Kawża C‑574/12
Centro Hospitalar de Setúbal EPE
u
Serviço de Utilização Comum dos Hospitais (SUCH)
vs
Eurest (Portugal) – Sociedade Europeia de Restaurantes Lda
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 2004/18/KE — Għoti tal-kuntratt mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti (għoti msejjaħ ‘in house’) — Persuna li tingħata l-kuntratt ġuridikament distinta mill-awtorità kontraenti — Ċentru ta’ provvista ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ sostenn fl-isptarijiet — Assoċjazzjoni ta’ utilità pubblika u mingħajr skop ta’ lukru — Maġġoranza tal-membri magħmula minn awtoritajiet kontraenti — Minoranza tal-membri magħmula minn entitajiet irregolati mid-dritt privat, assoċjazzjonijiet tal-karità mingħajr skop ta’ lukru — Attività mwettqa tal-inqas għal 80 % tad-dħul mill-bejgħ annwali favur il-membri”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratt mogħti lil assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li fost il-membri tagħha għandha istituzzjonijiet privati ta’ solidarjetà soċjali li jeżerċitaw attivitajiet mingħajr skop ta’ lukru – Inklużjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18)
Meta l-entità li tingħata kuntratt pubbliku tkun assoċjazzjoni ta’ utilità pubblika mingħajr skop ta’ lukru li, waqt l-għoti ta’ dan il-kuntratt, kellha fost il-membri tagħha mhux biss entitajiet tas-settur pubbliku, iżda wkoll istituzzjonijiet privati ta’ solidarjetà soċjali li jeżerċitaw attivitajiet mingħajr skop ta’ lukru, il-kundizzjoni li tirrigwarda l-kontroll analogu, sabiex l-għoti ta’ kuntratt pubbliku jkun jista’ jitqies bħala operazzjoni “in house”, ma tkunx issodisfatta, b’mod li d-Direttiva 2004/18, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], tkun applikabbli. Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-fatt li l-parteċipazzjoni ta’ membri privati fl-entità li ngħatat il-kuntratt hija biss waħda minoritarja.
Barra minn hekk, il-fatt li l-persuna li tingħata l-kuntratt tkun ikkostitwita fil-forma ġuridika ta’ assoċjazzjoni rregolata mid-dritt privat u li hija mingħajr skop ta’ lukru ma huwiex rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi u, konsegwentement, tal-eċċezzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet “in house”. Fil-fatt, tali ċirkustanza ma teskludix li l-entità li tingħata l-kuntratt tkun tista’ teżerċita attività ekonomika.
(ara l-punti 33, 42, 44 u d-dispożittiv)
Kawża C‑574/12
Centro Hospitalar de Setúbal EPE
u
Serviço de Utilização Comum dos Hospitais (SUCH)
vs
Eurest (Portugal) – Sociedade Europeia de Restaurantes Lda
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 2004/18/KE — Għoti tal-kuntratt mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti (għoti msejjaħ ‘in house’) — Persuna li tingħata l-kuntratt ġuridikament distinta mill-awtorità kontraenti — Ċentru ta’ provvista ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ sostenn fl-isptarijiet — Assoċjazzjoni ta’ utilità pubblika u mingħajr skop ta’ lukru — Maġġoranza tal-membri magħmula minn awtoritajiet kontraenti — Minoranza tal-membri magħmula minn entitajiet irregolati mid-dritt privat, assoċjazzjonijiet tal-karità mingħajr skop ta’ lukru — Attività mwettqa tal-inqas għal 80 % tad-dħul mill-bejgħ annwali favur il-membri”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kuntratt mogħti lil assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li fost il-membri tagħha għandha istituzzjonijiet privati ta’ solidarjetà soċjali li jeżerċitaw attivitajiet mingħajr skop ta’ lukru — Inklużjoni