Kawża C‑387/12
Hi Hotel HCF SARL
vs
Uwe Spoering
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)
“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni internazzjonali f’materji ta’ delitt jew kważi delitt — Att imwettaq fi Stat Membru li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’att illeċitu mwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ April 2014
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Evalwazzjoni tan-neċessità u tar-rilevanza tad-domandi magħmula
(Artikolu 267 TFUE)
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali
(Artikolu 267 TFUE)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kunċetti użati mill-imsemmi regolament – Interpretazzjoni awtonoma
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Interpretazzjoni stretta
(Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi delitt – Post fejn seħħ id-dannu u post tal-avveniment kawżali – Dannu allegat għad-drittijiet patrimonjali tal-awtur protetti fl-Istat Membru tal-qorti adita – Pluralità ta’ awturi preżunti li aġixxew fi Stati Membri differenti – Ġurisdizzjoni skont il-post tal-avveniment kawżali, kontra awtur preżunt tal-imsemmi dannu li ma jkunx aġixxa fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita – Inammissibbiltà – Ġurisdizzjoni skont il-post ta’ materjalizzazzjoni tad-dannu tal-qorti adita – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 17)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 18)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 24)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 26)
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ pluralità ta’ awturi preżunti ta’ dannu allegat għad-drittijiet patrimonjali tal-awtur protetti fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti adita, din id-dispożizzjoni ma tippermettix li tiġi stabbilita, abbażi tal-post tal-avveniment kawżali ta’ dan id-dannu, il-ġurisdizzjoni ta’ qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha dak mill-awturi preżunti mfittex ma aġixxiex, iżda hija tippermetti li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ dik il-qorti skont il-post ta’ materjalizzazzjoni tad-dannu allegat bil-kundizzjoni li hemm riskju li dan id-dannu jimmaterjalizza ruħu fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita. F’dan l-aħħar każ, din il-qorti għandha ġurisdizzjoni unikament rigward id-dannu biss li ġie kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru fejn hija tinsab.
Fil-fatt, l-espressjoni “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” li tinsab fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, tirrigwarda fl-istess ħin kemm il-post fejn immaterjalizza ruħu d-dannu kif ukoll il-post fejn seħħ l-avveniment kawżali li huwa fl-oriġini ta’ dan id-dannu, b’mod li l-konvenut ikun jista’ jiġi mfittex, fuq l-għażla tar-rikorrent, quddiem il-qorti ta’ wieħed jew l-ieħor minn dawn iż-żewġ postijiet.
F’ċirkustanzi fejn wieħed minn fost diversi awturi preżunti ta’ dannu allegat jiġi mfittex quddiem qorti li ma jkunx aġixxa fil-ġurisdizzjoni tagħha, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-avveniment kawżali seħħ fil-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001.
Min-naħa l-oħra, il-ġurisdizzjoni sabiex tittratta kawża fil-qasam ta’ delitt jew kważi delitt tista’ tiġi stabbilita, fir-rigward tal-materjalizzazzjoni tad-dannu, favur il-qorti adita b’talba għal konstatazzjoni tal-ksur ta’ drittijiet patrimonjali tal-awtur, peress li l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab din il-qorti jipproteġi d-drittijiet patrimonjali li r-rikorrent igawdi u li hemm ir-riskju li d-dannu allegat jimmaterjalizza ruħu fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita.
Madankollu, peress li l-protezzjoni mogħtija mill-Istat Membru tal-qorti adita tapplika biss għat-territorju tal-imsemmi Stat Membru, il-qorti adita skont il-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu għandha ġurisdizzjoni biss sabiex tiddeċiedi unikament dwar id-dannu kkawżat fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.
(ara l-punti 27, 31, 35, 38, 40 u d-dispożittiv)
Kawża C‑387/12
Hi Hotel HCF SARL
vs
Uwe Spoering
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)
“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni internazzjonali f’materji ta’ delitt jew kważi delitt — Att imwettaq fi Stat Membru li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’att illeċitu mwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ April 2014
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Evalwazzjoni tan-neċessità u tar-rilevanza tad-domandi magħmula
(Artikolu 267 TFUE)
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali
(Artikolu 267 TFUE)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kunċetti użati mill-imsemmi regolament — Interpretazzjoni awtonoma
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Interpretazzjoni stretta
(Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi delitt — Post fejn seħħ id-dannu u post tal-avveniment kawżali — Dannu allegat għad-drittijiet patrimonjali tal-awtur protetti fl-Istat Membru tal-qorti adita — Pluralità ta’ awturi preżunti li aġixxew fi Stati Membri differenti — Ġurisdizzjoni skont il-post tal-avveniment kawżali, kontra awtur preżunt tal-imsemmi dannu li ma jkunx aġixxa fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita — Inammissibbiltà — Ġurisdizzjoni skont il-post ta’ materjalizzazzjoni tad-dannu tal-qorti adita — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet