SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
28 ta’ Novembru 2013 ( *1 )
“Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Miżuri intiżi kontra l-industrija taż-żejt u tal-gass Iranjana — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura”
Fil-Kawża C‑348/12 P,
li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentant fis-6 ta’ Lulju 2012,
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, bħala aġenti,
rikorrent,
il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:
Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, stabbilita f’Tehran (l-Iran), irrappreżentat minn F. Esclatine u S. Perrotet, avukati,
rikorrenti fl-ewwel istanza,
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn M. Konstantinidis u E. Cujo, bħala aġenti,
intervenjenti fl-ewwel istanza,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász, A. Rosas (Relatur), D. Šváby u C. Vajda, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-18 ta’ April 2013,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-11 ta’ Lulju 2013,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tal-appell tiegħu, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talab lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ April 2012, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill (T‑509/10, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”), li permezz tagħha din annullat, sa fejn dawn jikkonċernaw lill-Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (iktar ’il quddiem “Kala Naft”):
u żammet l-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament Nru 961/2010. |
Il-kuntest ġuridiku u l-fatti li wasslu għall-kawża
|
2 |
It-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari kien infetaħ għall-firem fl-1 ta’ Lulju 1968 f’Londra, f’Moska u f’Washington. It-28 stat membru tal-Unjoni Ewropea huma partijiet kontraenti, kif ukoll ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran. |
|
3 |
L-Artikolu II ta’ dan it-trattat jipprovdi b’mod partikolari li “[k]ull Stat li ma għandux armi nukeari li huwa parti għat-Trattat jintrabat li […] ma jipproduċix u ma jiksibx bi kwalunkwe mod ieħor armi nukleari jew dispożittivi esplossivi nukleari oħra […]”. |
|
4 |
L-Artikolu III tal-imsemmi trattat jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li “[k]ull Stat li ma għandux armi nukeari li huwa parti għat-Trattat jintrabat li jaċċetta l-garanziji stipulati fil-ftehim li jkun negozjat u konkluż mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika [(iktar ’il quddiem, l-“AIEA”)], b’mod konformi mal-Istatut tal-[AIEA] u mas-sistema ta’ garanziji tal-imsemmija Aġenzija, bil-għan biss li tiġi verifikata l-implementazzjoni tal-obbligi assunti mill-imsemmi Stat skont it-Trattat preżenti bil-għan li jipprevjenu milli l-enerġija nukleari tkun mibdula mill-użi paċifiċi tagħha f’armi nukeari jew dispożittivi esplossivi nukleari oħra […]”. |
|
5 |
B’mod konformi mal-Artikolu III B 4 tal-istatuti tagħha, l-AIEA tibgħat rapporti annwali fuq ix-xogħlijiet tagħha lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u, meta jkun f’loku, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (iktar ’il quddiem il-“Kunsill tas-Sigurtà”). |
|
6 |
Preokkupat mill-varji rapporti tad-Direttur Ġenerali tal-AIEA u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-gvernaturi tal-AIEA dwar il-programm nukleari tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, il-Kunsill tas-Sigurtà, fit-23 ta’ Diċembru 2006, adotta r-Riżoluzzjoni 1737 (2006), fejn il-punt 12, moqri flimkien mal-anness, jelenkaw serje ta’ persuni u ta’ entitajiet li huma implikati fil-proliferazzjoni nukleari u fejn il-fondi kif ukoll ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jiġu ffriżati. |
|
7 |
Sabiex tiġi implimentata fl-Unjoni r-Riżoluzzjoni 1737 (2006), il-Kunsill adotta fis‑27 ta’ Frar 2007, il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra l‑Iran (ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 155). |
|
8 |
L-Artikolu 5(1) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140 jipprovdi għall-iffriżar tal-fondi kollha u tar-riżorsi ekonomiċi kollha ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni u ta’ entitajiet enumerati fil-punti (a) u (b) ta’ din id-dispożizzjoni. B’hekk, il-punt (a) ta’ dan l-Artikolu 5(1) jipprovdi għall-persuni u l-entitajiet indikati fl-anness tar-Riżoluzzjoni 1737 (2006) kif ukoll il-persuni u l-entitajiet l-oħra indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà kkreat b’mod konformi mal-Artikolu 18 tar-Riżoluzzjoni 1737 (2006). Il-lista ta’ dawn il-persuni u entitajiet kienet tinsab fl-Anness I tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140. Il-punt (b) tal-imsemmi Artikolu 5(1) ikopri l-persuni u l-entitajiet mhux imsemmija fl-Anness I li, b’mod partikolari, jipparteċipaw, huma direttament assoċjati jew jappoġġaw l-attivitajiet nukleari tal-Iran, huma ta’ riskju għall-proliferazzjoni. Il-lista ta’ dawn il-persuni u ta’ dawn l-entitajiet tidher fl-Anness II tal-imsemmija pożizzjoni komuni. |
|
9 |
Sa fejn il-kompetenzi tal-Komunità Ewropea kienu kkonċernati, ir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) ġiet implementata bir-Regolament (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 969), adottat fuq il-bażi tal-Artikoli 60 KE u 301 KE, bil-għan tal-pożizzjoni komuni 2007/140 u li l-kontenut huwa essenzjalment simili għal dak ta’ din tal-aħħar, l-istess ismijiet ta’ entitajiet u ta’ persuni fiżiċi jidhru fl-Annessi IV (persuni, entitajiet u organizzazzjonijiet indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà) u V (persuni, entitajiet u organizzazzjonijiet oħra minn dawk li jidhru fl-Anness IV) ta’ dan ir-regolament. |
|
10 |
L-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament Nru 423/2007 huwa mfassal b’dan il-mod: “Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma l-proprjetà ta’, huma miżmuma jew huma kkontrollati mill-persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness IV għandhom ikunu ffriżati. L-Anness V għandu jinkludi persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi, mhux koperti mill-Anness IV, li, [...] ġew identifikati li:
|
|
11 |
Billi ġie kkonstatat li r-Repubblika Iżlamika tal-Iran ma kinitx irrispettat ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà, billi bniet ċentrali (Qom) bi ksur tal-obbligu tagħha milli tissospendi l-attivitajiet kollha marbuta mal-arrikkiment nukleari u żvelat dan biss f’Settembru 2009, li hija ma infurmatx lill-AIEA u rrifjutat milli tikkoopera ma’ din l-aġenzija, il-Kunsill tas-Sigurtà, permezz tar-Riżoluzzjoni 1929 (2010), tad-9 ta’ Ġunju 2010, adotta miżuri iktar severi li laqtu b’mod partikolari l-kumpanniji marittimi Iranjani, is-settur tal-missili ballistiċi li jistgħu jġorru armi nukeari u l-Korpi tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iżlamika. |
|
12 |
Jekk il-Kunsill tas-Sigurtà ma jadottax id-deċiżjoni f’dak li jirrigwarda s-settur tal-enerġija, is-sbatax-il premessa tar-riżoluzzjoni hija redatta hekk kif ġej: “Filwaqt li tgħaraf li l-aċċess għal sorsi ta’ enerġija multipli u affidabbli huwa indispensabbli għal tkabbir u għal żvilupp sostenibbli, filwaqt li tgħaraf ir-rabta potenzjali bejn id-dħul li l-Iran tikseb mis-settur tagħha tal-enerġija u l-finanzjament tal-attivitajiet nukleari tagħha huma ta’ riskju għall-proliferazzjoni, u fejn tinnota wkoll li l-materjal u l-materji użati mill-proċessi kimiċi tal-industrija petrokimika huma simili ħafna għal dawk użati f’ċerti attivitajiet sensittivi taċ-ċiklu tal-kombustibbli nukleari.” |
