Kawża C‑359/12
Michael Timmel
vs
Aviso Zeta AG
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2003/71/KE — Artikolu 14(2)(b) — Regolament (KE) Nru 809/2004 — Artikoli 22(2) u 29(1) — Prospett bażi — Supplimenti għall-prospett — Kundizzjonijiet finali — Data u metodu ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa — Kundizzjonijiet għal pubblikazzjoni f’forma elettronika”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014
Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Kumpanniji – Direttiva 2003/71 u Regolament Nru 809/2004 – Prospett li għandu jiġi ppubblikat fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku ta’ titoli jew bil-għan li jiġu ammessi titoli għall-kummerċ – Informazzjoni li għandha tiġi indikata fil-prospett bażi – Informazzjoni magħrufa biss fil-mument tal-pubblikazzjoni ta’ suppliment għall-prospett bażi – Obbligu li din tiġi inkluża fis-suppliment – Kundizzjonijiet
(Regolament tal-Kummissjoni Nru 809/2004, Artikolu 22(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71, Artikolu 16(1))
Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Kumpanniji – Direttiva 2003/71 u Regolament Nru 809/2004 – Prospett li għandu jiġi ppubblikat fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku ta’ titoli jew bil-għan li jiġu ammessi titoli għall-kummerċ – Informazzjoni li għandha tiġi indikata fil-prospett bażi – Portata – Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-kundizzjonijiet finali tal-offerta – Inklużjoni
(Regolament tal-Kummissjoni Nru 809/2004, Artikoli 22 u Anness V)
Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Kumpanniji – Direttiva 2003/71 u Regolament Nru 809/2004 – Prospett li għandu jiġi ppubblikat fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku ta’ titoli jew bil-għan li jiġu ammessi titoli għall-kummerċ – Pubblikazzjoni f’forma elettronika – Obbligi li l-prospett ikun faċilment aċċessibbli u li dan jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku – Portata
(Regolament tal-Kummissjoni Nru 809/2004, punt 1 tal-Artikolu 29(1); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 14(2)(b))
L-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 809/2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71 dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami, għandu jiġi interpretat fis-sens li informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1) li, minkejja li ma kinitx magħrufa fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-prospett bażi, kienet madankollu magħrufa fil-mument tal-pubblikazzjoni ta’ suppliment għal dan il-prospett, għandha tiġi ppubblikata f’dan is-suppliment, jekk din l-informazzjoni tikkostitwixxi fatt ġdid sinjifikattiv, żball jew ineżattezza sostanzjali ta’ natura li jinfluwenzaw l-evalwazzjoni tat-titoli, fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/71 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ, fatt li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevalwa.
(ara l-punt 40 u d-dispożittiv 1)
Ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 809/2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71 dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami, il-pubblikazzjoni ta’ prospett bażi li ma jinkludix il-punti ta’ informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1), partikolarment dawk previsti fl-Anness V ta’ dan ir-regolament, jekk din il-pubblikazzjoni ma tiġix ikkompletata bil-pubblikazzjoni tal-kundizzjonijiet finali. Sabiex l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-prospett bażi, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 809/2004, tkun tista’ tiġi inkluża fil-kundizzjonijiet finali, huwa neċessarju li l-prospett bażi jindika l-informazzjoni li tkun ser tiġi inkluża f’dawn il-kundizzjonijiet finali u li din l-informazzjoni tosserva r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 22(4) ta’ dan ir-regolament.
(ara l-punt 49 u d-dispożittiv 2)
L-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 809/2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71 fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fi prospetti, l-istruttura tal-prospetti, l-inklużjoni ta’ informazzjoni b’riferiment, il-pubblikazzjoni tal-prospetti u t-tixrid ta’ komunikazzjonijiet ta’ natura promozzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li prospett għandu jkun faċilment aċċessibbli fuq is-sit tal-internet fejn ikun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ma jkunx issodisfatt meta jkun hemm obbligu ta’ reġistrazzjoni fuq dan is-sit tal-internet, flimkien ma’ klawżola ta’ eżenzjoni mir-responsabbiltà u l-obbligu li jiġi kkomunikat indirizz ta’ posta elettronika, jew meta dan l-aċċess elettroniku jkun bi ħlas, jew ukoll meta l-konsultazzjoni mingħajr ħlas tal-informazzjoni tal-prospett tkun limitata għal żewġ dokumenti fix-xahar.
Barra minn hekk, l-Artikolu 14(2)(b), tad-Direttiva 2003/71, dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prospett bażi għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kemm fis-sede tal-emittent kif ukoll fl-uffiċċji tal-intermedjarji finanzjarji.
(ara l-punti 59, 68 u d-dispożittivi 3, 4)
Kawża C‑359/12
Michael Timmel
vs
Aviso Zeta AG
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2003/71/KE — Artikolu 14(2)(b) — Regolament (KE) Nru 809/2004 — Artikoli 22(2) u 29(1) — Prospett bażi — Supplimenti għall-prospett — Kundizzjonijiet finali — Data u metodu ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa — Kundizzjonijiet għal pubblikazzjoni f’forma elettronika”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014
Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Kumpanniji — Direttiva 2003/71 u Regolament Nru 809/2004 — Prospett li għandu jiġi ppubblikat fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku ta’ titoli jew bil-għan li jiġu ammessi titoli għall-kummerċ — Informazzjoni li għandha tiġi indikata fil-prospett bażi — Informazzjoni magħrufa biss fil-mument tal-pubblikazzjoni ta’ suppliment għall-prospett bażi — Obbligu li din tiġi inkluża fis-suppliment — Kundizzjonijiet
(Regolament tal-Kummissjoni Nru 809/2004, Artikolu 22(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71, Artikolu 16(1))
Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Kumpanniji — Direttiva 2003/71 u Regolament Nru 809/2004 — Prospett li għandu jiġi ppubblikat fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku ta’ titoli jew bil-għan li jiġu ammessi titoli għall-kummerċ — Informazzjoni li għandha tiġi indikata fil-prospett bażi — Portata — Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-kundizzjonijiet finali tal-offerta — Inklużjoni
(Regolament tal-Kummissjoni Nru 809/2004, Artikoli 22 u Anness V)
Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Kumpanniji — Direttiva 2003/71 u Regolament Nru 809/2004 — Prospett li għandu jiġi ppubblikat fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku ta’ titoli jew bil-għan li jiġu ammessi titoli għall-kummerċ — Pubblikazzjoni f’forma elettronika — Obbligi li l-prospett ikun faċilment aċċessibbli u li dan jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku — Portata