Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva
Fil-Kawża C-320/12,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, ippreżentata mill-Højesteret (id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tad-29 ta’ Ġunju 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-2 ta’ Lulju 2012, fil-proċedura
Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd
vs
Ankenævnet for Patenter og Varemærker,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, A. Rosas, E. Juhász, D. Šváby u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Wathelet,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– għal Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd, minn J. Glæsel, advokat,
– għal Kabushiki Kaisha Yakult Honsha, minn C. L. Bardenfleth, advokat,
– għall-Gvern Daniż, minn V. Pasternak Jørgensen, bħala aġent, assistit minn R. Holdgaard, advokat,
– għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato,
– għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk u F. Bulst, bħala aġenti,
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1. It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “mala fede” fis-sens tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kkodifikata) (ĠU L 299, p. 25).
2. Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd (iktar 'il quddiem “Malaysia Dairy”) u l-Ankenævnet for Patenter og Varemærker (Bord tal-Appell għall-privattivi u t-trade marks, iktar 'il quddiem il-“Bord tal-Appell”), rigward il-legalità ta’ deċiżjoni mogħtija minn din tal-aħħar li tiddikjara invalida r-reġistrazzjoni ta’ flixkun tal-plastik bħala trade mark, għar-raġuni li Malaysia Dairy kellha għarfien tat-trade mark ta’ Kabushiki Kaisha Yakult Honsha (iktar 'il quddiem “Yakult”) fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni tagħha għal reġistrazzjoni.
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3. L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92), ġiet abrogata u kkodifikata bid-Direttiva 2008/95, li daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Novembru 2008.
4. Il-premessi 2, 4, 6 u 8 tad-Direttiva 2008/95 jipprovdu:
“(2) Il-liġijiet dwar it-trade marks applikabbli fl-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva [89/104] kellhom fihom disparitajiet li setgħu fixklu l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-provvista ta’ servizzi u setgħu wasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq komuni. Kien għalhekk meħtieġ li jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern.
[...]
(4) Ma jidhirx li hu meħtieġ li ssir approssimazzjoni kompleta tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks. Ikun biżżejjed jekk l-approssimazzjoni tkun limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-liġi li l-aktar direttament jinċidu fuq il-funzjonament tas-suq intern.
[...]
(6) L-Istati Membri għandhom jibqgħu wkoll liberi li jiffissaw id-dispożizzjonijiet ta’ proċedura dwar ir-reġistrazzjoni, ir-revokazzjoni u n-nullità’ [l-invalidità] tat-trade marks miksuba mir-reġistrazzjoni. Jistgħu, per eżempju, jiddeterminaw il-forma tar-reġistrazzjoni tat-trade marks u l-proċeduri ta’ nullità [invalidità], jiddeċiedu jekk għandhomx jiġu invokati drittijiet preċedenti fil-proċedura tar-reġistrazzjoni jew fil-proċedura ta’ nullità jew fit-tnejn u, jekk jippermettu li jiġu invokati drittijiet preċedenti fil-proċedura tar-reġistrazzjoni, li jkollhom proċedura ta’ oppożizzjoni jew proċedura ta’ eżami ex ufficio jew it-tnejn. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jiddeterminaw l-effetti tar-revokazzjoni jew tan-nullità tat-trade marks.
[...]
(8) Il-kisba ta’ l-għanijiet li għalihom taspira din l-approssimazzjoni tal-liġijiet tirrikjedi li l-kondizzjonijiet għall-kisba u ż-żamma ta’ trade mark reġistrata ikunu ġeneralment identiċi fl-Istati Membri kollha. Għal dan l-iskop, huwa meħtieġ li jkunu elenkati eżempji ta’ sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark, sakemm dawn is-sinjali jkunu kapaċi jiddistingwu l-merkanzija jew is-servizzi ta’ impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra. Ir-raġunijiet għal rifjut jew nullità li jikkonċernaw it-trade mark stess, per eżempju, in-nuqqas ta’ kwalunkwe karattru distint, jew li jikkonċernaw konflitti bejn it-trade mark u drittijiet preċedenti, għandhom ikunu elenkati b’mod eżawrjenti, anke jekk ċerti minn dawn ir-raġunijiet huma elenkati bħala għażla għall-Istati Membri li għandhom ikunu jistgħu għalhekk iżommu jew jintroduċu dawk ir-raġunijiet fil-leġislazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-leġislazzjoni tagħhom raġunijiet għal rifjut jew nullità b’konnessjoni mal-kondizzjonijiet għall-kisba u ż-żamma ta’ trade mark li għalihom ma hemm l-ebda dispożizzjoni ta’ approssimazzjoni, dwar, per eżempju, l-eliġibbiltà għall-għoti ta’ trade mark, it-tiġdid tat-trade mark jew ir-regoli dwar il-miżati, jew relatata man-non osservanza ta’ regoli proċedurali.”
5. Taħt it-titolu “Raġunijiet ulterjuri għar-rifjut jew nullità li jikkonċernaw kunflitti ma’ drittijiet preċedenti”, l-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 jipprovdi:
“Kwalunkwe Stat Membru jista’, addizzjonalment, jistipula li trade mark m’għandhiex tiġi reġistrata jew li, jekk reġistrata, għandha tkun suxxettibbli għal-dikjarazzjoni ta’ nullità jekk, u sa fejn:
[...]
g) it-trade mark tista’ tiġi konfuża ma’ marka li kienet użata barra l-pajjiż fil-jum ta’ l-applikazzjoni u li għadha użata hemm, sakemm fid-data ta’ l-applikazzjoni l-applikant kien qed jaġixxi in mala fede.”
6. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 hija identika għad-dispożizzjoni korrispondenti tad-Direttiva 89/104. Il-premessi 2, 4, 6 u 8 tad-Direttiva 2008/95 jikkorrispondu sostanzjalment għall-premessi 1, 3, 5 u 7 tad-Direttiva 89/104.
Id-dritt Daniż
7. Il-punt 3 tal-Artikolu 15(3) tal-Liġi dwar it-trade marks, kif jinsab fil-liġi kkonsolidata Nru 109 tal-24 ta’ Jannar 2012, u introdott fil-formulazzjoni attwali tiegħu bil-punt 3 tal-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 120, tas-27 ta’ Diċembru 1996, jipprovdi:
“Trade mark tista’ wkoll tiġi rrifjutata li tiġi rreġistrata:
[...]
3) meta hija identika, jew differenti biss fuq aspetti sekondarji, għal jew minn trade mark li kienet użata barra mill-pajjiż fil-mument tal-applikazzjoni jew, jekk ikun il-każ, fid-data tal-prijorità invokata insostenn tagħha, u tibqa’ tintuża għal prodotti jew għal servizzi identiċi jew simili għal dawk koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark posterjuri, u li l-applikant kelli għarfien jew messu kellu għarfien tad-trade mark barranija fil-mument tal-applikazzjoni.”
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
8. Fl-1965, Yakult kisbet, fil-Ġappun, ir-reġistrazzjoni bħala disinn ta’ flixkun tal-plastik għal xarba tal-ħalib, li sussegwentement ġiet irreġistrata bħala trade mark fil-Ġappun u f’diversi pajjiżi oħrajn, fosthom Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.
9. Malaysia Dairy ipproduċiet u kkumerċjalizzat, mill-1977, xarba bil-ħalib fi flixkun tal-plastik. Wara applikazzjoni ppreżentata fl-1980, Malaysia Dairy kisbet ir-reġistrazzjoni bħala trade mark tal-flixkun tagħha tal-plastik simili, b’mod partikolari fil-Malasja.
10. Fl-1993, Malaysia Dairy u Yakult ikkonkludew tranżazzjoni fejn stabbilew id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom rigward l-użu u r-reġistrazzjoni tal-fliexken rispettivi tagħhom f’ċertu numru ta’ pajjiżi.
11. Wara applikazzjoni għal reġistrazzjoni ippreżentata fl-1995, Malaysia Dairy kisbet ir-reġistrazzjoni, fid-Danimarka, tal-flixkun tal-plastik tagħha bħala trade mark tridimensjonali.
12. Fis-16 ta’ Ottubru 2000, Yakult opponiet għall-imsemmija reġistrazzjoni, peress li sostniet il-fatt li Malaysia Dairy kellha għarfien jew messha kellha għarfien bl-eżistenza, barra mill-pajjiż, ta’ trade marks preċedenti identiċi li Yakult hija proprjetarja tagħhom meta ppreżentat l-applikazzjoni tagħha għal reġistrazzjoni fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 15(3) tal-Liġi dwar it-trade marks. B’deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2005, il-Patent- og Varemærkestyrelsen (Uffiċċju tal-privattivi u tat-trade marks Daniż) ċaħad l-applikazzjoni magħmula minn Yakult, billi sostna b’mod partikolari li, peress li Malaysia Dairy tippossjedi trade mark irreġistrata fil-Malasja li sussegwentement hija talbet ir-reġistrazzjoni tagħha fid-Danimarka, il- mala fide tagħha ma setatx, f’din il-kawża, tintwera mis-sempliċi fatt li hija kellha, fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, għarfien tat-trade mark barranija li Yakult hija proprjetarja tagħha.
13. Yakult ikkontestat l-imsemmija deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell, li, fis-16 ta’ Ottubru 2006, iddeċieda li jiddikjara invalida r-reġistrazzjoni tat-trade mark li Malaysia Dairy hija l-proprjetarja tagħha. Il-Bord tal-Appell ikkunsidra, b’mod partikolari, li l-punt 3 tal-Artikolu 15(3) tal-liġi dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għarfien reali jew preżunt ta’ trade mark użata barra mill-pajjiż fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni hija suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li hemm il- mala fide tal-awtur tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark (iktar 'il quddiem l-“applikant”) anki jekk wieħed jista’ jassumi li dan l-applikant kien akkwista preċedentement reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni f’pajjiż ieħor.
14. Malaysia Dairy ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell quddiem is-Sø- og Handelsretten (Qorti Marittima u tal-Kummerċ), li, b’sentenza tat-22 ta’ Ottubru 2009, ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appelli, li tgħid, b’mod partikolari, li huwa paċifiku li Malaysia Dairy kellha għarfien tat-trade mark preċedenti ta’ Yakult waqt il-preżentata tal-applikazzjoni tagħha għal reġistrazzjoni fid-Danimarka.
15. Malaysia Dairy, fl-4 ta’ Novembru 2009, ippreżentat appell minn din is-sentenza quddiem il-Højesteret.
16. Skont il-qorti tar-rinviju, hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali dwar il-kwistjoni, minn naħa, jekk il-kunċett ta’ “mala fede” fis-sens tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandux jiġi interpretat b’mod uniformi fid-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, jekk huwiex biżżejjed, sabiex jiġi konkluż li hemm il- mala fide tal-applikant fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien tat-trade mark barranija.
17. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Højesteret iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
“1) Il-kunċett ta’ mala fede fl-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95[...] huwa espressjoni ta’ standard legali li jista’ jiġi sodisfatt skont il-liġi nazzjonali, jew huwa kunċett li jaqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea li għandu jingħata interpretazzjoni uniformi fi ħdan l-Unjoni Ewropea?
2) Jekk il-kunċett ta’ mala fede fl-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE huwa kunċett li jaqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea, dan il-kunċett għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jkun biżżejjed li l-applikant kellu għarfien jew imissu kellu għarfien tat-trade mark barranija meta ressaq l-applikazzjoni, jew hemm rekwiżit ulterjuri li jirrigwarda l-pożizzjoni soġġettiva tal-applikant sabiex tiġi miċħuda r-reġistrazzjoni?
3) Stat Membru jista’ jagħżel li jintroduċi protezzjoni speċifika ta’ trade marks barranin li, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ mala fede, tvarja mill-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE, pereżempju billi tistabbilixxi rekwiżit speċjali li l-applikant kellu għarfien jew imissu kellu għarfien fir-rigward tat-trade mark barranija?”
Fuq id-domandi preliminari
18. It-talba għal deċiżjoni preliminari tirreferi għad-Direttiva 2008/95. Madankollu, jidher li parti mill-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/95, jiġifieri fit-28 ta’ Novembru 2008.
19. Madankollu r-risposta li għandha tingħata għad-domandi preliminari tibqa’ l-istess jekk il-kwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt id-Direttiva 89/104, peress li l-Artikolu 4(4)(g) tagħha huwa identiku għad-dispożizzjoni korrispondenti tad-Direttiva 2008/95 u l-kontenut tal-premessi rilevanti ta’ dawn iż-żewġ direttivi huwa essenzjalment l-istess.
Fuq l-ewwel domanda
20. Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk il-kunċett ta’ “mala fede”, fis-sens tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95, huwiex kunċett tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi.
21. Fl-osservazzjonijiet tagħhom, Malaysia Dairy, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni Ewropea jikkunsidraw li dan huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu, fl-istrumenti varji ta’ dan id-dritt li għandhom bħala suġġett it-trade marks, jiġi interpretat b’mod uniformi.
22. Yakult u l-Gvern Daniż jikkunsidraw li, rigward kunċett li ma huwiex iddefinit b’mod preċiż fid-Direttiva 2008/95, l-Istati Membri huma, fil-prinċipju, intitolati sabiex jispeċifikaw il-kontenut, b’osservanza tal-objettivi ta’ din id-d irettiva u skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
23. Qabel kollox, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2008/95, fl-Artikoli 3 u 4 tagħha, telenka r-raġunijiet, assoluti jew relattivi, li abbażi tagħhom trade mark tista’ tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni jew, jekk hija rreġistrata, tista’ tiġi ddikjarata invalida. Fost dawn ir-raġunijiet, xi wħud huma elenkati b’mod fakultattiv għall-Istati Membri li, huwa mfakkar fil-premessa 8 tad-Direttiva 2008/95, “ikunu jistgħu għalhekk iżommu jew jintroduċu dawk ir-raġunijiet fil-leġislazzjoni tagħhom”.
24. L-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 jinkludi tali raġuni fakultattiva għal rifjut jew għal invalidità.
25. Skont ġurisprudenza stabbilita, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha, għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jitqies il-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2011, Budějovický Budvar, C-482/09, Ġabra p. I-8701, punt 29).
26. Huwa paċifiku li l-formulazzjoni tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 89/104 ma fiha ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ “mala fede”, li lanqas ma huwa ddefinit fl-artikoli l-oħra ta’ din id-direttiva. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni ma fiha ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri għal dak li jirrigwarda dan il-kunċett. Għaldaqstant, is-sens u l-portata tal-imsemmi kunċett għandhom ikunu ddeterminati fir-rigward tal-kuntest li fih tinsab id-dispożizzjoni kkonċernata tad-Direttiva 2008/95 u l-għan segwit minn din tal-aħħar.
27. Rigward l-għan u l-finalità tad-Direttiva 2008/95, għalkemm, skont il- premessa 4 ta’ din id-direttiva, ma jidhirx li huwa neċessarju li ssir approssimazzjoni kompleta tal-liġijiet tat-trade marks tal-Istati Membri dwar trade marks, jibqa’ l-fatt li l-imsemmija direttiva fiha armonizzazzjoni fir-rigward ta’ xi regoli sostantivi ċentrali għal dan is-suġġett, jiġifieri, skont din il-premessa stess, regoli dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom l-iktar influwenza diretta fuq il-funzjonament tas-suq intern, u li din il-premessa ma teskludix li l-armonizzazzjoni fir-rigward ta’ dawn ir-regoli tkun kompleta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-16 ta’ Lulju 2008, Silhouette International Schmied, C-355/96, Ġabra p. I-4799, punt 23, u Budějovický Budvar, iċċitata iktar 'il fuq, punt 30).
28. Għandu jingħad ukoll li n-natura fakultattiva ta’ dispożizzjoni tad-Direttiva 2008/95 hija irrilevanti għall-kwistjoni dwar jekk hemmx lok li tingħata interpretazzjoni uniformi lit-termini ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-23 ta’ Ottubru 2003, Adidas-Salomon u Adidas Benelux, C-408/01, Ġabra p. I-12537, punti 18 sa 21).
29. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “mala fede”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fl-Unjoni.
Fuq it-tieni domanda
30. Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, jekk l-għarfien jew il-preżunzjoni ta’ għarfien, mill-applikant għal trade mark użata barra l-pajjiż fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu, li tista’ tiġi konfuża mat-trade mark li għaliha qed tintalab ir-reġistrazzjoni, huwiex jew hijiex suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li hemm il- mala fide ta’ dan l-applikant, jew jekk għandhomx jiġu kkunsidrati fatturi suġġettivi oħra rigward l-imsemmi applikant.
31. Fl-osservazzjonijiet tagħhom, Malaysia Dairy, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni jikkunsidraw, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpreta dan il-kunċett fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), li għandha ssir evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, ibbażata mhux biss fuq l-għarfien oġġettiv ta’ trade mark barranija mill-applikant, iżda wkoll fuq l-intenzjoni suġġettiva tiegħu meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni tiegħu.
32. Il-Gvern Daniż u Yakult jsostnu li l-kunċett ta’ mala fide, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tar-Regolament Nru 40/94, ma jistax jiġi traspost għad-Direttiva 2008/95. Huma jqisu li l-kunċett ta’ “mala fede”, fis-sens tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95, għandu jinftiehem fis-sens li l-fatt li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien tat-trade mark barranija fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu jista’ jkun suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li hemm il- mala fide ta’ dan l-applikant. Huma jqisu li l-ħtieġa ta’ prevedibbiltà tad-dritt u ta’ ġestjoni amministrazzjoni tajba hija argument favur tali interpretazzjoni.
33. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sistema tat-trade marks Komunitarji hija sistema awtonoma, ikkostitwita minn numru ta’ regoli u li għandha għanijiet li huma speċifiċi għaliha, peress li l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti minn kull sistema nazzjonali (ara s-sentenza Budějovický Budvar, iċċitata iktar 'il fuq, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).
34. Għandu jiġi kkonstatat li l-kunċett ta’ “mala fede” li jinsab fl-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, li skont it-termini tiegħu l-invalidità tat-trade mark Komunitarja hija ddikjarata “meta l-applikant jkun aġixxa morożament [b’ mala fide ] meta jkun ippreżenta l-applikazzjoni għat-trade mark”. Din id-dispożizzjoni ġiet riprodotta b’mod identiku fl-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1), li ħassar u ssostitwixxa r-Regolament Nru 40/94.
35. Ir-Regolament Nru 207/2009, li jikkomplementa l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trade marks bl-istabbiliment ta’ sistema Komunitarja ta’ trade marks, għandu l-istess għan bħad-Direttiva 2008/95, jiġifieri l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Fid-dawl tal-ħtieġa għal interazzjoni armonizzata taż-żewġ sistemi ta’ trade marks Komunitarji u nazzjonali, hemm lok li l-kunċett ta’ “mala fede” fis-sens tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 jiġi interpretat bl-istess mod fil-kuntest tar-Regolament Nru 207/2009. Tali approċċ jiżgura applikazzjoni koerenti tar-regoli differenti li, fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, għandhom bħala suġġett it-trade marks.
36. Mill-ġurisprudenza li tinterpreta dan il-kunċett fil-kuntest tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-eżistenza tal- mala fide għandha tiġi evalwata globalment, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti għall-każ u eżistenti fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, bħal, fost oħrajn, il-fatt li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien li terz juża sinjal identiku jew simili għal prodott identiku jew simili. Madankollu, il-fatt li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien li terz kien juża tali sinjal ma huwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex jistabbilixxi l-eżistenza tal- mala fide ta’ dan l-applikant. Għandha, barra minn hekk, tittieħed inkunsiderazzjoni l-intenzjoni tal-imsemmi applikant fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark, element suġġettiv li għandu jiġi stabbilit b’riferiment għaċ-ċirkustanzi oġġettivi tal-każ partikolari (ara, f’dan is-sens is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli Lindt, C-529/07, Ġabra p. I-4893, punti 37 u 40 sa 42).
37. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għat-tieni domanda tkun li l-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tal- mala fide tal-applikant fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti għal din il-kawża u eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. Il-fatt li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien li terz juża trade mark barra mill-pajjiż fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu li tista’ tiġi konfuża mat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma huwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex jistabbilixxi, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, il- mala fide tal-applikant.
Fuq it-tielet domanda
38. Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-Istati Membri li jistabbilixxu protezzjoni speċifika għat-trade marks barranin, ibbażata fuq il-fatt li l-applikant għal reġistrazzjoni kellu għarfien jew messu kellu għarfien ta’ trade mark barranija.
39. Malaysia Dairy, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni jikkunsidraw li l-marġni li l-Istati Membri għandhom fil-kuntest tal-implementazzjoni tar-raġunijiet għar-rifjut jew ta’ invalidità elenkati b’mod fakultattiv fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2008/95 hija limitata għaż-żamma jew għall-introduzzjoni fil-leġiżlazzjonijiet rispettivi tagħhom tar-raġunijiet inkwistjoni u ma humiex permessi li jżidu raġunijiet addizzjonali.
40. Yakult u l-Gvern Daniż isostnu, għall-kuntrarju li, peress li d-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam koperti mill-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 ma għandhomx l-effett l-iktar dirett fis-suq intern, din id-dispożizzjoni ma tistax titqies li hija tagħmel armonizzazzjoni sħiħa.
41. Għandu jiġi rilevat li, għalkemm ir-raġunijiet li jinsabu fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2008/95 huma elenkati mill-leġiżlatur tal-Unjoni b’mod fakultattiv, jibqa’ l-fatt li l-marġni li għandu l-Istat Membru huwa limitat sabiex jipprevedi jew le din ir-raġuni, kif speċifikament delimitat mil-leġiżlatur, fid-dritt nazzjonali tiegħu (ara, b’analoġija, rigward l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 89/104, is-sentenza Adidas-Salomon u Adidas Benelux, iċċitata iktar 'il fuq, punti 18 sa 20).
42. Id-Direttiva 2008/95 tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jintroduċu raġunijiet għal rifjut jew għal invalidità barra minn dawk li jinsabu f’din id-direttiva, u dan huwa kkonfermat mill-premessa 8 tagħha, li tgħid li r-raġunijiet għal rifjut jew għal invalidità li jirrigwardaw it-trade mark stess, pereżempju li jirrigwardaw il-kunflitti bejn it-trade mark u d-drittijiet preċedenti, għandhom ikunu elenkati b’mod eżawrjenti, anki jekk uħud minn dawn ir-raġunijiet huma elenkati b’mod fakultattiv għall-Istati Membri li għaldaqstant jistgħu jżommu jew idaħħlu fil-leġiżlazzjoni tagħhom ir-raġunijiet inkwistjoni.
43. Għaldaqstant għandha tingħata risposta għat-tielet domanda li l-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stati Membri li jistabbilixxu sistema ta’ protezzjoni partikolari ta’ trade marks barranin li hija distinta minn dik stabbilita b’din id-dispożizzjoni u li hija bbażata fuq il-fatt li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien ta’ trade mark barranija.
Fuq l-ispejjeż
44. Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:
1) L-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “mala fede”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fl-Unjoni Ewropea.
2) L-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tal- mala fide tal-awtur tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti għall-każ inkwistjoni u eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. Il-fatt li l-awtur ta’ din l-applikazzjoni kellu għarfien jew messu kellu għarfien li terz juża trade mark barra mill-pajjiż fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu li tista’ tiġi konfuża mat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma huwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex jistabbilixxi, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, il- mala fide tal-awtur tal-imsemmija applikazzjoni.
3) L-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stati Membri li jistabbilixxu sistema ta’ protezzjoni partikolari ta’ trade marks barranin li hija distinta minn dik stabbilita b’din id-dispożizzjoni u li hija bbażata fuq il-fatt li l-awtur tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark kellu għarfien jew messu kellu għarfien ta’ trade mark barranija.
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
27 ta’ Ġunju 2013 ( *1 )
“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 4(4)(g) — Trade marks — Kundizzjonijiet ta’ kisba u ta’ żamma ta’ trade mark — Rifjut ta’ reġistrazzjoni jew ta’ invalidità — Kunċett ta’ ‘mala fede’ tal-applikant — Għarfien mill-applikant tal-eżistenza ta’ trade mark barranija”
Fil-Kawża C-320/12,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, ippreżentata mill-Højesteret (id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tad-29 ta’ Ġunju 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-2 ta’ Lulju 2012, fil-proċedura
Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd
vs
Ankenævnet for Patenter og Varemærker,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, A. Rosas, E. Juhász, D. Šváby u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Wathelet,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd, minn J. Glæsel, advokat, |
|
— |
għal Kabushiki Kaisha Yakult Honsha, minn C. L. Bardenfleth, advokat, |
|
— |
għall-Gvern Daniż, minn V. Pasternak Jørgensen, bħala aġent, assistit minn R. Holdgaard, advokat, |
|
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk u F. Bulst, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “mala fede” fis-sens tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kkodifikata) (ĠU L 299, p. 25). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd (iktar ’il quddiem “Malaysia Dairy”) u l-Ankenævnet for Patenter og Varemærker (Bord tal-Appell għall-privattivi u t-trade marks, iktar ’il quddiem il-“Bord tal-Appell”), rigward il-legalità ta’ deċiżjoni mogħtija minn din tal-aħħar li tiddikjara invalida r-reġistrazzjoni ta’ flixkun tal-plastik bħala trade mark, għar-raġuni li Malaysia Dairy kellha għarfien tat-trade mark ta’ Kabushiki Kaisha Yakult Honsha (iktar ’il quddiem “Yakult”) fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni tagħha għal reġistrazzjoni. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92), ġiet abrogata u kkodifikata bid-Direttiva 2008/95, li daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Novembru 2008. |
|
4 |
Il-premessi 2, 4, 6 u 8 tad-Direttiva 2008/95 jipprovdu:
[...]
[...]
[...]
|
|
5 |
Taħt it-titolu “Raġunijiet ulterjuri għar-rifjut jew nullità li jikkonċernaw kunflitti ma’ drittijiet preċedenti”, l-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 jipprovdi: “Kwalunkwe Stat Membru jista’, addizzjonalment, jistipula li trade mark m’għandhiex tiġi reġistrata jew li, jekk reġistrata, għandha tkun suxxettibbli għal-dikjarazzjoni ta’ nullità jekk, u sa fejn: [...]
|
|
6 |
Il-formulazzjoni tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 hija identika għad-dispożizzjoni korrispondenti tad-Direttiva 89/104. Il-premessi 2, 4, 6 u 8 tad-Direttiva 2008/95 jikkorrispondu sostanzjalment għall-premessi 1, 3, 5 u 7 tad-Direttiva 89/104. |
Id-dritt Daniż
|
7 |
Il-punt 3 tal-Artikolu 15(3) tal-Liġi dwar it-trade marks, kif jinsab fil-liġi kkonsolidata Nru 109 tal-24 ta’ Jannar 2012, u introdott fil-formulazzjoni attwali tiegħu bil-punt 3 tal-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 120, tas-27 ta’ Diċembru 1996, jipprovdi: “Trade mark tista’ wkoll tiġi rrifjutata li tiġi rreġistrata: [...]