|
13 |
F’dikjarazzjoni annessa mal-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew sostna li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar kien preokkupat bil-programm nukleari Iranjan, filwaqt li laqgħa b’mod pożittiv l-adozzjoni, mill-Kunsill tas-Sigurtà, tar-Riżoluzzjoni 1929 (2010) u kkunsidra l-aħħar rapport tal-AIEA, datat il-31 ta’ Mejju 2010. |
|
14 |
Fil-punt 4 ta’ din id-dikjarazzjoni, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra li l-introduzzjoni ta’ miżuri restrittivi ġodda kienet saret inevitabbli. Hekk kif jirriżulta mix-xogħlijiet imwettqa mill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin, huwa stieden lil dan tal-aħħar jadotta, fil-laqgħa li jmiss, miżuri li jimplimentaw dawk previsti fir-Riżoluzzjoni 1929 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà kif ukoll ta’ miżuri ta’ akkompanjament, sabiex tikkontribwixxi sabiex tingħata risposta, permezz tan-negozjati, għall-preokkupazzjonijiet kollha li jkomplu jiġu kkawżati mill-iżvilupp mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran tat-teknoloġiji sensittivi insostenn tal-programmi nukleari u ballistiċi tagħha. Dawn il-miżuri għandhom ikopru s-setturi segwenti: “is-settur tal-kummerċ, b’mod partikolari l-iskambju ta’ oġġetti b’użu doppju u ta’ restrizzjonijiet supplementari fil-qasam ta’ assigurazzjoni fuq l-iskambji kummerċjali; is-settur finanzjarju, inkluż fih l-iffriżar tal-assi ta’ banek Iranjani oħra u restrizzjonijiet fis-settur tal-banek u tal-assigurazzjoni; is-settur Iranjan tat-trasport, inkluż fih il-kumpannija tat-trasport marittimu tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (IRISL) u s-sussidjarji tagħha, u t-trasport ta’ merkanzija bl-ajru; is-setturi l-kbar tal-industrija tal-gass u taż-żejt, bil-projbizzjoni ta’ investimenti ġodda, tal-assistenza teknika u tat-trasferimenti tat-teknoloġiji, ta’ tagħmir u ta’ servizzi marbuta ma’ dawn is-setturi, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda t-teknoloġiji ta’ raffinar, ta’ likwifikazzjoni u tal-GNL; għandhom ukoll jiġu estiżi l-miżuri li jipprojbixxu viżi u l-iffriżar ta’ assi u b’mod partikolari kontra membri tal-Korpi tal-Gwardja Rivoluzzjonarja (IRGC).” |
|
15 |
Permezz tad-Deċiżjoni 2010/413, il-Kunsill implimenta din id-dikjarazzjoni, billi ħassar il-pożizzjoni komuni 2007/140 u adotta miżuri restrittivi supplementari meta kkomparati ma’ din tal-aħħar. |
|
16 |
Il-premessi 22, 23 u 27 tad-Deċiżjoni 2010/413 huma miktuba kif ġej:
[…]
|
|
17 |
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/413 jipprovdi kif ġej: “1. Il-bejgħ, il-forniment, jew it-trasferiment ta’ tagħmir u teknoloġija prinċipali għas-setturi prinċipali li ġejjin tal-industrija taż-żejt u l-gass naturali fl-Iran, jew lil intrapriżi Iranjani jew bi sjieda Iranjana li huma involuti f’dawk is-setturi barra l-Iran, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu pprojbiti sew jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u sew jekk le:
L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni. 2. Il-forniment ta’ dan li ġej lill-intrapriżi fl-Iran li huma involuti fis-setturi prinċipali tal-industrija Iranjana taż-żejt u l-gass kif hemm imsemmi fil-paragrafu 1 jew intrapriżi Iranjani jew bi sjieda Iranjana li huma involuti f’dawk is-setturi barra l-Iran għandu jkun ipprojbit:
3. Il-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprojbita.” |
|
18 |
L-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni 2010/413 jipprovdi għall-iffriżar tal-fondi ta’ numru ta’ kategoriji ta’ persuni u ta’ entitajiet. Il-punt (a) ta’ dan l-Artikolu 20(1) ikopri l-persuni u l-entitajiet indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà, li huma elenkati fl-Anness I tad-deċiżjoni. Il-punt (b) tal-imsemmi Artikolu 20(1) jikkonċerna, b’mod partikolari, l-“persuni u entitajiet mhux koperti mill-Anness I li jkunu impenjati fi, assoċjati direttament ma’, jew jipprovdu appoġġ għal, attivitajiet nukleari sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni tal-Iran jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil ta’ armi nukleari, inkluż permezz ta’ involviment fl-akkwist tal-oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjal u teknoloġija pprojbiti, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet ta’ proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta’ mezzi illeċti, [...] kif elenkati fl-Anness II.” |
|
19 |
Kala Naft hija kumpannija Iranjana li tappartjeni lil National Iranian Oil Company (iktar ’il quddiem l-“NIOC”) u li għandha l-għan li taġixxi bħala korp ċentrali tal-akkwisti għall-attivitajiet taż-żejt, gass u petrokimiċi tal-grupp ta’ din tal-aħħar. Hija inkluża fil-punt 24 tal-parti I, B, tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413. Is-segwenti motivazzjoni hija indikata: “Tagħmel kummerċ ta’ tagħmir għas-settur taż-żejt u l-gass li jista’ jintuża għall-programm nukleari tal-Iran. Ippruvat tipprokura materjal (alloy gates li jifilħu ħafna) li m’għandhomx użu barra l-industrija nukleari. Għandha rabtiet ma’ kumpanniji involuti fil-programm nukleari tal-Iran”. |
|
20 |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, adottat b’implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 423/2007, l-isem ta’ Kala Naft, imsemmi fil-punt 22 tal-parti I, B, tal-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, ġie miżjud mal-lista tal-persuni ġuridiċi, entitajiet u organizzazzjonijiet li jidhru fit-Tabella I tal-Anness V tar-Regolament Nru 423/2007. |
|
21 |
Il-motivazzjoni hija kważi identika għal dik li tidher fid-Deċiżjon 2010/413. |
|
22 |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 ġie rivedut u miktub mill-ġdid bid-Deċiżjoni 2010/644. |
|
23 |
Il-premessi 2 sa 5 tad-Deċiżjoni 2010/644 jaqraw kif ġej:
|
|
24 |
L-isem ta’ Kala Naft ġie inkluż fil-punt 24 tal-lista ta’ entitajiet li jidhru fit-Tabella I tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 hekk kif jirriżulta mid-Deċiżjoni 2010/644. Il-motivazzjoni li tikkonċernaha hija identika għal dik li tidher fid-Deċiżjoni 2010/413. |
|
25 |
Ir-Regolament Nru 423/2007 ġie abrogat bir-Regolament Nru 961/2010, li ġie adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 215 TFUE. |
|
26 |
Il-premessi 1 sa 3 u 7 tar-Regolament Nru 961/2010 huma fformulati kif ġej:
[…]
|
|
27 |
L-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament Nru 961/2010 jipprovdi: “1. Għandu jkun ipprojbit li jinbiegħu, jiġu pprovduti, trasferiti jew esportati t-tagħmir jew it-teknoloġija ewlenin elenkati fl-Anness VI, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani jew għall-użu fl-Iran. 2. L-Anness VI għandu jinkludi tagħmir u teknoloġija ewlenin għas-setturi ewlenin li ġejjin tal-industrija taż-żejt u l-gass fl-Iran:
|
|
28 |
L-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 961/2010 jipprovdi b’mod partikolari għall-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil ċerti persuni, entitajiet jew lil ċerti organizzazzjonijiet jew huma kkontrollati minnhom. Il-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni jipprovdi għal persuni, entitajiet jew organizzazzjonijiet indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà u elenkati fl-Anness VII ta’ dan ir-regolament. |
|
29 |
Skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010: “2. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma l-proprjetà ta’, huma miżmuma jew huma kkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness VIII għandhom ikunu ffriżati. L-Anness VIII għandu jinkludi l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi, [...] li f’konformità mal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni [2010/413], ġew identifikati li:
[…]” |
|
30 |
L-isem ta’ Kala Naft ġie inkluż mill-Kunsill fil-punt 29 tal-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u organizzazzjonijiet elenkati fl-Anness VIII, B, tar-Regolament Nru 961/2010. Il-motivi ta’ din l-iskrizzjoni huma identiċi għal dawk li jidhru fid-Deċiżjoni 2010/413. |
Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata
|
31 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-20 ta’ Ottubru 2010, Kala Naft ippreżentat rikors għall-annullament kontra d-Deċiżjoni 2010/413 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010. |
|
32 |
Fl-osservazzjonijiet tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2011, ippreżentati b’risposta għal domanda bil-miktub min-naħa tal-Qorti Ġenerali, Kala Naft estendiet il-kap tat-talbiet tagħha billi talbet l-annullament tad-Deċiżjoni 2010/644 u tar-Regolament Nru 961/2010 sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lilha. |
|
33 |
Kala Naft ippreżentat disa’ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/413 kif ukoll tal-Artikolu 28 tal-imsemmija deċiżjoni, dwar id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din tal-aħħar. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrenti. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-ħames motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kunsill li jadotta l-atti kkontestati. Is-sitt motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunċett ta’ implikazzjoni fil-proliferazzjoni nukleari. It-tmien motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-attivitajiet tar-rikorrenti. Id-disa’ motiv, ippreżentat sussidjarjament, huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
|
34 |
Matul is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea sostnew li r-rikors imressaq minn Kala Naft kien inammissibbli peress li kien ibbażat fuq allegat ksur tad-drittijiet fundamentali ta’ din il-kumpannija. |
|
35 |
Fil-punt 39 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li, bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 275 TFUE, il “ma hijiex kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors intiż li jevalwa l-legalità tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/413 u, b’hekk, sabiex tiddeċiedi fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv”. |
|
36 |
Hija min-naħa l-oħra ċaħdet bħala inammissibbli l-argumenti mressqa mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, li tikkonċerna l-mertu tal-kawża, u bbażati fuq l-impossibbiltà, għal Kala Naft, li tibbaża r-rikors tagħha fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali. |
|
37 |
Barra minn hekk, hija ċaħdet il-ħames motiv, ibbażat fuq l-inkompetenza tal-Kunsill sabiex tadotta l-atti kontenzjużi, u s-sitt motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Hija madankollu laqgħet l-ewwel parti tal-ewwel motiv, li permezz tiegħu kien ikkontestat id-dħul fis-seħħ retroattiv tad-Deċiżjoni 2010/413, sa fejn din kellha bħala għan l-annullament tal-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 2010/413 u ċaħditha bħala inoperattiva għall-kumplament. |
|
38 |
Fir-rigward tal-motivazzjoni tal-atti kontenzjużi, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-punt 80 tas-sentenza appellata, it-tieni motiv bħala infondat sa fejn dan kien jirrigwarda l-ewwel u t-tieni motivi tal-iskrizzjoni ta’ Kala Naft fil-listi tal-atti kontenzjużi fornuti mill-Kunsill. Hija madankollu laqgħet it-tieni motiv u, b’hekk, annullat l-atti kontenzjużi, sa fejn it-tielet motiv tal-iskrizzjoni kien ikkonċernat. |
|
39 |
Fil-punt 97 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kunsill ma kienx kiser id-drittijiet tad-difiża ta’ Kala Naft f’dak li jirrigwarda n-notifika inizjali tal-akkużi. Fil-punt 101 ta’ din is-sentenza, hija kkunsidrat li l-Kunsill kien madankollu kiser dawn id-drittijiet billi ma rrispondiex għat-talba għal aċċess għall-fajl fi żmien utli mressqa minn Kala Naft. Fil-punt 105 tal-imsemmija sentenza, hija kkunsidrat li d-dritt ta’ Kala Naft li tesprimi l-pożizzjoni tagħha b’mod utli ġie rrispettat. Jekk min-naħa l-oħra jiġi kkunsidrat, fil-punt 107 tas-sentenza appellata, il-fatt li l-Kunsill ma rrispondiex għat-talba ta’ Kala Naft bil-għan li jinkiseb aċċess għall-elementi tal-fajl, imressqa qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li din iċ-ċirkustanza tammonta għal ksur tad-dritt ta’ Kala Naft għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali laqgħet it-tielet motiv u annullat l-atti kontenzjużi sa fejn jikkonċernaw lill-Kala Naft. |
|
40 |
Wara li l-Kunsill ikkonferma li l-fajl tiegħu ma kienx jikkontjeni provi jew elementi ta’ informazzjoni oħra minn dawk riprodotti fil-motivazzjoni tal-atti kontenzjużi, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat utli, permezz tal-ekonomija tal-ġudizzju u fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li teżamina s-seba’ u t-tmien motivi, ibbażati rispettivament fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunċett ta’ implikazzjoni fil-proliferazzjoni nukleari u ta’ żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-attivitajiet ta’ Kala Naft. Hija laqgħet is-seba’ motiv u, konsegwentement, annullat l-atti kontenzjużi sa fejn l-ewwel motiv tal-iskrizzjoni ta’ din il-kumpannija fil-lista ta’ dawn l-atti kienet ikkonċernata. Min-naħa l-oħra, hija kkonkludiet li l-Kunsill ma kienx ressaq il-prova tal-allegazzjonijiet mressqa fil-kuntest tat-tieni motiv ta’ iskrizzjoni u b’hekk, laqgħet it-tmien motiv u annullat l-atti kontenzjużi sa fejn dan it-tieni motiv huwa kkonċernat. |
|
41 |
Il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx ir-raba’ u d-disa’ motivi. |
|
42 |
Sabiex tevita li tiġi mminata ċ-ċertezza legali, il-Qorti Ġenerali żammet l-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, sad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi l-appell. B’mod konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appell għandu effett sospensiv fuq id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tannulla regolament, f’din il-kawża r-Regolament Nru°961/2010 sad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi l-appell. |
It-talbiet tal-partijiet
|
43 |
Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
44 |
Kala Naft titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
45 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
Fuq l-appell
Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi għal dak li jirrigwarda l-ammissibbiltà tar-rikors jew ta’ ċerti aggravji ta’ Kala Naft
|
46 |
L-ewwel aggravju jirrigwarda l-ammissibbiltà ta’ ċerti motivi mqajma minn Kala Naft. Huwa jikkonċerna l-punti 43 sa 46 tas-sentenza appellata, li huma fformulati kif ġej:
|
L-argumenti tal-partijiet
|
47 |
