Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva

Partijiet

Fil-Kawża C-186/12,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Judicial de Braga (il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Marzu 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ April 2012, fil-proċedura

Impacto Azul Lda

vs

BPSA 9 – Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários SA,

Bouygues Imobiliária – SGPS Lda,

Bouygues Immobilier SA,

Aniceto Fernandes Viegas,

Óscar Cabanez Rodriguez,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),

komposta minn J. Malenovský, President tal-Awla, U. Lõhmus (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: M. Wathelet,

Reġistratur: A. Calot Escobar,

wara li rat il-proċedura bil-miktub,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

– għal Impacto Azul Lda, minn B. Faria u A. Coelho Rocha, avukati,

– għal BPSA 9 ‐ Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários SA, minn M. Marques Mendes, P. Vilarinho Pires u A. Dias Henriques, avukati,

– għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u C. Antunes, bħala aġenti,

– għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Guerra e Andrade u I. Rogalski, bħala aġenti,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Motivi tas-sentenza

1. It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE.

2. Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Impacto Azul Lda (iktar ’il quddiem “Impacto Azul”) u BPSA 9 ‐ Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários SA (iktar ’il quddiem “BPSA 9”) u, min-naħa l-oħra, Bouygues Immobiliária – SGPS Lda (iktar ’il quddiem “SGPS”) u Bouygues Immobilier SA (iktar ’il quddiem “Bouygues Immobilier”), kif ukoll, sussidjarjament, A. Fernandes Viegas et Ó. Cabanez Rodriguez, dwar in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn BPSA 9 ta’ kuntratt konkluż ma’ Impacto Azul.

Id-dritt Portugiż

3. L-Artikolu 481 tat-Titolu VI tal-Kodiċi tal-kumpanniji kummerċjali (Código das sociedades comerciais, iktar ’il quddiem is-“CSC”) jipprovdi:

“Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-titolu

1. Dan it-titolu japplika biss għar-relazzjonijiet bejn kumpanniji b’responsabbiltà limitata, soċjetajiet anonimi u soċjetajiet in akkomandita b’azzjonijiet.

2. Dan it-titolu japplika biss għall-kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fil-Portugall [...]

[...]”

4. L-Artikolu 482 tas-CSC jaqra kif ġej:

“Għall-finijiet ta’ din il-liġi, huma kkunsidrati bħala kumpanniji relatati:

[...]

c) il-kumpanniji f’relazzjoni ta’ kontroll;

d) il-kumpanniji f’relazzjoni ta’ grupp.”

5. Mill-Artikoli 488, 489, 492 u 493 tas-CSC jirriżulta li żewġ kumpanniji jkunu f’relazzjoni ta’ grupp fil-każ fejn waħda jkollha kontroll totali fuq l-oħra (eżistenti minn qabel jew iktar tard), filwaqt li l-fatt li waħda minnhom tkun twaqqfet qabel l-oħra jew bil-maqlub huwa irrilevanti f’dan ir-rigward, jew meta, bħala kumpanniji indipendenti, jiftiehmu li jissuġġettaw ruħhom għal ġestjoni unika u komuni (grupp b’relazzjoni ta’ parità), jew meta, irrispettivament minn jekk tkunx dipendenti jew indipendenti, kumpannija tinkariga lill-oħra bil-ġestjoni tal-attivitajiet tagħha (relazzjoni ta’ subordinazzjoni).

6. L-Artikolu 491 tas-CSC jipprovdi:

“Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 501 sa 504 u dawk applikabbli bis-saħħa ta’ dawn l-Artikoli japplikaw għall-gruppi kkostitwiti b’kontroll totali.”

7. Skont l-Artikolu 501 tas-CSC:

“1. Il-kumpannija parent tieħu r-responsabbiltà għall-obbligi tas-sussidjarja, li jkunu nħolqu qabel jew wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kontroll, sal-iskadenza ta’ dan tal-aħħar.

2. It-teħid tar-responsabbiltà mill-kumpannija parent ma jistax jintalab qabel ma jiddekorri terminu ta’ 30 jum mill-bidu tal-morożità tas-sussidjarja.