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
8 |
Fl-1965, Yakult kisbet, fil-Ġappun, ir-reġistrazzjoni bħala disinn ta’ flixkun tal-plastik għal xarba tal-ħalib, li sussegwentement ġiet irreġistrata bħala trade mark fil-Ġappun u f’diversi pajjiżi oħrajn, fosthom Stati Membri tal-Unjoni Ewropea. |
|
9 |
Malaysia Dairy ipproduċiet u kkumerċjalizzat, mill-1977, xarba bil-ħalib fi flixkun tal-plastik. Wara applikazzjoni ppreżentata fl-1980, Malaysia Dairy kisbet ir-reġistrazzjoni bħala trade mark tal-flixkun tagħha tal-plastik simili, b’mod partikolari fil-Malasja. |
|
10 |
Fl-1993, Malaysia Dairy u Yakult ikkonkludew tranżazzjoni fejn stabbilew id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom rigward l-użu u r-reġistrazzjoni tal-fliexken rispettivi tagħhom f’ċertu numru ta’ pajjiżi. |
|
11 |
Wara applikazzjoni għal reġistrazzjoni ippreżentata fl-1995, Malaysia Dairy kisbet ir-reġistrazzjoni, fid-Danimarka, tal-flixkun tal-plastik tagħha bħala trade mark tridimensjonali. |
|
12 |
Fis-16 ta’ Ottubru 2000, Yakult opponiet għall-imsemmija reġistrazzjoni, peress li sostniet il-fatt li Malaysia Dairy kellha għarfien jew messha kellha għarfien bl-eżistenza, barra mill-pajjiż, ta’ trade marks preċedenti identiċi li Yakult hija proprjetarja tagħhom meta ppreżentat l-applikazzjoni tagħha għal reġistrazzjoni fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 15(3) tal-Liġi dwar it-trade marks. B’deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2005, il-Patent- og Varemærkestyrelsen (Uffiċċju tal-privattivi u tat-trade marks Daniż) ċaħad l-applikazzjoni magħmula minn Yakult, billi sostna b’mod partikolari li, peress li Malaysia Dairy tippossjedi trade mark irreġistrata fil-Malasja li sussegwentement hija talbet ir-reġistrazzjoni tagħha fid-Danimarka, il-mala fide tagħha ma setatx, f’din il-kawża, tintwera mis-sempliċi fatt li hija kellha, fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, għarfien tat-trade mark barranija li Yakult hija proprjetarja tagħha. |
|
13 |
Yakult ikkontestat l-imsemmija deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell, li, fis-16 ta’ Ottubru 2006, iddeċieda li jiddikjara invalida r-reġistrazzjoni tat-trade mark li Malaysia Dairy hija l-proprjetarja tagħha. Il-Bord tal-Appell ikkunsidra, b’mod partikolari, li l-punt 3 tal-Artikolu 15(3) tal-liġi dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għarfien reali jew preżunt ta’ trade mark użata barra mill-pajjiż fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni hija suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li hemm il-mala fide tal-awtur tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark (iktar ’il quddiem l-“applikant”) anki jekk wieħed jista’ jassumi li dan l-applikant kien akkwista preċedentement reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni f’pajjiż ieħor. |
|
14 |
Malaysia Dairy ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell quddiem is-Sø- og Handelsretten (Qorti Marittima u tal-Kummerċ), li, b’sentenza tat-22 ta’ Ottubru 2009, ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appelli, li tgħid, b’mod partikolari, li huwa paċifiku li Malaysia Dairy kellha għarfien tat-trade mark preċedenti ta’ Yakult waqt il-preżentata tal-applikazzjoni tagħha għal reġistrazzjoni fid-Danimarka. |
|
15 |
Malaysia Dairy, fl-4 ta’ Novembru 2009, ippreżentat appell minn din is-sentenza quddiem il-Højesteret. |
|
16 |
Skont il-qorti tar-rinviju, hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali dwar il-kwistjoni, minn naħa, jekk il-kunċett ta’ “mala fede” fis-sens tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandux jiġi interpretat b’mod uniformi fid-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, jekk huwiex biżżejjed, sabiex jiġi konkluż li hemm il-mala fide tal-applikant fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien tat-trade mark barranija. |
|
17 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Højesteret iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
|
18 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirreferi għad-Direttiva 2008/95. Madankollu, jidher li parti mill-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/95, jiġifieri fit-28 ta’ Novembru 2008. |
|
19 |
Madankollu r-risposta li għandha tingħata għad-domandi preliminari tibqa’ l-istess jekk il-kwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt id-Direttiva 89/104, peress li l-Artikolu 4(4)(g) tagħha huwa identiku għad-dispożizzjoni korrispondenti tad-Direttiva 2008/95 u l-kontenut tal-premessi rilevanti ta’ dawn iż-żewġ direttivi huwa essenzjalment l-istess. |
Fuq l-ewwel domanda
|
20 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk il-kunċett ta’ “mala fede”, fis-sens tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95, huwiex kunċett tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi. |
|
21 |
Fl-osservazzjonijiet tagħhom, Malaysia Dairy, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni Ewropea jikkunsidraw li dan huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu, fl-istrumenti varji ta’ dan id-dritt li għandhom bħala suġġett it-trade marks, jiġi interpretat b’mod uniformi. |
|
22 |
Yakult u l-Gvern Daniż jikkunsidraw li, rigward kunċett li ma huwiex iddefinit b’mod preċiż fid-Direttiva 2008/95, l-Istati Membri huma, fil-prinċipju, intitolati sabiex jispeċifikaw il-kontenut, b’osservanza tal-objettivi ta’ din id-direttiva u skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
23 |
Qabel kollox, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2008/95, fl-Artikoli 3 u 4 tagħha, telenka r-raġunijiet, assoluti jew relattivi, li abbażi tagħhom trade mark tista’ tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni jew, jekk hija rreġistrata, tista’ tiġi ddikjarata invalida. Fost dawn ir-raġunijiet, xi wħud huma elenkati b’mod fakultattiv għall-Istati Membri li, huwa mfakkar fil-premessa 8 tad-Direttiva 2008/95, “ikunu jistgħu għalhekk iżommu jew jintroduċu dawk ir-raġunijiet fil-leġislazzjoni tagħhom”. |
|
24 |
L-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 jinkludi tali raġuni fakultattiva għal rifjut jew għal invalidità. |
|
25 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha, għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jitqies il-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2011, Budějovický Budvar, C-482/09, Ġabra p. I-8701, punt 29). |
|
26 |
Huwa paċifiku li l-formulazzjoni tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 89/104 ma fiha ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ “mala fede”, li lanqas ma huwa ddefinit fl-artikoli l-oħra ta’ din id-direttiva. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni ma fiha ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri għal dak li jirrigwarda dan il-kunċett. Għaldaqstant, is-sens u l-portata tal-imsemmi kunċett għandhom ikunu ddeterminati fir-rigward tal-kuntest li fih tinsab id-dispożizzjoni kkonċernata tad-Direttiva 2008/95 u l-għan segwit minn din tal-aħħar. |
|
27 |
Rigward l-għan u l-finalità tad-Direttiva 2008/95, għalkemm, skont il- premessa 4 ta’ din id-direttiva, ma jidhirx li huwa neċessarju li ssir approssimazzjoni kompleta tal-liġijiet tat-trade marks tal-Istati Membri dwar trade marks, jibqa’ l-fatt li l-imsemmija direttiva fiha armonizzazzjoni fir-rigward ta’ xi regoli sostantivi ċentrali għal dan is-suġġett, jiġifieri, skont din il-premessa stess, regoli dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom l-iktar influwenza diretta fuq il-funzjonament tas-suq intern, u li din il-premessa ma teskludix li l-armonizzazzjoni fir-rigward ta’ dawn ir-regoli tkun kompleta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-16 ta’ Lulju 2008, Silhouette International Schmied, C-355/96, Ġabra p. I-4799, punt 23, u Budějovický Budvar, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30). |
|
28 |
Għandu jingħad ukoll li n-natura fakultattiva ta’ dispożizzjoni tad-Direttiva 2008/95 hija irrilevanti għall-kwistjoni dwar jekk hemmx lok li tingħata interpretazzjoni uniformi lit-termini ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-23 ta’ Ottubru 2003, Adidas-Salomon u Adidas Benelux, C-408/01, Ġabra p. I-12537, punti 18 sa 21). |
|
29 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “mala fede”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fl-Unjoni. |
Fuq it-tieni domanda
|
30 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, jekk l-għarfien jew il-preżunzjoni ta’ għarfien, mill-applikant għal trade mark użata barra l-pajjiż fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu, li tista’ tiġi konfuża mat-trade mark li għaliha qed tintalab ir-reġistrazzjoni, huwiex jew hijiex suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li hemm il-mala fide ta’ dan l-applikant, jew jekk għandhomx jiġu kkunsidrati fatturi suġġettivi oħra rigward l-imsemmi applikant. |
|
31 |
Fl-osservazzjonijiet tagħhom, Malaysia Dairy, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni jikkunsidraw, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpreta dan il-kunċett fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), li għandha ssir evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, ibbażata mhux biss fuq l-għarfien oġġettiv ta’ trade mark barranija mill-applikant, iżda wkoll fuq l-intenzjoni suġġettiva tiegħu meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni tiegħu. |
|
32 |
Il-Gvern Daniż u Yakult jsostnu li l-kunċett ta’ mala fide, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tar-Regolament Nru 40/94, ma jistax jiġi traspost għad-Direttiva 2008/95. Huma jqisu li l-kunċett ta’ “mala fede”, fis-sens tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95, għandu jinftiehem fis-sens li l-fatt li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien tat-trade mark barranija fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu jista’ jkun suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li hemm il-mala fide ta’ dan l-applikant. Huma jqisu li l-ħtieġa ta’ prevedibbiltà tad-dritt u ta’ ġestjoni amministrazzjoni tajba hija argument favur tali interpretazzjoni. |
|
33 |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sistema tat-trade marks Komunitarji hija sistema awtonoma, ikkostitwita minn numru ta’ regoli u li għandha għanijiet li huma speċifiċi għaliha, peress li l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti minn kull sistema nazzjonali (ara s-sentenza Budějovický Budvar, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
34 |
Għandu jiġi kkonstatat li l-kunċett ta’ “mala fede” li jinsab fl-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, li skont it-termini tiegħu l-invalidità tat-trade mark Komunitarja hija ddikjarata “meta l-applikant jkun aġixxa morożament [b’mala fide] meta jkun ippreżenta l-applikazzjoni għat-trade mark”. Din id-dispożizzjoni ġiet riprodotta b’mod identiku fl-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1), li ħassar u ssostitwixxa r-Regolament Nru 40/94. |