Il-Kunsill iqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-kwistjoni dwar jekk Kala Naft setgħetx tinvoka motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali kienet tikkonċerna mhux l-ammissibbiltà ta’ dan il-motiv, iżda biss il-fondatezza tiegħu. Huwa tal-opinjoni li, jekk entità li tammonta għal organizzazzjoni governattiva fis-sens tal-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, ffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, ma tkunx benefiċjarja tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tal-proprjetà u lanqas ta’ drittijiet fundamentali oħra, hija ma għandhiex il-kwalità (locus standi) sabiex tinvoka allegat ksur ta’ dawn id-drittijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
48 |
Huwa jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet qajmu din l-oġġezzjoni biss fl-istadju tal-proċeduri orali, iżda jsostni li l-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors għandhom finijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku. |
|
49 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-Kunsill fl-argumenti tiegħu jsostni li l-Istati ma jibbenefikawx mid-drittijiet fundamentali, filwaqt li jirrikonoxxu li huma jistgħu jinfurzaw drittijiet proċedurali jew drittijiet li jirriżultaw mid-dritt internazzjonali. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
50 |
Hekk kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-rikors ta’ Kala Naft kien jidħol fil-kuntest tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE. Din il-kumpannija kellha l-locus standi sabiex tikkontesta l-inklużjoni tagħha fil-lista quddiem il-qorti tal-Unjoni, b’din il-miżura tikkonċernaha direttament u individwalment skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. L-interess ġuridiku tagħha ma setax minħabba dan il-fatt jiġi kkontestat. |
|
51 |
B’hekk il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat, fil-punt 45 tas-sentenza appellata, li l-argumenti dwar il-possibbiltà, għal Kala Naft, li tinvoka l-protezzjonijiet u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali ma jikkonċernax l-ammissibbiltà tar-rikors u lanqas ta’ motiv, iżda kienet trattat il-mertu tal-kawża. |
|
52 |
Għalkemm l-argumenti ġew mressqa, għall-ewwel darba, matul is-seduta, mingħajr mal-Kunsill jew il-Kummissjoni ma invokaw il-fatt li hija kienet fondata fuq punti ta’ liġi jew tal-fatt li dehru waqt il-proċeduri, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 46 tas-sentenza appellata, li huma kienu jammontaw għal motiv ġdid fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li timplika li hija kellha tiddikjarahom inammissibbli. |
|
53 |
Għaldaqstant hemm lok li l-ewwel aggravju ta’ appell jiġi miċħud. |
Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi għal dak li jirrigwarda l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti kontenzjużi u l-fondatezza tal-miżura
|
54 |
F’kull wieħed mill-atti kontenzjużi, kienu previsti tliet motivi sabiex jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Kala Naft. |
|
55 |
Fil-punt 79 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tielet wieħed minn dawn il-motivi minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni: “79 Madankollu, it-tielet motiv, li jgħid li [Kala Naft] għandha rabtiet mal-kumpanniji involuti fil-programm nukleari Iranjan, huwa ta’ karattru insuffiċjenti, peress li ma jippermettilhiex tifhem x’tip ta’ relazzjoni ma’ liema kumpanniji hija effettivament akkużata biha, b’mod li ma hijiex f’pożizzjoni tivverifika l-fondatezza ta’ din l-allegazzjoni u li tikkontestaha bi grad minimu ta’ preċiżjoni.” |
|
56 |
Fil-punti 113 sa 119 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-ewwel motiv, ibbażat fuq li tagħmel kummerċ ta’ tagħmir għas-settur taż-żejt u l-gass li jista’ jintuża għall-programm nukleari tal-Iran, kien vvizzjat bi żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunċett ta’ implikazzjoni fil-proliferazzjoni nukleari:
|
|
57 |
Fil-punti 120 sa 125 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, f’dak li jirrigwarda t-tieni raġuni għal iskrizzjoni, il-Kunsill kien wettaq żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-attivitajiet ta’ Kala Naft:
|
L-argumenti tal-partijiet
|
58 |
Il-Kunsill isostni, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta eżaminat b’mod separat u distint it-tliet motivi li jidhru fl-atti kontenzjużi. Huwa jikkunsidra li l-ewwel motiv, dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ tagħmir għas-setturi taż-żejt u l-gass, huwa rilevanti f’rabta mat-tielet, dwar ir-rabtiet miżmuma ma’ kumpanniji li jieħdu sehem f’programm nukleari Iranjan. |
|
59 |
Il-Kunsill isostni, fit-tieni lok, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni, fl-eżami tagħha tat-tieni u t-tielet raġuni għal iskrizzjoni, tal-fatt li dawn il-motivi kienu bbażati fuq informazzjoni provenjenti minn sorsi kunfidenzjali. |
|
60 |
Kala Naft issostni, fl-ewwel lok, li huwa l-Kunsill stess li kkunsidra kull wieħed mill-elementi tal-motivazzjoni li tidher fl-atti kontenzjużi bħala suffiċjenti, fih innifsu sabiex jiġġustifika d-deċiżjonijiet tiegħu. Hija tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ċaħdet it-tielet motiv u li, barra minn hekk, il-motiv tal-Kunsill irid jiġi kkunsidrat bħala ġdid u għalhekk inammissibbli. |
|
61 |
Billi tirrepeti minn naħa tagħha r-raġunament tal-Qorti Ġenerali fil-punti 114 u 115 tas-sentenza appellata, Kala Naft issostni, fit-tieni lok, li l-ewwel motiv, intrinsikament ivvizzjat, ma setax ikollu bħala effett li jivvalida t-tielet motiv. |
|
62 |
Fit-tielet lok, Kala Naft issostni li, anki jekk jintrabtu flimkien iż-żewġ motivi, it-tielet motiv jibqa’ ambigwu, peress li jkun impossibbli li jiġi mifhum għal liema kumpanniji u għal liema rabtiet il-Kunsill qed jirreferi. |
|
63 |
Fir-rigward tal-provi, Kala Naft issostni li l-Kunsill invoka l-kunfidenzjalità tal-provi biss matul is-seduta. B’hekk dan huwa każ ta’ aggravju ġdid, li l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprojbixxu lil dan li jeżamina. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
64 |
Permezz ta’ dan l-aggravju, il-Kunsill isostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, minn naħa, meta kkunsidrat li l-motivi previsti fl-atti kontenzjużi għandhom karattru insuffiċjenti u, min-naħa l-oħra, meta kkunsidrat li l-Kunsill ma kienx fondat jadotta l-atti kontenzjużi sa fejn dan jirrigwarda Kala Naft, peress li l-ebda waħda mit-tliet motivi previsti f’dawn l-atti ma seta’ jiġġustifika l-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni fir-rigward tiegħu. |
|
65 |
Għandu jitfakkar li l-qrati tal-Unjoni għandhom, b’mod konformi mal-kompetenzi li huma għandhom taħt it-trattat, jiżguraw stħarriġ, bħala prinċipju komplet, tal-legalità tal-atti kollha tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali li jiffurmaw parti integrali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżit huwa speċifikament trattat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE (ara s-sentenza tat-18 ta’ Lulju 2013, Il-Kummissjoni et vs Kadi, C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P, iktar ’il quddiem, is-“sentenza Kadi II”, punt 97). |
|
66 |
Fuq quddiem ta’ dawn id-drittijiet fundamentali jidher, b’mod partikolari, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara s-sentenza Kadi II, punt 98). |
|
67 |
L-ewwel wieħed minn dawn id-drittijiet, li huwa stabbilit fl-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), jinkludi d-dritt għal smigħ u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl fl-osservanza tal-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità (ara s-sentenza Kadi II, punt 99). |
