Kawża C‑336/12
Ministeriet for Forskning, Innovation og Videregående Uddannelser
vs
Manova A/S
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Proċedura ristretta — Avviż ta’ kuntratt — Rekwiżit li l-aħħar karta tal-bilanċ ippubblikata tiġi inkluża fl-applikazzjoni — Assenza ta’ din il-karta tal-bilanċ fl-applikazzjoni ta’ ċerti applikanti — Possibbiltà għall-awtorità kontraenti li titlob lil dawn l-applikanti jikkomunikawlha l-imsemmija karta tal-bilanċ wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Servizzi li jaqgħu taħt l-Anness II B tad-Direttiva 2004/18 – Kuntratti li għandhom interess transkonfinali ċert – Obbligu tal-awtorità kontraenti li tosserva r-regoli u l-prinċipji tat-Trattat – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ trasparenza
(Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/87, Artikoli 21, 23 u 35(4), u Anness II B)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Proċedura ristretta – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Possibbiltà għall-awtorità kontraenti li titlob lil applikant, wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, li jikkomunikalha dokumenti bħall-karta tal-bilanċ ippubblikata – Kundizzjoni – Assenza ta’ klawżola ta’ esklużjoni tal-applikazzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 26, 28, 29, 31)
Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, wara l-iskadenza tat-terminu mogħti għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, awtorità kontraenti titlob lil applikant jikkomunikalha dokumenti li jiddeskrivu s-sitwazzjoni ta’ dan l-applikant, bħalma hija l-karta tal-bilanċ ippubblikata, li l-eżistenza tagħhom qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tista’ tiġi vverifikata oġġettivament sakemm id-dokumenti tal-kuntratt ma kinux jimponu espliċitament li fil-każ li ma jiġux ikkomunikati l-applikazzjoni tiġi eskluża. Tali talba ma għandhiex tivvantaġġja jew tiżvantaġġja indebitament lill-applikant jew lill-applikanti li lilu jew lilhom tkun intbagħtet l-imsemmija talba.
Tali talba għal kjarifika ta’ offerta għandha ssir, bħala prinċipju, b’mod ugwali lill-offerenti kollha li jinsabu fl-istess sitwazzjoni, għandha tirrigwarda l-punti kollha tal-offerta li jkunu jeħtieġu kjarifika u ma tistax twassal għas-sottomissjoni, minn offerent ikkonċernat, ta’ dik li fir-realtà tidher li tkun applikazzjoni ġdida.
(ara l-punti 34‑38, 42 u d-dispożittiv)
Kawża C‑336/12
Ministeriet for Forskning, Innovation og Videregående Uddannelser
vs
Manova A/S
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Proċedura ristretta — Avviż ta’ kuntratt — Rekwiżit li l-aħħar karta tal-bilanċ ippubblikata tiġi inkluża fl-applikazzjoni — Assenza ta’ din il-karta tal-bilanċ fl-applikazzjoni ta’ ċerti applikanti — Possibbiltà għall-awtorità kontraenti li titlob lil dawn l-applikanti jikkomunikawlha l-imsemmija karta tal-bilanċ wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Servizzi li jaqgħu taħt l-Anness II B tad-Direttiva 2004/18 — Kuntratti li għandhom interess transkonfinali ċert — Obbligu tal-awtorità kontraenti li tosserva r-regoli u l-prinċipji tat-Trattat — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Obbligu ta’ trasparenza
(Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/87, Artikoli 21, 23 u 35(4), u Anness II B)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Proċedura ristretta — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Possibbiltà għall-awtorità kontraenti li titlob lil applikant, wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, li jikkomunikalha dokumenti bħall-karta tal-bilanċ ippubblikata — Kundizzjoni — Assenza ta’ klawżola ta’ esklużjoni tal-applikazzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti