Kawża C‑563/12

BDV Hungary Trading Kft.

vs

Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria)

“VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 146 — Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni — Artikolu 131 — Kundizzjonijiet iffissati mill-Istati Membri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-oġġett intiż għall-esportazzjoni għandu jkun ħalla t-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea f’terminu fiss ta’ 90 jum wara l-kunsinna”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni – Kunsinni ta’ oġġetti mibgħuta jew ittrasportati barra mill-Unjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-benefiċċju tal-eżenzjoni għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ trasport barra mill-Unjoni f’terminu ta’ 90 jum wara d-data tal-kunsinna – Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 131 u 146(1))

L-Artikoli 146(1) u 131 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġi interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema, fil-kuntest ta’ kunsinna għall-esportazzjoni, l-oġġetti intiżi għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ħallew it-territorju tal-Unjoni f’terminu fiss ta’ tliet xhur jew ta’ 90 jum wara d-data ta’ kunsinna, peress li s-sempliċi skadenza ta’ dan it-terminu għandha l-konsegwenza li ċċaħħad definittivament lill-persuna taxxabbli mill-eżenzjoni ta’ din il-kunsinna.

F’dan ir-rigward, it-terminu “mibgħuta” użat fl-imsemmi Artikolu 146(1)(b) tal-imsemmija direttiva, jindika li l-esportazzjoni ta’ oġġett isseħħ u li l-eżenzjoni tal-kunsinna fuq l-esportazzjoni hija applikabbli meta d-dritt li wieħed jiddisponi minn dan l-oġġett bħala proprjetarju jkun ġie trażmess lix-xerrej, li l-fornitur jistabbilixxi li dan l-oġġett intbagħat jew ġie ttrasportat barra mill-Unjoni u li, wara din l-ispedizzjoni jew dan it-trasport, l-oġġett fiżikament ikun telaq mit-territorju tal-Unjoni. Dan l-artikolu ma jipprovdix kundizzjoni li l-oġġett intiż għall-esportazzjoni għandu jkun ħalla t-territorju tal-Unjoni f’terminu preċiż sabiex l-eżenzjoni għall-esportazzjoni prevista fl-imsemmi artikolu tkun applikabbli.

Madankollu, l-eżenzjonijiet previsti fil-Kapitoli 2 sa 9 tat-Titolu IX ta’ din id-direttiva, li l-Artikolu 146 tagħha jagħmel parti minnu, japplikaw fil-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jiffissaw sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u sempliċi tal-imsemmija eżenzjonijiet u jkun hemm prevenzjoni ta’ kwalunkwe frodi, evażjoni jew kull abbuż eventwali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipji ġenerali tad-dritt li jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, li fosthom hemm, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

Għalhekk, huwa tajjeb, bħala regola, li l-Istati Membri jistabbilixxu terminu raġonevoli ta’ esportazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk oġġett li jiġi kkunsinnat għall-esportazzjoni jkunx effettivament ħareġ mill-Unjoni. Fil-fatt, l-impożizzjoni fuq il-bejjiegħ ta’ oġġett intiż għall-esportazzjoni ta’ terminu preċiż li fi tmiemu dan l-oġġett għandu jkun telaq mit-territorju doganali tal-Unjoni jikkostitwixxi mezz xieraq għal dan il-għan.

(ara l-punti 24-29, 34-36, 42 u d-dispożittiv)

Kawża C‑563/12

BDV Hungary Trading Kft.

vs

Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria)

“VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 146 — Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni — Artikolu 131 — Kundizzjonijiet iffissati mill-Istati Membri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-oġġett intiż għall-esportazzjoni għandu jkun ħalla t-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea f’terminu fiss ta’ 90 jum wara l-kunsinna”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Eżenzjonijiet — Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni — Kunsinni ta’ oġġetti mibgħuta jew ittrasportati barra mill-Unjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-benefiċċju tal-eżenzjoni għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ trasport barra mill-Unjoni f’terminu ta’ 90 jum wara d-data tal-kunsinna — Inammissibbiltà