Kawża C-299/12

Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s.

vs

Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud)

“Protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel — Punt 6 tal-Artikolu 2(2) — Kunċett ta’ ‘indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard’ — Artikolu 28(2) — Prodotti li juru trade marks jew marki tad-ditta — Miżuri tranżitorji”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel – Regolament Nru 1924/2006 – Indikazzjoni relatata mat-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard – Indikazzjoni dwar is-saħħa – Obbligu li jiġi indikat espliċitament l-effett ta’ riskju għas-saħħa – Assenza

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1924/2006, Artikolu 2(2), punti 5 u 6)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel – Regolament Nru 1924/2006 – Komunikazzjoni ta’ natura kummerċjali li tinsab fuq l-imballaġġ ta’ prodott tal-ikel – Protezzjoni inkwantu trade mark jew marka tad-ditta – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Protezzjoni ekwivalenti mil-leġiżlazzjoni applikabbli – Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1924/2006, Artikolu 28(2))

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel – Regolament Nru 1924/2006 – Prodotti bi trade mark jew marka tad-ditta – Protezzjoni inkwantu tali trade mark jew marka tad-ditta – Limiti – Miżuri derogatorji u tranżitorji

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1924/2006, Artikolu 28(2))

  1.  Indikazzjoni dwar is-saħħa, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, hija ddefinita skont ir-relazzjoni li għandha teżisti bejn prodott tal-ikel jew wieħed mill-komponenti tiegħu, minn naħa, u s-saħħa, min-naħa l-oħra, fejn din id-definizzjoni ma tipprovdi ebda preċiżazzjoni la fir-rigward tan-natura diretta jew indiretta li għandu jkollha din ir-relazzjoni u lanqas fir-rigward tal-intensità jew tat-tul tagħha, bil-konsegwenza li t-terminu “relazzjoni” għandu jinftiehem b’mod wiesa’.

    F’dan il-kuntest, il-punt 6 ta’ din id-dispożizzjoni ma jirrikjedix li tali indikazzjoni turi espliċitament li l-konsum ta’ prodott tal-ikel inaqqas b’mod sinjifikattiv fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ marda tal-bniedem. Jeħtieġ sempliċement li din l-indikazzjoni tista’ tipproduċi fi ħdan il-konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat l-impressjoni li t-tnaqqis ta’ fattur ta’ riskju huwa sinjifikattiv.

    (ara l-punti 22, 24, 26 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li komunikazzjoni ta’ natura kummerċjali li tinsab fl-imballaġġ ta’ prodott tal-ikel tista’ tikkostitwixxi trade mark jew marka tad-ditta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li tkun protetta, bħala tali trade mark jew marka tad-ditta, bil-leġiżlazzjoni applikabbli. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, fir-rigward tal-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi li jikkaratterizzaw il-kawża li biha hija adita, jekk tali komunikazzjoni hijiex effettivament trade mark jew marka tad-ditta hekk protetta.

    (ara l-punt 32, u d-dispożittiv 2)

  3.  L-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirreferi biss għall-prodotti tal-ikel li għandhom trade mark jew marka tad-ditta li għandhom jiġu kkunsidrati bħala indikazzjoni nutrizzjonali jew dwar is-saħħa fis-sens ta’ dan ir-regolament u li kienu jeżistu taħt din il-forma qabel l-1 ta’ Jannar 2005.

    (ara l-punti 36, 37 u d-dispożittiv 3)

Kawża C-299/12

Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s.

vs

Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud)

“Protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel — Punt 6 tal-Artikolu 2(2) — Kunċett ta’ ‘indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard’ — Artikolu 28(2) — Prodotti li juru trade marks jew marki tad-ditta — Miżuri tranżitorji”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel — Regolament Nru 1924/2006 — Indikazzjoni relatata mat-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard — Indikazzjoni dwar is-saħħa — Obbligu li jiġi indikat espliċitament l-effett ta’ riskju għas-saħħa — Assenza

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1924/2006, Artikolu 2(2), punti 5 u 6)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel — Regolament Nru 1924/2006 — Komunikazzjoni ta’ natura kummerċjali li tinsab fuq l-imballaġġ ta’ prodott tal-ikel — Protezzjoni inkwantu trade mark jew marka tad-ditta — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Protezzjoni ekwivalenti mil-leġiżlazzjoni applikabbli — Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1924/2006, Artikolu 28(2))

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel — Regolament Nru 1924/2006 — Prodotti bi trade mark jew marka tad-ditta — Protezzjoni inkwantu tali trade mark jew marka tad-ditta — Limiti — Miżuri derogatorji u tranżitorji