|
68 |
It-tieni wieħed mill-imsemmija drittijiet fundamentali, li huwa kkonfermat fl-Artikolu 47 tal-Karta, jeżiġi li l-persuna kkonċernata tista’ tkun taf il-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni meħuda fir-rigward tagħha kemm permezz tal-qari stess tad-deċiżjoni, kemm permezz ta’ komunikazzjoni ta’ dawn il-motivi li ssir fuq talba tagħha, bla ħsara għas-setgħa tal-qorti kompetenti li teżiġi mill-awtorità inkwistjoni li tikkomunika lil din il-persuna dawn il-motivi, sabiex tkun tista’ tiddefendi d-drittijiet tagħha fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u li tiddeċiedi b’għarfien sħiħ tal-fatti jekk kienx utli li tinstema’ quddiem il-qorti kompetenti, kif ukoll sabiex din il-qorti tkun fl-aħjar pożizzjoni li teżerċita l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni inkwistjoni (ara s-sentenzi tal-4 ta’ Ġunju 2013, ZZ, C‑300/11, punt 53 u ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll Kadi II, punt 100). |
|
69 |
L-Artikolu 52(1) tal-Karta madankollu jipprovdi limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti minnha, sa fejn il-limitazzjoni kkonċernata tosserva l-kontenut essenzjali tad-dritt fundamentali inkwistjoni u li, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, hija tkun neċessarja u tirrispondi effettivament għal għanijiet ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni (ara s-sentenzi ZZ, punt 51, u Kadi II, punt 101). |
|
70 |
Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandha tiġi evalwata abbażi taċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2011, Solvay vs Il-Kummissjoni, C-110/10 P, Ġabra p. I-10439, punt 63), b’mod partikolari tan-natura tal-att inkwistjoni, tal-kuntest tal-adozzjoni tiegħu u tar-regoli ġuridiċi li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenza Kadi II, punt 102; ara wkoll, f’dan is-sens, fir-rigward tar-rispett tad-dmir ta’ motivazzjoni, is-sentenzi tal-15 ta’ Novembru 2012, Al-Aqsa vs Il-Kunsill u Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Al-Aqsa, C‑539/10 P u C‑550/10 P, punti 139 u 140, kif ukoll Il-Kunsill vs Bamba, C‑417/11 P, punt 53). |
|
71 |
B’mod partikolari, att li jikkawża preġudizzju jkun motivat b’mod suffiċjenti jekk jiġi adottat f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li permezz tiegħu tkun tista’ tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha (sentenza Il-Kunsill vs Bamba, iċċitata iktar ’il fuq, punt 54). |
|
72 |
Fir-rigward tal-istħarriġ tal-legalità ta’ deċiżjoni li tadotta miżuri restrittivi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fir-rigward tan-natura preventiva tagħhom, jekk il-qorti tal-Unjoni tikkunsidra li, tal-inqas, wieħed mill-motivi msemmija huwa suffiċjentement preċiż u konkret, li huwa sostnut u minnu nnifsu jikkostitwixxi bażi suffiċjenti sabiex isostni din id-deċiżjoni, iċ-ċirkustanza li oħrajn minn dawn il-motivi ma jkunux ma tistax tiġġustifika l-annullament ta’ din id-deċiżjoni (ara s-sentenza Kadi II, punt 130). |
|
73 |
Barra minn hekk, l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta teżiġi wkoll li l-qorti tal-Unjoni tiżgura li d-deċiżjoni, li għandha portata individwali għall-persuna jew għall-entità kkonċernata, hija bbażata fuq bażi fattwali suffiċjentement solidu. Dan jimplika verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li huma l-bażi tal-imsemmija deċiżjoni, b’mod li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jkunx limitat għall-evalwazzjoni l-astratt plawżibbli tal-motivi invokati, iżda jirrigwarda l-punt jekk dawn il-motivi, jew, tal-inqas wieħed minnhom ikkunsidrat bħala suffiċjenti minnu nnifsu sabiex isostni din l-istess deċiżjoni, humiex sostnuti (ara s-sentenza Kadi II, punt 119). |
|
74 |
F’din il-kawża, sabiex tiġi ppreċiżata r-regolarità tal-istħarriġ tal-motivazzjoni u tal-fondatezza tal-atti kontenzjużi mwettqa mill-Qorti Ġenerali, hemm lok li jiġi eżaminat l-ewwel nett il-mod kif il-Qorti Ġenerali identifikat u interpretat ir-regoli ġenerali tat-testi applikabbli qabel ma eżaminat b’mod iktar partikolari l-mod kif stħarrġet il-motivazzjoni u l-fondatezza tal-atti kontenzjużi. |
|
75 |
F’dan ir-rigward, ma jirriżulta minn l-ebda element tas-sentenza appellata li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni wara r-Riżoluzzjonu tal-Kunsill tas-Sigurtà 1929 (2010). |
|
76 |
B’hekk, l-interpretazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni wasslitha, hekk kif jirriżulta mill-punti 113 u 114 ta’ din is-sentenza, tfittex rabta diretta bejn Kala Naft u l-proliferazzjoni nukleari, meta jirriżulta speċifikament mid-Deċiżjoni 2010/413 u mir-Regolament Nru°961/2010 li l-industrija Iranjana taż-żejt u tal-gass jista’ jkun is-suġġett ta’ miżuri restrittivi, b’mod partikolari meta hija tirrikorri għall-kisba ta’ oġġetti u ta’ teknoloġiji pprojbiti, ir-rabta bejn dawn l-oġġetti u dawn it-teknoloġiji u l-proliferazzjoni nukleari tkun stabbilita mil-leġiżlatur tal-Unjoni fir-regoli ġenerali tad-dispożizzjonijiet applikabbli. |
|
77 |
Fil-fatt, l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru°961/2010 jistabbilixxi projbizzjoni ta’ bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tagħmir jew teknoloġiji essenzjali elenkati fl-Anness VI, direttament jew indirettament, lil kull persuna, lil kull entità jew kull organizzazzjoni Iranjana, jew għall-finijiet ta’ użu fl-Iran. Skont l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-regolament, l-Anness VI jinkludi t-tagħmir u t-teknoloġiji essenzjali destinati għas-setturi essenzjali tal-industrija taż-żejt u tal-gass naturali fl-Iran. Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-kunċett ta’ “akkwist ta’ oġġetti u teknoloġija pprojbiti”, fis-sens tal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-regolament, ikopri l-akkwist ta’ tagħmir u teknoloġija ewlenin iddestinati għas-setturi essenzjali tal-industrija taż-żejt u tal-gass naturali fl-Iran. |
|
78 |
Min-naħa l-oħra jidher li l-kwotazzjoni tal-imsemmi Artikolu 16(2) li tidher fil-punt 11 tas-sentenza appellata, bħar-riferiment għal dan l-artikolu li tidher fil-punt 114 tas-sentenza appellata, ma tirreferix għall-parti ta’ din id-dispożizzjoni li skont dawn huma previsti mill-miżuri restrittivi dawk li jipparteċipaw, huma direttament assoċjati jew huma ta’ appoġġ għall-attivitajiet nukleari tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, “inkluż permezz l-involviment fl-akkwist ta’ oġġetti u teknoloġija pprojbiti”. |
|
79 |
Fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, għandu jiġi kkonstatat li dan jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 423/2007 li, bid-differenza tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010, ma jipprovdix speċifikament għall-akkwist ta’ oġġetti u teknoloġija pprojbiti. |
|
80 |
Madankollu, l-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament Nru°423/2007 huwa intiż għall-involviment, l-assoċjazzjoni diretta jew is-sostenn għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi għall-proliferazzjoni. Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-kunċett ta’ “appoġġ” jimplika livell ta’ konnessjoni mal-attivitajiet nukleari tal-Iran inqas mill-kunċetti ta’ “parteċipazzjoni [involviment]” u ta’ “assoċjazzjoni diretta”, u jista’ jkopri l-akkwist jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti u ta’ teknoloġija marbuta mal-industrija tal-gass u taż-żejt. |
