Kawża C‑571/12
Greencarrier Freight Services Latvia SIA
vs
Valsts ieņēmumu dienests
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikoli 70(1) u 78 — Dikjarazzjonijiet doganali — Eżami parzjali tal-merkanzija — Teħid ta’ kampjuni — Kodiċi inkorrett — Estensjoni tar-riżultati għall-merkanzija identika koperta minn dikjarazzjonijiet doganali preċedenti wara l-għoti tar-rilaxx — Eżami wara r-rilaxx — Impossibbiltà li jintalab eżami supplimentari tal-merkanzija”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014
Unjoni doganali – Dikjarazzjonijiet doganali – Eżami wara r-rilaxx – Eżami parzjali tal-merkanzija – Riżultati tal-eżami li jwasslu għal bidla fil-klassifikazzjoni tariffarja – Estensjoni tar-riżultati għall-merkanzija identika koperta minn dikjarazzjonijiet doganali preċedenti – Estensjoni skont l-Artikolu 70 tar-Regolament Nru 2913/92 – Inammissibbiltà
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 70)
Unjoni doganali – Dikjarazzjonijiet doganali – Eżami wara r-rilaxx – Eżami parzjali tal-merkanzija – Riżultati tal-eżami li jwasslu għal bidla fil-klassifikazzjoni tariffarja – Estensjoni tar-riżultati għall-merkanzija identika koperta minn dikjarazzjonijiet doganali preċedenti – Estensjoni skont l-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 2913/92 – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 78 u 221(3))
L-Artikolu 70(1) tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li, peress li huwa applikabbli biss għall-merkanzija li hija suġġetta għall-istess dikjarazzjoni meta din il-merkanzija tiġi eżaminata mill-awtoritajiet doganali matul il-perijodu preċedenti għall-għoti minn dawn tal-aħħar tar-rilaxx tal-imsemmija merkanzija, din id-dispożizzjoni ma tippermettix lil dawn l-awtoritajiet jestendu r-riżultati ta’ eżami parzjali ta’ merkanzija msemmija minn dikjarazzjoni doganali għal merkanzija msemmija minn dikjarazzjonijiet doganali preċedenti li kienet diġà rrilaxxata minn dawn l-istess awtoritajiet.
(ara l-punti 24, 25, 42 u d-dispożittiv)
L-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtoritajiet doganali li jestendu r-riżultati tal-eżami parzjali ta’ merkanzija msemmija minn dikjarazzjoni doganali, li sar permezz ta’ kampjuni meħuda minn fuq din tal-aħħar, għal merkanzija msemmija minn dikjarazzjonijiet preċedenti mressqa mill-istess dikjarant doganali, li ma kinitx u li ma tistax tiġi suġġetta għal tali eżami, peress li r-rilaxx tal-merkanzija kien diġà sar, meta din il-merkanzija hija identika.
Huwa irrilevanti, f’dan ir-rigward, li d-dikjarant doganali ma jkunx iktar fil-pożizzjoni li jitlob eżami supplimentari tal-merkanzija kkonċernata u, skont il-każ, li jittieħdu kampjuni addizzjonali. Fil-fatt, l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali japplika, bħala prinċipju, wara l-għoti tar-rilaxx tal-merkanzija, f’mument meta l-preżentazzjoni tagħha tista’ tirriżulta impossibbli.
Madankollu huwa importanti li d-dikjarant doganali jkollu d-dritt li jikkontesta tali estensjoni, b’mod partikolari meta huwa jqis, minkejja l-indikazzjonijiet proprji pprovduti fid-dikjarazzjonijiet doganali tiegħu, li r-riżultat tal-eżami parzjali ta’ merkanzija msemmija minn dikjarazzjoni ma huwiex trasponibbli għal merkanzija msemmija minn dikjarazzjonijiet preċedenti, filwaqt li jipproduċi kull element probatorju ta’ natura li jsostni l-allegazzjoni li turi l-assenza ta’ identiċità tal-merkanzija inkwistjoni.
Barra minn hekk, għalkemm l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali ma jistabbilixxi ebda terminu speċifiku għar-reviżjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali, l-awtoritajiet doganali, skont l-Artikolu 221(3) ta’ dan il-kodiċi, jistgħu jikkomunikaw dejn doganali ġdid matul terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri mid-data ta’ bidu ta’ dan id-dejn.
(ara l-punti 34, 35, 38, 40, 43 u d-dispożittiv)
Kawża C‑571/12
Greencarrier Freight Services Latvia SIA
vs
Valsts ieņēmumu dienests
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikoli 70(1) u 78 — Dikjarazzjonijiet doganali — Eżami parzjali tal-merkanzija — Teħid ta’ kampjuni — Kodiċi inkorrett — Estensjoni tar-riżultati għall-merkanzija identika koperta minn dikjarazzjonijiet doganali preċedenti wara l-għoti tar-rilaxx — Eżami wara r-rilaxx — Impossibbiltà li jintalab eżami supplimentari tal-merkanzija”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014
Unjoni doganali — Dikjarazzjonijiet doganali — Eżami wara r-rilaxx — Eżami parzjali tal-merkanzija — Riżultati tal-eżami li jwasslu għal bidla fil-klassifikazzjoni tariffarja — Estensjoni tar-riżultati għall-merkanzija identika koperta minn dikjarazzjonijiet doganali preċedenti — Estensjoni skont l-Artikolu 70 tar-Regolament Nru 2913/92 — Inammissibbiltà
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 70)
Unjoni doganali — Dikjarazzjonijiet doganali — Eżami wara r-rilaxx — Eżami parzjali tal-merkanzija — Riżultati tal-eżami li jwasslu għal bidla fil-klassifikazzjoni tariffarja — Estensjoni tar-riżultati għall-merkanzija identika koperta minn dikjarazzjonijiet doganali preċedenti — Estensjoni skont l-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 2913/92 — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet