Kawża C‑327/12
Ministero dello Sviluppo economico
u
Autorità per la vigilanza sui contratti pubblici di lavori, servizi e forniture
vs
SOA Nazionale Costruttori – Organismo di Attestazione SpA
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato)
“Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE — Impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom l-Istati Membri jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi — Impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kunċetti — Korpi inkarigati sabiex jivverifikaw u jiċċertifikaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet meħtieġa mil-liġi mill-impriżi li jwettqu xogħlijiet pubbliċi — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi — Kwalità tas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali
(Artikolu 267 TFUE)
Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Impriża – Kunċett – Impriżi bi skop ta’ lukru inkarigati sabiex jipprovdu servizzi ta’ ċertifikazzjoni – Inklużjoni – Kundizzjonijiet
(Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE)
Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Obbligi tal-Istati Membri – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-kumpanniji li għandhom il-kwalità ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni sistema ta’ tariffi minimi għas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni offruti lill-impriżi li jixtiequ jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Artikolu 4(3) TFUE; Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE)
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Domanda magħmula fuq tilwima li qamet fi Stat Membru wieħed biss – Inklużjoni fid-dawl tal-interess potenzjonali ta’ impriżi ta’ Stati Membri oħra li jeżerċitaw attivitajiet f’dan l-Istat
(Artikolu 267 TFUE)
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domanda magħmula fuq tilwima li qamet fi Stat Membru wieħed biss – Ġurisdizzjoni fid-dawl tal-applikabbiltà eventwali tar-regola tad-dritt tal-Unjoni għall-imsemmija tilwima minħabba projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita mid-dritt nazzjonali
(Artikolu 267 TFUE)
Libertà ta’ stabbiliment – Derogi – Attivitajiet relatati mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika – Portata – Attività ta’ ċertifikazzjoni ta’ test dwar jekk vettura hijiex f’kundizzjoni tajba għas-sewqan li jikkunsidra biss ir-riżultati taż-żjara teknika – Esklużjoni – Kundizzjonijiet
(Artikolu 51 TFUE)
Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-kumpanniji li għandhom il-kwalità ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni sistema ta’ tariffi minimi għas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni offruti lill-impriżi li jixtiequ jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi – Restrizzjonijiet iġġustifikati minn interess ġenerali – Protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Natura proporzjonata ta’ tali leġiżlazzjoni – Verifika mill-qorti nazzjonali
(Artikolu 49 TFUE)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 20, 21)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 28-35)
L-Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-kumpanniji li għandhom il-kwalità ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni sistema ta’ tariffi minimi għas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni offruti lill-impriżi li jixtiequ jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi.
Minn naħa, tali leġiżlazzjoni ma tiksirx l-Artikoli 101 TFUE jew 102 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, sakemm hija ma jkollhiex l-effett li timponi jew tiffavorizza l-konklużjoni ta’ ftehimiet kuntrarji għall-Artikolu 101 TFUE jew issaħħaħ l-effetti ta’ tali ftehimiet u sakemm l-Istat Membru ma jneħħix mil-leġiżlazzjoni tiegħu n-natura pubblika tagħha billi jiddelega lil operaturi privati r-responabbiltà li jintervjenu biex jieħdu deċiżjonijiet ta’ interess ekonomiku u ma jimponix jew jiffavorizzax abbużi minn pożizzjoni dominanti.
Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 106 TFUE, il-fatt li l-kompiti marbuta maċ-ċertifikazzjoni kienu ġew fdati lill-korpi ta’ ċertifikazzjoni kollha ta’ Stat Membru u lilhom biss ma jistax jitqies bħala li jagħti drittijiet speċjali jew esklużivi lil dawn tal-aħħar meta l-korpi ta’ ċertifikazzjoni kollha jkollhom l-istess drittijiet u l-istess kompetenzi fil-kuntest tas-suq rilevanti tas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni, peress li ma nħoloq ebda vantaġġ kompetittiv għall-benefiċċju ta’ ċerti impriżi attivi f’dan is-suq għad-detriment ta’ impriżi oħra li jipprovdu l-istess servizzi, u meta l-awtorizzazzjoni sabiex jinħolqu korpi ta’ ċertifikazzjoni ġodda ma tkunx riżervata għal numru limitat ta’ korpi, iżda din tinħareġ lil kull korp li jissodisfa xi kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
(ara l-punti 38, 42, 44 u d-dispożittiv)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 47, 48)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 49)
Id-deroga prevista fl-Artikolu 51 TFUE hija limitata għal dawk l-attivitajiet biss li, waħedhom, jikkostitwixxu parteċipazzjoni diretta u speċifika fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika.
