulleġġ ġudikanti differenti minn dak li jkun ittratta l-kawża li tkun wasslet għall-proċedura li t-tul tagħha jkun qiegħed jiġi kkritikat u billi tapplika l-kriterji ddefiniti fil-punti 91 sa 95 tas-sentenza Gascogne Sack Deutschland vs Il Kummissjoni (EU:C:2013:768).

    (ara l-punti 17-19)

  2.  Il-prinċipju tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet huwa prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni. Ikun bi ksur ta’ dan il-prinċipju li deċiżjoni ġudizzjarja tiġi bbażata fuq fatti jew dokumenti li l-partijiet, jew waħda minnhom, ma setgħux isiru jafu bihom u li għaldaqstant ma kinux f’pożizzjoni li jieħdu pożizzjoni dwarhom. Il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, li huwa korollarju tal-kunċett stess ta’ smigħ xieraq u li huwa intiż sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn il-partijiet fil-proċeduri, billi jiġi ggarantit li kull dokument ippreżentat lill-qorti jkun jista’ jiġi evalwat u kkontestat minn kull parti fil-proċeduri, jimplika l-obbligu li kull parti tiġi offruta possibbiltà raġonevoli li tippreżenta l-kawża tagħha, inkluż li tipproduċi l-provi tagħha, f’kundizzjonijiet li ma jpoġġuhiex f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ ċar meta mqabbla mal-avversarju tagħha.

    F’dan ir-rigward, ma jikkostitwixxix ksur tad-drittijiet tad-difiża l-fatt li dokument ippreżentat minn waħda mill-partijiet jitqies bħala ammissibbli, sa fejn, minn naħa, il-parti l-oħra kellha tlett ijiem sabiex tiffamiljarizza ruħha mal-kontenut tagħha qabel is-seduta u li tali terminu, minħabba n-natura u l-kontenut ta’ dan id-dokument u irrispettivament mill-osservanza tal-Artikolu 11(3) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali, ma jistax jitqies bħala eċċessivament qasir u fejn, min-naħa l-oħra, din il-parti l-oħra la talbet sabiex tkun tista’ tikkumenta bil-miktub fuq dan id-dokument u lanqas talbet differiment tas-seduta.

    (ara l-punti 30, 31, 33, 34)

  3.  Fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, għalkemm il-Kummissjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni f’dak li jikkonċerna l-kalkolu tal-ammont tal-multa, l-użu ta’ din is-setgħa diskrezzjonali huwa limitat, fost oħrajn, permezz tar-regoli ta’ etika li l-Kummissjoni imponiet fuqha nnifisha, b’mod partikolari fil-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

    Skont il-paragrafu 13 ta’ dawn il-linji gwida, sabiex jiġi stabbilit l-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta, il-Kummissjoni għandha tuża l-valur tal-bejgħ ta’ beni jew servizzi, imwettaq mill-impriża, f’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur, fis-settur ġeografiku kkonċernat ġewwa t-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea. Dan il-punt 13 huwa intiż sabiex jiġi adottat bħala punt ta’ tluq għall-kalkolu tal-multa imposta fuq impriża ammont li jirrifletti l-importanza ekonomika tal-ksur u l-piż relattiv ta’ din l-impriża fih. F’dan ir-rigward, għalkemm il-kunċett ta’ valur tal-bejgħ imsemmi f’dan il-punt 13 ma jistax, ċertament, jiġi estiż sabiex jinkludi l-bejgħ magħmul mill-impriża inkwistjoni li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkordju kkontestat, ikun madankollu kuntrarju għall-għan imfittex minn din id-dispożizzjoni jekk dan il-kunċett kellu jinftiehem bħala li jkopri biss id-dħul mill-bejgħ magħmul bil-bejgħ biss li fir-rigward tiegħu huwa stabbilit li dan kien ġie realment affettwat minn dan l-akkordju. Tali limitazzjoni jkollha, barra minn hekk, l-effett li tnaqqas b’mod artifiċjali l-importanza ekonomika tal-ksur imwettaq minn impriża partikolari, peress li l-fatt waħdu li nstab numru limitat ta’ provi diretti ta’ bejgħ li effettivament sar permezz tal-akkordju jwassal għall-impożizzjoni ta’ multa mingħajr relazzjoni reali mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkordju inkwistjoni. Tali premju għas-sigriet jippreġudika wkoll l-għan ta’ investigazzjoni u ta’ sanzjoni effettiva tal-ksur tal-Artikolu 81 KE u, għaldaqstant, ma jistax jiġi ammess. Barra minn hekk, il-parti tad-dħul mill-bejgħ globali li ġej mill-bejgħ tal-prodotti li huma s-suġġett tal-ksur hija fl-aħjar pożizzjoni sabiex tirrifletti l-importanza ekonomika ta’ dan il-ksur.

    Għalhekk ma hemmx lok li ssir distinzjoni minn fost dan il-bejgħ skont jekk dan sarx ma’ terzi indipendenti jew ma’ entitajiet li jappartjenu lill-istess impriża. Il-fatt li ma jitteħidx inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ li jaqa’ taħt din l-aħħar kategorija jwassal inevitabbilment għal vantaġġ, mingħajr ġustifikazzjoni, għall-kumpanniji integrati vertikalment peress li jippermettilhom li jaħarbu minn sanzjoni proporzjonata għall-importanza tagħhom fuq is-suq tal-prodotti li jagħmel parti mill-ksur. Fil-fatt, minbarra l-benefiċċju li jista’ jinkiseb minn ftehim ta’ ffissar orizzontali tal-prezzijiet meta jsir bejgħ lil terzi indipendenti, l-impriżi integrati vertikalment jistgħu wkoll jibbenefikaw minn tali ftehim fuq is-suq downstream ta’ prodotti pproċessati li huma magħmula, inter alia, mill-prodotti li huma s-suġġett tal-ksur, u dan jiġri abbażi ta’ żewġ raġunijiet differenti.

    Peress li ma tistax issir, permezz tal-applikazzjoni ta’ metodi ta’ kalkolu differenti, diskriminazzjoni bejn l-impriżi li jkunu pparteċipaw fl-istess ksur tal-Artikolu 81 KE, minn dan isegwi li, għall-istabbiliment ta’ dan id-dħul mill-bejgħ, l-impriżi integrati vertikalment jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-produtturi li ma humiex integrati vertikalment. Minħabba l-fatt li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat, dawn iż-żewġ tipi ta’ impriżi għandhom għaldaqstant jiġu trattati b’mod ugwali. L-esklużjoni tal-bejgħ intern mid-dħul mill-bejgħ rilevanti jibbenefika lill-ewwel tip ta’ impriża billi tnaqqas il-piż rilevanti tiegħu fil-ksur bi ħsara lill-oħrajn.

    (ara l-punti 51, 55-60, 62, 63)

  4.  Fil-każ ta’ fondatezza ta’ motiv intiż biex jikseb tnaqqis fl-ammont ta’ multa imposta minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, hija l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li għandha tevalwa ċ-ċirkustanzi tal-kawża u t-tip ta’ ksur inkwistjoni sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa.

    Fir-rigward ta’ multa li l-Kummissjoni ddeterminat l-ammont tagħha skont metodu li jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’mod partikolari, tnaqqas din il-multa, mingħajr preġudizzju għall-evitar ta’ kull diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw fil-ksur.

    (ara l-punti 69, 72, 75, 78)

Kawża C‑580/12 P

Guardian Industries Corp.

u

Guardian Europe Sàrl

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Akkordji — Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) — Iffissar tal-prezzijiet — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ intern tal-impriżi — Terminu raġonevoli — Ammissibbiltà ta’ dokumenti prodotti fid-dawl tas-seduta tal-Qorti Ġenerali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2014

  1. Proċedura ġudizzjarja — Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Terminu raġonevoli — Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli — Konsegwenzi — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Talba bbażata fuq tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti

    (Artikolu 256(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

  2. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Rispett fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja — Portata — Preżentata ta’ dokument proċedurali ġdid l-aħħar jum tax-xogħol qabel is-seduta — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

    (Struzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 11(3))

  3. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Bejgħ b’rabta diretta jew indiretta mal-ksur — Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni — Esklużjoni tad-dħul mill-bejgħ intern ta’ grupp ta’ impriżi — Diskriminazzjoni tal-impriżi mhux integrati vertikalment — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

    (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)

  4. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Limitu — Osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni vvizzjata minn ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Konsegwenza — Tnaqqis tal-ammont tal-multa favur l-impriża diskriminata