Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 — Pi‑Design etvs Yoshida Metal Industry

(Kawżi magħquda C‑337/12 P sa C‑340/12 P)

“Appell — Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni ta’ sinjali li jikkonsistu f’wiċċ b’tikek suwed — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(e)(ii) — Żnaturament tal-provi”

1. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Sinjali komposti esklużivament mill-forma tal-prodott li hija neċessarja għall-kisba ta’ riżultat tekniku — Identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta’ sinjal (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(e)(ii)) (ara l-punti 45-48, 67)

2. 

Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti għal invalidità — Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7 — Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità — Data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punti 59, 60)

Suġġett

Appelli mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-8 ta’ Mejju 2012, Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi-Design et (Rappreżentazzjoni ta’ wiċċ trijangolari b’tikek suwed) (T‑331/10) u Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi‑Design et (Rappreżentazzjoni ta’ wiċċ b’tikek suwed) (T‑416/10), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni R 1237/2008-1, tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-20 ta’ Mejju 2010, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, imressqa minn Pi-Design, minn Bodum France u minn Bodum Logistics A/S, ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta wiċċ miksi b’diski suwed, għal prodotti fil-klassijiet 8 u 21 — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja — Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja għall-kisba ta’ riżultat tekniku.

Dispożittiv

1) 

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-8 ta’ Mejju 2012, Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi-Design et (Rappreżentazzjoni ta’ wiċċ trijangolari b’tikek suwed (T‑331/10), u Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi‑Design et (Rappreżentazzjoni ta’ wiċċ b’tikek suwed) (T‑416/10), huma annullati.

2) 

Il-kawżi huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3) 

L-ispejjeż huma rriżervati.