Kawża C‑275/12

Samantha Elrick

vs

Bezirksregierung Köln

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover)

“Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza — Ċittadin ta’ Stat Membru — Studji segwiti fi Stat Membru ieħor — Għajnuna għat-taħriġ — Kundizzjonijiet — Żmien ta’ taħriġ iktar minn jew ekwivalenti għal sentejn — Kisba ta’ diploma professjonali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013

  1. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Ċittadin ta’ Stat Membru li huwa student fi Stat Membru ieħor – Inklużjoni – Effett – Użu tad-drittijiet assoċjati mal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea

    (Artikolu 6(e) TFUE, 20 TFUE, 21 TFUE u 165(1) TFUE)

  2. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Għajnuna għat-taħriġ mogħtija lil studenti ċittadini nazzjonali għal studji segwiti fi Stat Membru ieħor – Għoti ta’ għajnuna suġġett għal kors ta’ tul ta’ mill-inqas sentejn għal studji segwiti fi Stat Membru ieħor – Għoti possibbli tal-għajnuna għal kors ta’ tul ta’ inqas minn sentejn għal studji segwiti fl-Istat li jagħti l-benefiċċji – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Assenza

    (Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 18-24)

  2.  L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għat-taħriġ, lil ċittadina nazzjonali residenti f’dan l-Istat Membru, biex tistudja fi Stat Membru ieħor għall-kundizzjoni li dan it-taħriġ iwassal għal diploma professjonali ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn skola professjonali, li tinsab fl-Istat li jagħti l-benefiċċji, wara kors ta’ mill-inqas sentejn, minkejja li għajnuna kienet tingħata lill-persuna kkonċernata, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tagħha, kieku hija għażlet li twettaq f’dan l-Istat Membru tal-aħħar taħriġ ekwivalenti għal dak li hija xtaqet issegwi fi Stat Membru ieħor, u ta’ tul ta’ inqas minn sentejn.

    Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni tikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 21 TFUE, fid-dawl tal-effett li l-eżerċizzju ta’ din il-libertà jista’ jkollu fuq id-dritt għall-għajnuna għat-taħriġ.

    Issa, leġiżlazzjoni li hija ta’ natura li tirrestrinġi libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat tista’ tiġi ġġustifikata fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni unikament jekk tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi ta’ interess ġenerali indipendenti min-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati u jekk hija tkun proporzjonata mal-għan leġittimament imħaddan mid-dritt nazzjonali.

    F’dan ir-rigward, ir-rekwiżit ta’ tul ta’ sentejn jidher li huwa ħieles minn kull rabta mal-livell tat-taħriġ magħżul u għaldaqstant mingħajr rabta mal-għan allegat tal-imsemmija leġislazzjoni. Fil-fatt, il-fatt li tiġi imposta din il-kundizzjoni ta’ tul jidher inkoerenti u ma jistax jiġi kkunsidrat bħala proporzjonat ma’ dan il-għan.

    (ara l-punti 28-30, 32-34 u d-dispożittiv)

Kawża C‑275/12

Samantha Elrick

vs

Bezirksregierung Köln

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover)

“Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza — Ċittadin ta’ Stat Membru — Studji segwiti fi Stat Membru ieħor — Għajnuna għat-taħriġ — Kundizzjonijiet — Żmien ta’ taħriġ iktar minn jew ekwivalenti għal sentejn — Kisba ta’ diploma professjonali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013

  1. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Ċittadin ta’ Stat Membru li huwa student fi Stat Membru ieħor — Inklużjoni — Effett — Użu tad-drittijiet assoċjati mal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea

    (Artikolu 6(e) TFUE, 20 TFUE, 21 TFUE u 165(1) TFUE)

  2. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Għajnuna għat-taħriġ mogħtija lil studenti ċittadini nazzjonali għal studji segwiti fi Stat Membru ieħor — Għoti ta’ għajnuna suġġett għal kors ta’ tul ta’ mill-inqas sentejn għal studji segwiti fi Stat Membru ieħor — Għoti possibbli tal-għajnuna għal kors ta’ tul ta’ inqas minn sentejn għal studji segwiti fl-Istat li jagħti l-benefiċċji — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Assenza