Kawża C‑386/12

Siegfried János Schneider

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad)

“Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kapaċità tal-persuni fiżiċi — Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem — Portata — Proċedura mhux kontenzjuża dwar id-dritt ta’ persuna mqiegħda taħt l-awtorità tal-kuratur iddomiċiljata fi Stat Membru li tiddisponi mill-proprjetajiet immobbli tagħha li jinsabu fi Stat Membru ieħor”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Materji ċivili u kummerċjali – Status u kapaċità tal-persuni fiżiċi – Interpretazzjoni awtonoma

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 1(2)(a))

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ikkwalifikati bħala ekwivalenti għal dawk tal-Konvenzjoni ta’ Brussell – Interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata mal-Konvenzjoni

    (Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968; Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001)

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni esklużiva – Tilwim fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem – Portata

    (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 22, punt 1)

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Materji esklużi – Status u kapaċità tal-persuni fiżiċi – Proċedura mhux kontenzjuża bil-għan li tinkiseb l-awtorizzazzjoni biex tinbigħ proprjetà immobbli mressqa minn persuna mqiegħda taħt l-awtorità tal-kuratur fi Stat Membru ieħor – Nuqqas ta’ applikabbiltà tal-ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 1(2)(a) u Artikolu 22, punt 1)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 18, 19)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 21)

  3.  Il-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-Istat kontraenti fejn tinsab il-proprjetà immobbli ma tiġborx fiha l-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem, iżda biss dawk bejniethom li, kollha f’daqqa, jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni u huma fost dawk li, minn naħa, jiddeterminaw il-portata, il-konsistenza, il-proprjetà, il-pussess ta’ proprjetà immobbli jew l-eżistenza ta’ drittijiet in rem oħra fuq dawn il-beni u, min-naħa l-oħra, li tiġi żgurata lill-persuni li għandhom dawn id-drittijiet il-protezzjoni tal-prerogattivi li huma marbuta mat-titolu tagħhom.

    (ara l-punt 21)

  4.  Ir-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, u b’mod partikolari l-punt 1 tal-Artikolu 22 tiegħu għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal proċedura mhux kontenzjuża mressqa minn ċittadin ta’ Stat Membru, iddikjarat parzjalment inkapaċi wara li tqiegħed taħt l-awtorità tal-kuratur skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat, quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor bil-għan li jikseb l-awtorizzazzjoni li jbigħ is-sehem tiegħu fi proprjetà immobbli, li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, peress li tali proċedura tirriżulta mill-kapaċità tal-persuni fiżiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) ta’ dan ir-regolament, li hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tiegħu.

    F’dan ir-rigward, it-talba ta’ persuna mqiegħda taħt l-awtorità tal-kuratur, intiża sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni li tiddisponi mill-proprjetà immobbli tagħha, hija talba marbuta direttament mal-kapaċità tal-persuna fiżika kkonċernata fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 44/2001. Fil-fatt, il-ħtieġa li tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja sabiex ikunu jistgħu jitwettqu atti ta’ dispożizzjoni ta’ proprjetà immobbli li jappartjenu lil persuni taħt l-awtorità ta’ kuratur hija konsegwenza diretta tal-inkapaċità ġuridika li biha huma milquta dawn il-persuni minħabba l-miżura ta’ protezzjoni li huma suġġetti għaliha għat-twettiq ta’ tali atti.

    Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza partikolari li l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja ta’ bejgħ, mitluba mill-persuna mqiegħda taħt l-awtorità tal-kuratur, tikkonċerna proprjetà immobbli li hija l-proprjetarja tiegħu, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala determinanti biex din tiġi kkwalifikata bħala proċedura li tikkonċerna drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001. Fil-fatt, tali proċedura ma hijiex intiża sabiex tiddetermina l-portata, il-konsistenza, il-proprjetà jew il-pussess tal-proprjetà immobbli u lanqas, barra minn hekk, sabiex tiżgura lill-persuna taħt awtorità ta’ kuratur, bħala proprjetarja tal-imsemmi beni, il-protezzjoni tal-prerogattivi li huma marbuta mat-titolu tagħha ta’ proprjetà. Min-naħa l-oħra, tali proċedura għandha bħala sempliċi għan li tiddetermina jekk huwiex fl-interess tal-persuna ddikjarata parzjalment inkapaċi li tittrasferixxi l-proprjetà immobbli tagħha, mingħajr ma tqiegħed inkwistjoni d-dritt in rem bħala tali li din tal-aħħar iżżomm fuq dan il-beni.

    (ara l-punti 26, 28, 30, 31 u d-dispożittiv)

Kawża C‑386/12

Siegfried János Schneider

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad)

“Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kapaċità tal-persuni fiżiċi — Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem — Portata — Proċedura mhux kontenzjuża dwar id-dritt ta’ persuna mqiegħda taħt l-awtorità tal-kuratur iddomiċiljata fi Stat Membru li tiddisponi mill-proprjetajiet immobbli tagħha li jinsabu fi Stat Membru ieħor”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Materji ċivili u kummerċjali — Status u kapaċità tal-persuni fiżiċi — Interpretazzjoni awtonoma

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 1(2)(a))

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ikkwalifikati bħala ekwivalenti għal dawk tal-Konvenzjoni ta’ Brussell — Interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata mal-Konvenzjoni

    (Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968; Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001)

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni esklużiva — Tilwim fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem — Portata

    (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 22, punt 1)

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Materji esklużi — Status u kapaċità tal-persuni fiżiċi — Proċedura mhux kontenzjuża bil-għan li tinkiseb l-awtorizzazzjoni biex tinbigħ proprjetà immobbli mressqa minn persuna mqiegħda taħt l-awtorità tal-kuratur fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ applikabbiltà tal-ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem