Kawża C‑438/12

Irmengard Weber

vs

Mechthilde Weber

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München)

“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Punt 1 tal-Artikolu 22 — Ġurisdizzjoni esklużiva — Tilwim fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem — Natura tad-dritt ta’ prelazzjoni — Artikolu 27(1) — Lis alibi pendens — Kunċett ta’ talbiet ippreżentati bejn l-istess partijiet u li jinvolvu l-istess kawża ta’ azzjoni — Rabta bejn il-punt 1 tal-Artikolu 22 u l-Artikolu 27(1) — Artikolu 28(1) — Konnessjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni tas-sospensjoni tad-deċiżjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ April 2014

  1. Proċedura ġudizzjarja – Proċedura orali – Ftuħ mill-ġdid – Obbligu li jsir ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet fuq punti ta’ liġi mqajma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali – Assenza

    (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

  2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Evalwazzjoni tan-neċessità u tar-rilevanza tad-domandi magħmula

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi esklużivi – Tilwim fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem – Kunċett – Azzjoni li tikkontesta l-validità tal-eżerċizzju ta’ dritt ta’ prelazzjoni – Inklużjoni

    (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, il-punt 1 tal-Artikolu 22)

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Lis alibi pendens – Talbiet ippreżentati bejn qrati ta’ Stati Membri differenti – Qorti adita fit-tieni lok li għandha ġurisdizzjoni esklużiva skont il-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament – Obbligu għall-qorti adita fit-tieni lok li tissospendi l-proċeduri quddiemha sal-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti adita – Assenza

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, il-punt 1 tal-Artikolu 22, Artikoli 27(1) u 35(1))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 28-30)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 33-37)

  3.  Il-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kategorija tal-kawżi “li jkollhom l-objettivi tagħhom in rem fi proprjetà immobbli [fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem]” imsemmija f’din id-dispożizzjoni, azzjoni intiża li tiġi kkonstatata l-invalidità tal-eżerċizzju ta’ dritt ta’ prelazzjoni gravanti din il-proprjetà immobbli u li jipproduċi effetti fir-rigward ta’ kulħadd.

    Fil-fatt, dritt ta’ prelazzjoni gravanti proprjetà immobbli u li jinsab imniżżel fil-katast, jipproduċi l-effetti tiegħu mhux biss fir-rigward tad-debitur, iżda jiggarantixxi d-dritt tad-detentur ta’ dan id-dritt għat-trasferiment tal-proprjetà anki fir-rigward ta’ terzi, b’mod li, jekk kuntratt ta’ bejgħ ikun konkluż bejn terz u l-proprjetarju tal-proprjetà li għandha oneri, l-eżerċizzju validu tad-dritt ta’ prelazzjoni jkollu l-konsegwenza li l-bejgħ ma jkollux effett għad-detentur ta’ dan id-dritt u li dan il-bejgħ huwa ddestinat li jiġi konkluż bejn dan id-detentur u l-imsemmi proprjetarju bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk miftiehma bejn dan tal-aħħar u dan it-terz. Minn dan isegwi li, meta t-terz xerrej jikkontesta l-validità tal-eżerċizzju tal-imsemmi dritt ta’ prelazzjoni, din l-azzjoni tkun intiża li tiddetermina, essenzjalment, jekk l-eżerċizzju tad-dritt ta’ prelazzjoni ppermettiex li jiġi żgurat, favur id-detentur, id-dritt għat-trasferiment tal-proprjetarju tal-proprjetà immobbli inkawża. F’tali każ, it-tilwima tkun tirrigwarda dritt in rem fuq proprjetà immobbli u tkun taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-forum rei sitæ.

    (ara l-punti 45-47 u d-dispożittiv 1)

  4.  L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, qabel ma tissospendi d-deċiżjoni b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-qorti adita fit-tieni lok hija marbuta teżamina jekk, minħabba ksur tal-ġurisdizzjoni esklużiva prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 22 ta’ dan ir-regolament, deċiżjoni eventwali, fuq il-mertu, tal-qorti adita fl-ewwel lok tiġix rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra, skont l-Artikolu 35(1) tal-imsemmi regolament.

    Fil-fatt, minkejja li l-qorti adita fl-ewwel lok tagħti deċiżjoni ta’ ksur tal-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, din id-deċiżjoni ma tkunx tista’ tiġi rikonoxxuta fl-Istat Membru tal-qorti adita fit-tieni lok. F’dawn il-kundizzjonijiet, għaldaqstant, il-qorti adita fit-tieni lok ma għadx għandha dritt tissospendi d-deċiżjoni, u lanqas li tirrexxindi l-ġurisdizzjoni tagħha, u għandha tiddeċiedi fuq il-mertu dwar id-domanda li hija ġiet adita biha, sabiex tiżgura l-osservanza ta’ din ir-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva.

    (ara l-punti 55, 56, 60 u d-dispożittiv 2)

Kawża C‑438/12

Irmengard Weber

vs

Mechthilde Weber

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München)

“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Punt 1 tal-Artikolu 22 — Ġurisdizzjoni esklużiva — Tilwim fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem — Natura tad-dritt ta’ prelazzjoni — Artikolu 27(1) — Lis alibi pendens — Kunċett ta’ talbiet ippreżentati bejn l-istess partijiet u li jinvolvu l-istess kawża ta’ azzjoni — Rabta bejn il-punt 1 tal-Artikolu 22 u l-Artikolu 27(1) — Artikolu 28(1) — Konnessjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni tas-sospensjoni tad-deċiżjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ April 2014

  1. Proċedura ġudizzjarja — Proċedura orali — Ftuħ mill-ġdid — Obbligu li jsir ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet fuq punti ta’ liġi mqajma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali — Assenza

    (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

  2. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Evalwazzjoni tan-neċessità u tar-rilevanza tad-domandi magħmula

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi esklużivi — Tilwim fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem — Kunċett — Azzjoni li tikkontesta l-validità tal-eżerċizzju ta’ dritt ta’ prelazzjoni — Inklużjoni

    (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, il-punt 1 tal-Artikolu 22)

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Lis alibi pendens — Talbiet ippreżentati bejn qrati ta’ Stati Membri differenti — Qorti adita fit-tieni lok li għandha ġurisdizzjoni esklużiva skont il-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament — Obbligu għall-qorti adita fit-tieni lok li tissospendi l-proċeduri quddiemha sal-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti adita — Assenza