Kawża C‑508/12

Walter Vapenik

vs

Josef Thurner

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg)

“Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati — Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni ta’ titolu eżekuttiv ta’ deċiżjoni — Sitwazzjoni li fiha tkun ġiet mogħtija deċiżjoni fl-Istat Membru tal-kreditur f’kawża bejn żewġ persuni li ma humiex impenjati f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013

Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ħolqien ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati – Regolament Nru 805/2004 – Ordnijiet Ewropej ta’ infurzar li jistgħu jiġu ċċertifikati – Sentenza mogħtija skont kuntratt konkluż bejn żewġ persuni li ma humiex impenjati f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 805/2004, Artikolu 6(1)(d); Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikoli 15(1) u 16(1) u (2))

L-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament Nru 805/2004 dwar il-ħolqien ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-kuntratti konklużi bejn żewġ persuni li ma humiex impenjati f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali.

Mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-konsumatur huwa persuna li tikkonkludi kuntratt għal użu li jista’ jkun barra mill-attività professjonali tiegħu Din id-dispożizzjoni ma tippreċiżax jekk il-kwalità professjonali jew le tal-parti kontraenti ma’ dan il-konsumatur għandha rwol għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-parti l-oħra bħala konsumatur. F’dan ir-rigward, u sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlatur Ewropew fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi, kif ukoll il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni, huwa xieraq li, b’mod partikolari, jittieħed inkunsiderazzjoni l-kunċett ta’ “konsumatur” li jinsab f’regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni u b’mod iktar speċifiku, fir-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali. Inkunsiderazzjoni tal-għan ta’ protezzjoni tal-konsumaturi previst f’dawn id-dispożizzjonijiet, li huwa intiż li jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza bejn il-partijiet fil-kuntratti konklużi bejn konsumatur u professjonist, l-applikazzjoni tagħhom ma tistax tiġi estiża għal persuni li fir-rigward tagħhom din il-protezzjoni ma hijiex ġġustifikata. Madankollu, jekk tinżamm, fil-kuntest tar-Regolament Nru 805/2004, definizzjoni tal-kunċett ta’ “konsumatur” iktar wiesgħa minn dik fir-Regolament Nru 44/2001 din tista’ twassal għal nuqqas ta’ koerenza fl-applikazzjoni taż-żewġ regolamenti. Konsegwentement, il-kunċett ta’ “konsumatur”, fis-sens tal-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament Nru 805/2004, ifisser persuna li tikkonkludi kuntratt għall-użu li jista’ jiġi kkunsidrat bħala estern għall-attività professjonali tiegħu ma’ persuna li tkun qed taġixxi fl-eżerċizzju tal-attivitajiet kummerċjali jew professjonali tagħha.

(ara l-punti 24, 25, 31, 37-39 u d-dispożittiv)

Kawża C‑508/12

Walter Vapenik

vs

Josef Thurner

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg)

“Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati — Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni ta’ titolu eżekuttiv ta’ deċiżjoni — Sitwazzjoni li fiha tkun ġiet mogħtija deċiżjoni fl-Istat Membru tal-kreditur f’kawża bejn żewġ persuni li ma humiex impenjati f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013

Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ħolqien ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati — Regolament Nru 805/2004 — Ordnijiet Ewropej ta’ infurzar li jistgħu jiġu ċċertifikati — Sentenza mogħtija skont kuntratt konkluż bejn żewġ persuni li ma humiex impenjati f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali — Esklużjoni