Id-deċiżjonijiet ta’ jekk jiġix iċċertifikat jew le test dwar jekk vettura hijiex f’kundizzjoni tajba għas-sewqan, liema deċiżjonijiet, essenzjalment, jikkunsidraw biss ir-riżultati taż-żjara teknika, sa fejn, minn naħa, dawn ikunu nieqsa mill-awtonomija deċiżjonali xierqa għall-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika u, min-naħa l-oħra, dawn ikunu meħuda fil-kuntest ta’ sorveljanza Statali diretta, ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija deroga. Bl-istess mod, ir-rwol awżiljarju u preparatorju mogħti lil korpi privati fir-rigward tal-awtorità ta’ superviżjoni ma jistax jitqies bħala parteċipazzjoni diretta u speċifika fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 51 TFUE.
Konsegwentment, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni l-verifika, totalment determinata mill-kuntest leġiżlattiv nazzjonali, tal-kapaċità teknika u finanzjarja ta’ impriżi suġġetti għaċ-ċertifikazzjoni, tal-veraċità u tal-kontenut tad-dikjarazzjonijiet, ċertifikati u dokumenti ppreżentati mill-persuni li lilhom jinħarġilhom ċertifikat kif ukoll taż-żamma tal-kundizzjonijiet relattivi għas-sitwazzjoni personali tal-kandidat jew tal-offerent, peress li l-imsemmija verifika titwettaq, barra minn hekk, taħt sorveljanza Statali diretta u għandha l-funzjoni li tiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet kontraenti fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, u l-għan tagħha huwa li tippermetti lil dawn tal-aħħar iwettqu l‑missjoni tagħhom billi jkollhom għarfien preċiż u ddettaljat tal-kapaċità kemm teknika kif ukoll finanzjarja tal-offerenti.
(ara l-punti 51, 53, 54)
Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-kumpanniji li għandhom il-kwalità ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni sistema ta’ tariffi minimi għas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni offruti lill-impriżi li jixtiequ jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE, iżda hija adegwata sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan tal-protezzjoni tad-destinatarji tal-imsemmija servizzi. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tal-mod ta’ kif jiġu kkalkulati t-tariffi minimi, speċjalment skont in-numru ta’ kategoriji ta’ xogħlijiet li għalihom jinħareġ iċ-ċertifikat, l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq.
(ara l-punt 69 u d-dispożittiv)
Kawża C‑327/12
Ministero dello Sviluppo economico
u
Autorità per la vigilanza sui contratti pubblici di lavori, servizi e forniture
vs
SOA Nazionale Costruttori – Organismo di Attestazione SpA
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato)
“Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE — Impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom l-Istati Membri jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi — Impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kunċetti — Korpi inkarigati sabiex jivverifikaw u jiċċertifikaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet meħtieġa mil-liġi mill-impriżi li jwettqu xogħlijiet pubbliċi — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi — Kwalità tas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali
(Artikolu 267 TFUE)
Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Impriża — Kunċett — Impriżi bi skop ta’ lukru inkarigati sabiex jipprovdu servizzi ta’ ċertifikazzjoni — Inklużjoni — Kundizzjonijiet
(Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE)
Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Obbligi tal-Istati Membri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-kumpanniji li għandhom il-kwalità ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni sistema ta’ tariffi minimi għas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni offruti lill-impriżi li jixtiequ jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet
(Artikolu 4(3) TFUE; Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE)
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domanda magħmula fuq tilwima li qamet fi Stat Membru wieħed biss — Inklużjoni fid-dawl tal-interess potenzjonali ta’ impriżi ta’ Stati Membri oħra li jeżerċitaw attivitajiet f’dan l-Istat
(Artikolu 267 TFUE)
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domanda magħmula fuq tilwima li qamet fi Stat Membru wieħed biss — Ġurisdizzjoni fid-dawl tal-applikabbiltà eventwali tar-regola tad-dritt tal-Unjoni għall-imsemmija tilwima minħabba projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita mid-dritt nazzjonali
(Artikolu 267 TFUE)
Libertà ta’ stabbiliment — Derogi — Attivitajiet relatati mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika — Portata — Attività ta’ ċertifikazzjoni ta’ test dwar jekk vettura hijiex f’kundizzjoni tajba għas-sewqan li jikkunsidra biss ir-riżultati taż-żjara teknika — Esklużjoni — Kundizzjonijiet
(Artikolu 51 TFUE)
Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-kumpanniji li għandhom il-kwalità ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni sistema ta’ tariffi minimi għas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni offruti lill-impriżi li jixtiequ jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi — Restrizzjonijiet iġġustifikati minn interess ġenerali — Protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Natura proporzjonata ta’ tali leġiżlazzjoni — Verifika mill-qorti nazzjonali