|
81 |
Din l-interpretazzjoni hija korroborata mill-adozzjoni, wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru°423/2007 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1929 (2010), tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 u tad-Deċiżjoni 2010/413, li tirreferi għad-dħul tas-settur tal-enerġija u r-riskju marbut mal-materjal destinat għall-industrija taż-żejt u tal-gass. |
|
82 |
Fil-fatt, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1929 (2010), li għaliha tirreferi l-premessa 22 tad-Deċiżjoni 2010/413, tgħaraf ir-rabta potenzjali bejn id-dħul li r-Repubblika Iżlamika tal-Iran tikseb mis-settur tagħha tal-enerġija u l-finanzjament tal-attivitajiet nukleari tagħha huma ta’ riskju għall-proliferazzjoni, u tinnota wkoll li l-materjal u l-materji użati mill-proċessi kimiċi tal-industrija petrokimika huma simili ħafna għal dawk użati f’ċerti attivitajiet sensittivi taċ-ċiklu tal-kombustibbli nukleari. Min-naħa l-oħra, fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew jikkunsidra li l-miżuri l-ġodda li għandhom jiġu adottati għandhom jirrigwardaw b’mod partikolari s-setturi l-kbar tal-industrija tal-gass u taż-żejt, bil-projbizzjoni ta’ investimenti ġodda, tal-assistenza teknika u tat-trasferimenti tat-teknoloġiji, ta’ tagħmir u ta’ servizzi marbuta ma’ dawn is-setturi. |
|
83 |
Fid-dawl ta’ din ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà (sentenza tas-16 ta’ Novembru 2011, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, C-548/09 P, Ġabra p. I-11381, punt 104 u l-ġurisprudenza ċċitata), ta’ din id-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tad-Deċiżjoni 2010/413, li tirreferi għad-dħul tas-settur tal-enerġija u r-riskju marbut mal-materjal destinat għall-industrija tal-petrol u tal-gass, l-Artikolu 7(2), tar-Regolament Nru 423/2007 għandu, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-legalità tal-miżura restrittiva adottata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru°668/2010, tkun interpretata fis-sens li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tagħmir u teknoloġiji essenzjali destinati għall-industrija tal-gass u taż-żejt huwa suġġett li jkun ikkunsidrat bħala appoġġ għall-attivitajiet nukleari tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. |
|
84 |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 113 sa 115 tas-sentenza appellata, li l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entità tippreżupponi li din kienet adottat minn qabel aġir oġġezzjonabbli effettiv, bir-riskju biss li l-entità kkonċernata tadotta aġir tali fil-futur ma huwiex suffiċjenti. |
|
85 |
Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet differenti tal-atti kontenzjużi li jipprovdu għall-iffriżar ta’ fondi huma redatti b’mod ġenerali (“kienu involuti fi, assoċjati direttament ma, jew jipprovdu appoġġ […]”), mingħajr riferiment għall-aġir minn qabel għal deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi. B’hekk jirriżulta li, anki jekk huma jipprovdu għal entità determinata, ir-riferiment għal għan ġenerali hekk kif żvelat mill-istatuti ta’ entità jista’ jkun suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. |
|
86 |
Barra minn hekk għandu jiġi eżaminat il-karattru suffiċjentement preċiż u konkret tal-motivi previsti fl-atti kontenzjużi, kif ukoll, jekk meħtieġ, il-karattru stabbilit tal-materjalità tal-fatti korrispondenti għall-motiv ikkonċernat fid-dawl tal-elementi li ġew ikkomunikati (ara s-sentenza Kadi II, punt 136). |
|
87 |
Fir-rigward tal-ewwel motiv tal-atti kontenzjużi, li skont dan Kala Naft ikkummerċjalizzat tagħmir għas-setturi taż-żejt u tal-gass li jistgħu jiġu użati għall-programm nukleari Iranjan, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat li din kienet suffiċjentement preċiża u konkreta sabiex Kala Naft tkun tista’ tivverifika l-fondatezza tal-atti kontenzjużi, li tiddefendi ruħha quddiem il-Qorti Ġenerali u sabiex din tal-aħħar teżerċita l-istħarriġ tagħha. |
|
88 |
Fir-rigward tal-fondatezza tal-miżura u, b’mod iktar partikolari, tal-materjalità tal-fatti allegati f’dan l-ewwel ilment, għandu jiġi kkonstatat li, skont l-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament Nru 423/2007, tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, u tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010, interpretati fid-dawl tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1929 (2010) u tad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill kellu d-dritt jikkunsidra li jiġu adottati miżuri fir-rigward ta’ Kala Naft sa fejn din ikkummerċjalizzat tagħmir għas-settur taż-żejt u tal-gass li jista’ jiġi użat għall-programm nukleari Iranjan. |
|
89 |
Fil-fatt huwa suffiċjenti li jitfakkar li Kala Naft hija ċ-ċentrali tax-xiri tal-grupp tal-kumpannija taż-żejt nazzjonali Iranjana, l-“NIOC”). Dan jidher fl-istatuti ta’ din il-kumpannija u ma hijiex ikkontestata minn din. Kala Naft issostni hija stess, fil-punt 27 tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, li l-missjoni tagħha esklużivament taż-żejt, tal-gass u petrokimiku jirriżulta b’mod ċar mill-metodi tagħha ta’ xogħol. |
|
90 |
Barra minn hekk, fil-kuntest tal-kontestazzjonijiet dwar it-tieni motiv tal-atti kontenzjużi, Kala Naft tesponi hija stess, fil-punti 63, 64 u 118 tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, li hija tikkontribwixxi, b’mod abitwali, għall-kisba ta’ xatbi tal-liga għall-NIOC jew lis-sussidjarji tagħha. F’kull każ, minħabba dan ir-rwol fi ħdan il-grupp tal-NIOC, li jimplika neċessarjament ix-xiri ta’ kwantità kbira ħafna ta’ oġġetti użati mill-impriżi tal-NIOC, il-Kunsill seta’ jikkunsidra li, fil-kuntest tal-attività tagħha, Kala Naft ħasbet għall-kisba tal-oġġetti u tat-teknoloġiji pprojbiti, fis-sens tal-Artikoli 4 u 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413 kif ukoll tal-Artikoli 8(1) u (2), u 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u, b’mod partikolari, ta’ tagħmir għas-setturi taż-żejt u tal-gass li jistgħu jiġu użati għall-programm nukleari Iranjan hekk kif imsemmi fil-motivazzjoni tal-atti kontenzjużi. |
|
91 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-fatti allegati fl-ewwel motiv seħħew b’mod suffiċjenti skont il-liġi u li dan l-ewwel motiv jiġġustifika fih innifsu l-inklużjoni fil-listi tal-atti kontenzjużi. Fir-rigward ta’ dak li tfakkar fil-punt 72 tas-sentenza preżenti, ma hemmx lok li jiġi vverifikat il-karattru suffiċjentement preċiż u konkret tat-tieni u t-tielet motivi tal-atti kontenzjużi, u lanqas li jiġu mistħarrġa jekk dawn il-motivi kienu sostnuti u setgħu jammontaw, fihom infushom, għal bażi suffiċjenti sabiex isostnu l-atti kontenzjużi. |
|
92 |
Anki jekk l-elementi li jiġġustifikaw il-fondatezza tal-ewwel motiv ta’ dawn l-inklużjonijiet jirriżultaw minn noti skambjati waqt il-proċeduri quddiem il-qrati tal-Unjoni, u mhux motivazzjoni kompluta u espliċita sostnuti minn elementi ta’ informazzjoni rilevanti, dan ma jaffettwax il-legalità ta’ dawn l-atti, peress li l-motivazzjoni setgħet tiġi mifhuma minn Kala Naft u li l-elementi ta’ informazzjoni rilevanti, bħall-istatuti ta’ din il-kumpannija, kienu magħrufa minn din tal-aħħar. |
|
93 |