|
35 |
Ir-Regolament Nru 207/2009, li jikkomplementa l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trade marks bl-istabbiliment ta’ sistema Komunitarja ta’ trade marks, għandu l-istess għan bħad-Direttiva 2008/95, jiġifieri l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Fid-dawl tal-ħtieġa għal interazzjoni armonizzata taż-żewġ sistemi ta’ trade marks Komunitarji u nazzjonali, hemm lok li l-kunċett ta’ “mala fede” fis-sens tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 jiġi interpretat bl-istess mod fil-kuntest tar-Regolament Nru 207/2009. Tali approċċ jiżgura applikazzjoni koerenti tar-regoli differenti li, fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, għandhom bħala suġġett it-trade marks. |
|
36 |
Mill-ġurisprudenza li tinterpreta dan il-kunċett fil-kuntest tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-eżistenza tal-mala fide għandha tiġi evalwata globalment, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti għall-każ u eżistenti fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, bħal, fost oħrajn, il-fatt li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien li terz juża sinjal identiku jew simili għal prodott identiku jew simili. Madankollu, il-fatt li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien li terz kien juża tali sinjal ma huwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex jistabbilixxi l-eżistenza tal-mala fide ta’ dan l-applikant. Għandha, barra minn hekk, tittieħed inkunsiderazzjoni l-intenzjoni tal-imsemmi applikant fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark, element suġġettiv li għandu jiġi stabbilit b’riferiment għaċ-ċirkustanzi oġġettivi tal-każ partikolari (ara, f’dan is-sens is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli Lindt, C-529/07, Ġabra p. I-4893, punti 37 u 40 sa 42). |
|
37 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għat-tieni domanda tkun li l-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tal-mala fide tal-applikant fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti għal din il-kawża u eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. Il-fatt li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien li terz juża trade mark barra mill-pajjiż fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu li tista’ tiġi konfuża mat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma huwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex jistabbilixxi, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, il-mala fide tal-applikant. |
Fuq it-tielet domanda
|
38 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-Istati Membri li jistabbilixxu protezzjoni speċifika għat-trade marks barranin, ibbażata fuq il-fatt li l-applikant għal reġistrazzjoni kellu għarfien jew messu kellu għarfien ta’ trade mark barranija. |
|
39 |
Malaysia Dairy, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni jikkunsidraw li l-marġni li l-Istati Membri għandhom fil-kuntest tal-implementazzjoni tar-raġunijiet għar-rifjut jew ta’ invalidità elenkati b’mod fakultattiv fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2008/95 hija limitata għaż-żamma jew għall-introduzzjoni fil-leġiżlazzjonijiet rispettivi tagħhom tar-raġunijiet inkwistjoni u ma humiex permessi li jżidu raġunijiet addizzjonali. |
|
40 |
Yakult u l-Gvern Daniż isostnu, għall-kuntrarju li, peress li d-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam koperti mill-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 ma għandhomx l-effett l-iktar dirett fis-suq intern, din id-dispożizzjoni ma tistax titqies li hija tagħmel armonizzazzjoni sħiħa. |
|
41 |
Għandu jiġi rilevat li, għalkemm ir-raġunijiet li jinsabu fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2008/95 huma elenkati mill-leġiżlatur tal-Unjoni b’mod fakultattiv, jibqa’ l-fatt li l-marġni li għandu l-Istat Membru huwa limitat sabiex jipprevedi jew le din ir-raġuni, kif speċifikament delimitat mil-leġiżlatur, fid-dritt nazzjonali tiegħu (ara, b’analoġija, rigward l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 89/104, is-sentenza Adidas-Salomon u Adidas Benelux, iċċitata iktar ’il fuq, punti 18 sa 20). |
|
42 |
Id-Direttiva 2008/95 tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jintroduċu raġunijiet għal rifjut jew għal invalidità barra minn dawk li jinsabu f’din id-direttiva, u dan huwa kkonfermat mill-premessa 8 tagħha, li tgħid li r-raġunijiet għal rifjut jew għal invalidità li jirrigwardaw it-trade mark stess, pereżempju li jirrigwardaw il-kunflitti bejn it-trade mark u d-drittijiet preċedenti, għandhom ikunu elenkati b’mod eżawrjenti, anki jekk uħud minn dawn ir-raġunijiet huma elenkati b’mod fakultattiv għall-Istati Membri li għaldaqstant jistgħu jżommu jew idaħħlu fil-leġiżlazzjoni tagħhom ir-raġunijiet inkwistjoni. |
|
43 |
Għaldaqstant għandha tingħata risposta għat-tielet domanda li l-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stati Membri li jistabbilixxu sistema ta’ protezzjoni partikolari ta’ trade marks barranin li hija distinta minn dik stabbilita b’din id-dispożizzjoni u li hija bbażata fuq il-fatt li l-applikant kellu għarfien jew messu kellu għarfien ta’ trade mark barranija. |
Fuq l-ispejjeż
|
44 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: id-Daniż.