Fid-dawl tal-iżbalji tad-dritt imwettqa mill-Qorti Ġenerali, hemm lok li tiġi annullata s-sentenza appellata. |
Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali
|
94 |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar tista’, fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, jew hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni. |
|
95 |
Sussegwentement għall-annullament tas-sentenza appellata, hija l-qorti li qed tisma’ l-kawża li għandha tippronunċa ruħha mill-ġdid fuq ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Kala Naft. |
|
96 |
F’din il-kawża, il-kundizzjonijiet huma ssodisfatti sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi hija stess fuq il-kawża. Fil-fatt, l-argumenti żviluppati mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali jidhru fin-noti skambjati fil-proċedura bil-miktub quddiem din il-qorti. Min-naħa l-oħra, fil-parti tan-noti tagħhom dwar l-ipoteżi fejn jintlaqa’ l-appell, il-partijiet kellhom l-okkażjoni, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li mill-ġdid tieħu pożizzjoni fuq dawn l-argumenti u, eventwalment, fuq ir-risposta mogħtija mill-Qorti Ġenerali. |
Fuq l-ewwel aggravju
|
97 |
Kala Naft issostni li d-Deċiżjoni 2010/413 hija illegali billi l-Artikolu 28 tagħha jipprovdi li d-deċiżjoni kellha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha, li kienet tippreċedi d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija ssostni li, b’mod partikolari, li l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/413 jipprovdi miżuri ta’ projbizzjoni liema portata ma hijiex determinata bi preċiżjoni suffiċjenti. Permezz tal-ikkombinar tal-Artikoli 4 u 28 tagħha, id-Deċiżjoni 2010/413 tipprovdi projbizzjoni, kriminalment issanzjonat mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, li ma tippermettix lid-destinatarji tagħha li tqis il-portata tal-projbizzjoni. |
|
98 |
L-ebda waħda mill-partijiet ma ħadet pożizzjoni, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq dan l-aggravju. |
|
99 |
Għall-istess motivi bħal dawk żviluppati fil-punti 36 sa 38 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, hemm lok li jiġi konkluż li, bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 275 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex kompetenti sabiex titratta rikors bil-għan li tiġi evalwata l-legalità tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/413. |
|
100 |
Peress li l-kontestazzjoni tal-legalità tal-Artikolu 28 hija marbuta ma’ dik tal-Artikolu 4, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-aggravju ta’ Kala Naft. |
Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
|
101 |
Kala Naft issostni li l-Kunsill ma mmotivax b’mod suffiċjenti skont il-liġi dawn l-atti kkontestati, b’mod li hija ma hijiex f’pożizzjoni li tidentifika l-fatti li hija akkużata bihom u li tivverifika jew tiċħad il-fondatezza tal-motivazzjonijiet imressqa kontriha. |
|
102 |
Għall-istess motivi bħal dawk esposti fil-punti 72 u 87 tas-sentenza preżenti, għandu jiġi miċħud dan l-aggravju. |
Fuq it-tielet aggravju, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Kala Naft u tad-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva
|
103 |
Kala Naft issostni li, bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/413 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, il-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tagħha, li jimplika wkoll ksur tad-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
104 |
Għall-istess motivi bħal dawk żviluppati fil-punti 94 sa 104 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, hemm lok li jiġi kkunsidrat li d-dritt ta’ Kala Naft li tikkomunika utilment il-perspettiva tagħha ġie rrispettat. |
|
105 |
Fir-rigward tal-elementi li jistabbilixxu r-realtà tal-motivi sostnuti fir-rigward ta’ Kala Naft, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li l-funzjoni ta’ ċentrali ta’ xiri tal-grupp tal-NIOC li hija teżerċita tirriżulta kemm mill-istatuti tagħha kif ukoll mill-fuljetti li hija tippubblika. Il-Kunsill b’hekk ma huwiex marbut li jistabbilixxi l-prova tal-attività ta’ Kala Naft permezz ta’ elementi oħra. |
|
106 |
F’dak li jirrigwarda l-prova tat-tentattiv ta’ xiri tal-materjal użat esklużivament mill-industrija nukleari, hemm lok li jiġi kkunsidrat li ksur eventwali tad-drittijiet tad-difiża ta’ Kala Naft huwa irrilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża peress li l-ewwel motiv tal-iskrizzjoni ta’ Kala Naft fil-listi tal-atti kontenzjużi jiġġustifika fih innifsu, hekk kif ġie kkonstatat fil-punt 91 tas-sentenza preżenti, l-iskrizzjoni ta’ din tal-aħħar f’dawn il-listi. |
Fuq il-ħames aggravju, ibbażat fuq l-inkompetenza tal-Kunsill sabiex jadotta l-atti kontenzjużi
|
107 |
Kala Naft issostni li l-Kunsill ma għandux kompetenza sabiex jadotta l-atti kkontestati. Hija ssostni li dawn l-atti għandhom bħala bażi ġuridika d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010, iżda li dan kemm jipprovdi l-implimentazzjoni, mill-Kunsill, tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1929 (2010) u l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ akkumpanjament u ma jipprovdix għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi awtonomi. Barra minn hekk, ir-Riżoluzzjoni 1929 (2010) ma tinkludix miżuri relatati mal-industrija taż-żejt u l-gass Iranjan jew ma’ Kala Naft. Hija tiddeduċi li l-Kunsill ma għandux il-kompetenza biex jadotta miżuri restrittivi kontriha abbażi tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010. |
|
108 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, jekk għandhom jiġu kkunsidrati għall-interpretazzjoni tal-atti kontenzjużi, la r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1929 (2010) u lanqas id-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 ma jistgħu jammontaw għall-bażi legali. |
|
109 |
Għandu jiġi kkonstatat li d-Deċiżjonijiet 2010/413 u 2010/644 huma bbażati fuq l-Artikolu 29 TUE, li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010 huwa bbażat fuq l-Artikolu 291(2) TFUE u r-Regolament Nru 423/2007, u li r-Regolament Nru 961/2010 huwa bbażat fuq l-Artikolu 215 TFUE. Dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattati jagħtu lill-Kunsill il-kompetenza sabiex jadotta atti li jinkludu miżuri restrittivi ta’ ffriżar ta’ fondi awtonomi, differenti minn miżuri rakkomandati speċifikament mill-Kunsill tas-Sigurtà. |
|
110 |
Minn dan isegwi li l-aggravju ma huwiex fondat. |
Fuq is-sitt aggravju, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter
|
111 |
Kala Naft issostni li l-Kunsill wettaq użu ħażin tal-poter. Hija ssostni, li l-Kunsill adotta miżuri restrittivi fil-konfront tagħha mingħajr ma kellu provi tal-involviment tagħha fil-proliferazzjoni nukleari u mingħajr ma rrispetta d-drittijiet proċedurali tagħha. Dawn iċ-ċirkustanzi jimplikaw, skont din il-kumpannija, li l-Kunsill effettivament ipprova juża s-sistema ta’ miżuri restrittivi relatata mal-proliferazzjoni nukleari sabiex jilħaq l-industrija taż-żejt, gass u petrokimiċi Iranjana. |
|
112 |
F’dan ir-rigward huwa suffiċjenti li jingħad li, hekk kif tfakkar fil-punti 76 sa 83 tas-sentenza preżenti, l-atti kontenzjużi kienu jirrigwardaw l-industrija taż-żejt, tal-gass u petrokimiċi Iranjani minħabba r-riskju li din l-industrija kienet tippreżenta għall-proliferazzjoni nukleari, kemm mid-dħul li hija kienet tiġġenera kif ukoll mill-użu tal-materjal u tal-materjali simili għal dawk użati f’ċerti attivitajiet sensittivi taċ-ċiklu tal-kombustibbli nukleari. |
|
113 |
Konsegwentement, l-aggravju huwa infondat. |
Fuq is-seba’ aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunċett ta’ implikazzjoni fil-proliferazzjoni nukleari
|
114 |
Kala Naft issostni li billi tibbaża ruħha fuq l-ewwel motiv tal-iskrizzjoni tagħha fil-lista tal-atti kontenzjużi, ibbażat fuq il-fatt li din tikkummerċjalizza tagħmir għall-industriji taż-żejt u gass, li jistgħu jintużaw fil-programm nukleari Iranjan, il-Kunsill wettaq żball ta’ liġi. Effettivament din iċ-ċirkustanza ma tiġġustifikax, waħedha, l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. |
|
115 |
Hekk kif jirriżulta mill-punti 87 sa 90 tas-sentenza preżenti, l-attività ta’ Kala Naft fis-setturi taż-żejt u l-gass, attestati mill-istatuti stess ta’ din il-kumpannija, kienet suffiċjenti sabiex tiġġustifika l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi. |
|
116 |
Għaldaqstant, is-seba’ aggravju huwa infondat. |
Fuq it-tmien aggravju, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-attivitajiet ta’ Kala Naft
|
117 |
Kala Naft tikkontesta li teżerċita attività ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ tagħmir li għandu rabta mal-programm nukleari. Hija ssostni li r-rwol tagħha ta’ ċentrali ta’ xiri tal-NIOC ma tammontax għal attività ta’ kummerċjalizzazzjoni. |
|
118 |
Hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-kelma “kummerċjalizzazzjoni” tiddeskrivi b’mod suffiċjenti skont il-liġi d-dritt tal-attività ta’ Kala Naft li tiġġustifika l-iskrizzjoni tagħha fil-lista u tippermetti lil din il-kumpannija li tifhem ir-raġuni. |
Fuq ir-raba’ u d-disa’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità
|
119 |
Kala Naft tikkontesta l-għan ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika r-restrizzjonijiet għall-użu tad-dritt ta’ proprjetà u għad-dritt li tiġi eżerċitata liberament attività ekonomika, peress li la l-Kunsill tas-Sigurtà u lanqas il-Kunsill Ewropew ma pprovdew għall-adozzjoni ta’ miżuri li jkopru s-settur taż-żejt u tal-gass. Min-naħa l-oħra, anki jekk tali għan jeżisti, ir-rapport raġonevoli tal-proporzjonalità bejn il-mezzi użati u l-għan imħaddan ma ġewx irrispettati. |
|
120 |
Sa fejn Kala Naft tikkontesta l-proporzjonalità tar-regoli ġenerali li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jiġu inklużi fil-listi, għandu jitfakkar li, fir-rirgward tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta setgħa diskrezzjonali wiesgħa lill-leġiżlatur tal-Unjoni fl-oqsma li jimplikaw minn naħa ta’ din tal-aħħar għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali, u li fiha hija msejħa twettaq evalwazzjonijiet kumplessi. Hija ddeduċiet li huwa biss il-karattru manifestament mhux xieraq ta’ miżura adottata f’dan il-qasam, meta mqabbel mal-għan li l-istituzzjoni kompetenti tixtieq tilħaq, li jista’ jaffettwa l-legalità ta’ miżura bħal din (ara s-sentenza tal-1 ta’ Frar 2007, Sison vs Il-Kunsill, C-266/05 P, Ġabra p. I-1233, punt 33). |
|
121 |
Hemm lok ukoll, li jitfakkar li d-drittijiet fundamentali msemmija minn Kala Naft ma humiex prerogattivi assoluti u li l-eżerċizzju tagħhom jista’ jkun is-suġġett ta’ restrizzjonijiet iġġustifikati mill-għanijiet ta’ interess ġenerali mħaddna mill-Unjoni (ara s-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 113). |
|
122 |
Dan huwa fil-fatt il-każ tad-dritt ta’ proprjetà u tad-dritt li tiġi eżerċitata liberament attività ekonomika. Għaldaqstant, kemm id-dritt li tiġi eżerċitata liberament attività professjonali u kif ukoll l-użu tad-dritt ta’ proprjetà jistgħu jkunu suġġetti għal restrizzjonijiet bil-kundizzjoni li dawn ir-restrizzjonijiet effettivament jissodisfaw l-għanijiet ta’ interess ġenerali segwiti u bil-kundizzjoni li ma jikkostitwixxux, fid-dawl tal-għan segwit, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jippreġudika l-essenza stess tad-drittijiet iggarantiti (ara s-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 114). |
|
123 |
F’dak li jirrigwarda b’mod iktar partikolari l-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod partikolari li, fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 16 tal-Karta, li jiddistingwi ruħu mill-kliem tal-libertajiet fundamentali l-oħra stabbiliti fit-Titolu II tagħha filwaqt li joqrob lejn il-kliem ta’ ċerti dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ta’ din l-istess Karta, din il-libertà tista’ tiġi suġġetta għal firxa wiesa’ ta’ interventi min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jistabbilixxu, fl-interess ġenerali, limiti għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika (ara s-sentenza tat-22 ta’ Jannar 2013, Sky Österreich, C‑283/11, punt 46). |
|
124 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-atti kontenzjużi differenti għandhom l-għan li jiġu evitati l-proliferazzjoni nukleari u li b’hekk tiġi eżerċitata pressjoni fuq ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex twaqqaf l-attivitajiet ikkonċernati. Dan l-għan jagħmel parti mill-kuntest iktar ġenerali tal-isforzi marbuta maż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali u huwa, għalhekk, leġittimu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 115). |
|
125 |
Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak li ssostni Kala Naft, il-Kunsill tas-Sigurtà kienet qajmet ir-riskji marbuta mal-industrija petrokimika fis-sbatax-il premessa tar-Riżoluzzjoni 1929 (2010) u l-Kunsill Ewropew kien, fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010, stieden lill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin sabiex jadotta miżuri fis-setturi tal-industrija tal-gass u taż-żejt. |
|
126 |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri, għandhom jitfakkru l-bosta rapporti tal-AIEA, in-numru kbir ta’ Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà, kif ukoll il-miżuri differenti tal-Unjoni. Il-miżuri restrittivi adottati kemm mill-Kunsill tas-Sigurtà kif ukoll mill-Unjoni huma progressivi u ġustifikati mill-assenza ta’ suċċess tal-miżuri adottati preċedentement. Minn dan l-approċċ ibbażat fuq il-progressività ta’ ksur għad-drittijiet abbażi tal-effettività tal-miżuri jirriżulta li l-proporzjonalità tagħhom hija stabbilita. |
|
127 |
B’hekk jirriżulta li l-aggravji ma humiex fondati. |
|
128 |
Peress li l-aggravji kollha ġew miċħuda, ir-rikors għandu jiġi miċħud. |
Fuq l-ispejjeż
|
129 |
Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun infondat jew meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-Artikolu 138 ta’ dawn ir-Regoli, li huwa applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn tal-aħħar, jipprovdi li l-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. L-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa applikabbli għall-proċeduri ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn jipprovdi li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
130 |
Peress li l-appell tal-Kunsill ġie milqugħ, u peress li ġie miċħud ir-rikors ta’ Kala Naft kontra l-atti kontenzjużi, hemm lok, b’mod konformi mat-talbiet tal-Kunsill, li Kala Naft tiġi kkundannata tbati, apparti l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill fiż-żewġ istanzi. |
|
131 |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni bħala intervenjenti, għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.