3. Titolu eżekuttiv kontra s-sussidjarja ma jistax jiġi infurzat kontra l-kumpannija parent.”

Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari

8. Impacto Azul hija kumpannija Portugiża b’responsabbiltà limitata li l-attività ekonomika tagħha tikkonsisti, b’mod partikolari, fix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli. BPSA 9, SGPS u Bouygues Immobilier kienu jagħmlu parti mill-grupp multinazzjonali ta’ żvilupp ta’ proprjetà immobbli Bouygues u de facto kienu jifformaw grupp b’relazzjonijiet ta’ kontroll totali, fis-sens tal-Artikoli 488 u 489 tas-CSC. Fil-fatt, 100 % tal-kumpannija Portugiża BPSA 9 kienet miżmuma minn SGPS, li wkoll kellha s-sede tagħha fil-Portugall, u li, min-naħa tagħha, kienet miżmuma totalment mill-kumpannija Franċiża Bouygues Immobilier, kumpannija parent li kienet tiġġestixxi l-kumpanniji kollha li kienu jifformaw il-grupp.

9. Fit-28 ta’ Lulju 2006, Impacto Azul u BPSA 9 kkonkludew kuntratt ta’ wegħda ta’ bejgħ u xiri (iktar ’il quddiem il-“kuntratt”) li permezz tiegħu Impacto Azul kienet wegħdet li tbigħ lil BPSA 9 proprjetà immobbli ġdida u din tal-aħħar kienet intrabtet li tixtriha mingħandha. Skont Impacto Azul, BPSA 9 ma rrispettatx l-obbligi kuntrattwali tagħha. Minħabba l-kriżi ekonomika u l-kundizzjonijiet tas-suq sfavorevoli, Bouygues Immobilier iddeċidiet li tirrinunzja għall-proġett u b’hekk ġiegħlet lil Impacto Azul issofri t-telf ikkawżat minn din ir-rinunzja.

10. Wara tentattiv ta’ riżoluzzjoni bonarja ta’ din it-tilwima ma’ BPSA 9, Impacto Azul ippreżentat rikors għad-danni kontra din il-kumpannija għan-nuqqas ta’ twettiq tal-kuntratt konkluż magħha quddiem it-Tribunal Judicial de Braga.

11. Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, Impacto Azul sostniet, b’mod partikolari, li n-nuqqas ta’ twettiq tal-kuntratt kien imputabbli prinċipalment lil SGPS u lil Bouygues Immobilier, fil-kwalità tagħhom ta’ kumpanniji parent, skont ir-responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent għall-obbligi tas-sussidjarji tagħhom, kif previst fl-Artikolu 501 tas-CSC, moqri flimkien mal-Artikolu 491 ta’ dan l-istess kodiċi.

12. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li ġie allegat mill-konvenuti fil-kawża prinċipali, minn naħa, li Bouygues Immobilier ma kinitx tikkontrolla totalment lill-kumpanniji BPSA 9 u SGPA, liema kontroll totali kien kriterju formali essenzjali għall-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-gruppi ta’ kumpanniji previsti fl-Artikolu 491 tas-CSC u, min-naħa l-oħra, li r-regoli stabbiliti bl-Artikolu 501 tas-CSC ma kinux applikabbli f’dan il-każ, fid-dawl tal-Artikolu 481(2) tal-istess kodiċi, li jeskludi l-applikazzjoni tal-imsemmija regoli għall-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor. Billi l-kumpannija Bouygues Immobilier għandha s-sede tagħha fi Franza, hija għalhekk ma tistax titqies responsabbli lejn il-kredituri ta’ BPSA 9.

13. Billi l-imsemmija esklużjoni kienet twassal għal differenza fit-trattament bejn il-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fil-Portugall u l-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor, Impacto Azul invoka ksur tal-Artikolu 49 TFUE.

14. Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni mad-dritt tal-Unjoni u tqis li r-riżoluzzjoni tal-kawża pendenti quddiemha tiddependi mill-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt.

15. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Judicial de Braga ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:

“L-inapplikabbiltà tar-regoli tal-Artikolu 501 tas-CSC għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skont ir-regoli previsti fl-Artikolu 481(2) tas-CSC, tmur kontra d-dritt [tal-Unjoni], b’mod partikolari l-Artikolu 49 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja [tal-Unjoni Ewropea]?”

Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari

16. BPSA 9 tqajjem, preliminarjament, il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tippronunzja ruħha fuq l-Artikolu 49 TFUE għar-raġuni li l-kawża prinċipali tirrigwarda sitwazzjoni purament interna, kif ukoll il-kwistjoni tal-ammissibbiltà tad-domanda preliminari, b’mod partikolari minħabba l-fatt li r-rilevanza tad-domanda għar-riżoluzzjoni ta’ din il-kawża ma hijiex evidenti.

17. Fir-rigward tal-argument li l-kawża prinċipali tirrigwarda sitwazzjoni purament interna, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tippronunzja ruħha fuq l-interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-31 ta’ Jannar 2008, Centro Europa 7, C-380/05, Ġabra p. I-349, punt 64; tal-11 ta’ Marzu 2010, Attanasio Group, C-384/08, Ġabra p. I-2055, punt 22, u tat-22 ta’ Diċembru 2010, Omalet, C-245/09, Ġabra p. I-13771, punt 10).

18. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet il-ġurisdizzjoni tagħha meta huwa evidenti li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni suġġetta għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiġi applikata (sentenza tal-1 ta’ Ottubru 2009, Woningstichting Sint Servatius, C-567/07, Ġabra p. I-9021, punt 43, u Omalet, iċċitata iktar ’il fuq, punt 11).

19. Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment ma humiex applikabbli għal sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati fi ħdan Stat Membru wieħed (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-3 ta’ Ottubru 1990, Nino et , C-54/88, C-91/88 u C-14/89, Ġabra p. I-3537, punt 11; tat-30 ta’ Novembru 1995, Esso Española, C-134/94, Ġabra p. I-4223, punt 17, u tas-17 Lulju, 2008, Il-Kummissjoni vs Franza, C-389/05, Ġabra p. I-5397, punt 49).

20. Huwa minnu li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Impacto Azul, BPSA 9 u SGPA għandhom is-sede tagħhom fil-Portugall u li l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija limitata għal dan l-Istat Membru. Madankollu, il-fatt li Bouygues Immobilier hija l-kumpannija parent stabbilita fi Franza jippermetti, bħala prinċipju, li jiġi identifikat element transkonfinali u, għalhekk ukoll, il-prerekwiżit indispensabbli sabiex jiġu invokati l-libertajiet ta’ moviment iggarantiti mit-Trattat. Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkunsidrat li d-domanda tikkonċerna sitwazzjoni purament interna, kif issostni BPSA 9.

21. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk għandha ġurisdizzjoni sabiex teżamina din id-domanda.

22. F’dak li jirrigwarda l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, BPSA 9 ssostni li d-domanda magħmula ma hijiex rilevanti, jew saħansitra hija ta’ natura ipotetika, u li l-qorti tar-rinviju ma pprovdietx punti ta’ fatt u ta’ liġi suffiċjenti sabiex jiġi vverifikat jekk l-interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE hijiex neċessarja għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tal-kawża prinċipali.

23. Minn naħa, BPSA 9 ssostni li huwa inutli li jsir magħruf jekk l-Artikolu 501 tas-CSC huwiex konformi mal-Artikolu 49 TFUE billi, fid-dawl tad-dritt Portugiż applikabbli għal dan il-każ, it-tliet kumpanniji kkonċernati ma jifformawx grupp ikkostitwit b’kontroll totali. Issa l-qorti tar-rinviju għadha ma ppronunzjatx ruħha f’dan ir-rigward.

24. Min-naħa l-oħra, BPSA 9 ssostni li mill-applikazzjoni tal-Artikoli 491 u 501(2) tas-CSC, ikkunsidrati flimkien, jirriżulta li t-teħid tar-responsabbiltà għall-obbligi ta’ sussidjarja mill-kumpannija parent tagħha ma jistax jintalab qabel ma jiddekorri terminu ta’ 30 jum mill-bidu tal-morożita tas-sussidjarja, u dan it-terminu ma ġiex osservat.

25. Minn dan jirriżulta li, ikun fejn ikun il-post tas-sede tagħha, Bouygues Immobilier ma tistax titqies responsabbli fil-kawża prinċipali.

26. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li permezz tiegħu l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-qrati nazzjonali l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jkunu jeħtieġu sabiex jiddeċiedu l-kawża li jkollhom quddiemhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-16 ta’ Lulju 1992, Meilicke, C-83/91, Ġabra p. I-4871, punt 22; tal-24 ta’ Marzu 2009, Danske Slagterier, C-445/06, Ġabra p. I-2119, punt 65, u tad-19 ta’ Ġunju 2012, The Chartered Institute of Patent Attorneys, C-307/10, punt 31).

27. Fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni, id-domandi li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiċħad talba mressqa minn qorti nazzjonali biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-5 ta’ Diċembru 2006, Cipolla et , C-94/04 u C-202/04, Ġabra p. I-11421, punt 25; tal-1 ta’Ġunju 2010, Blanco Pérez u Chao Gómez, C-570/07 u C-571/07, Ġabra p. I-4629, punt 36, u The Chartered Institute of Patent Attorneys, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).

28. Madankollu, dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża. Għalkemm huwa minnu li d-deċiżjoni tar-rinviju tipprovdi punti ta’ fatt u ta’ liġi b’mod konċiż lill-Qorti tal-Ġustizzja, jibqa’ l-fatt li dawn il-punti għandhom rabta ċara mas-suġġett tal-kawża prinċipali u, kif jirriżulta mill-punti 8 sa 13 ta’ din is-sentenza, jippermettu li jiġu ddeterminati l-portata tad-domanda preliminari u l-kuntest li fiha saret. Bl-istess mod, l-imsemmija deċiżjoni tindika b’mod ċar ir-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex tqis li kienet meħtieġa interpretazzjoni tal-Artikolu 49 sabiex tagħti s-sentenza tagħha.

29. Barra minn hekk, ma jidhirx li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma hijiex relatata mal-kwistjoni mqajma fil-kuntest tal-kawża prinċipali u li hija jekk il-kumpannija Franċiża Bouygues Immobilier tistax jew le titqies responsabbli lejn il-kredituri tal-kumpannija BPSA 9.

30. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.

Fuq id-domanda preliminari

31. Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk l-Artikolu 49 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom għal kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

32. Qabel xejn għandu jitfakkar li, fir-rigward tal-kumpanniji stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u li għandhom l-uffiċċju rreġistrat, it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali tagħhom ġewwa l-Unjoni Ewropea, il-libertà ta’ stabbiliment tinkludi d-dritt li jeżerċitaw l-attività tagħhom fi Stati Membri oħra permezz ta’ sussidjarja, fergħa jew aġenzija (sentenzi tat-23 ta’ Frar 2006, Keller Holding, C-471/04, Ġabra p. I-2107, punt 29; tal-15 ta’ Mejju 2008, Lidl Belgium, C-414/06, Ġabra p. I-03601, punt 18, u tas-27 ta’ Novembru 2008, Papillon, C-418/07, Ġabra p. I-8947, punt 15).

33. L-Artikolu 49 TFUE jimponi t-tneħħija tar-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment. Skont il-kliem tagħhom, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment ifittxu li jiżguraw il-benefiċċju tat-trattament nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti. Barra dan, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 49 TFUE jipprekludi kull miżura nazzjonali li, anki jekk tapplika mingħajr distinzjoni minħabba ċ-ċittadinanza, tista’ tostakola jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju, miċ-ċittadini tal-Unjoni, tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mit-Trattat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-29 ta’ Novembru 2011, National Grid Indus, C-371/10, Ġabra p. I-12273, punti 35 u 36, u tal-21 ta’ Ġunju 2012, Susisalo et , C-84/11, punt 31).

34. Skont il-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn id-djun tas-sussidjarji Portugiżi tagħhom ma japplikawx għall-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk tali leġiżlazzjoni tikkostitwixxix restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE.

35. Għandu jiġi rrilevat li, fid-dawl tal-assenza ta’ armonizzazzjoni, fuq livell tal-Unjoni, tar-regoli fil-qasam tal-gruppi ta’ kumpanniji, l-Istati Membri jibqgħu, bħala prinċipju, kompetenti sabiex jiddeterminaw id-dritt applikabbli għal dejn ta’ kumpannija relatata. Għalhekk, id-dritt Portugiż jistabbilixxi r-responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom biss għall-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fil-Portugall. Issa, kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 49 TFUE ma jipprekludix li Stat Membru jkun jista’ leġittimament itejjeb it-trattament tal-krediti tal-gruppi preżenti fit-territorju tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-7 ta’ Frar 1984, Jongeneel Kaas et , 237/82, Ġabra p. 483, punt 20).

36. Fil-fatt, l-inapplikabbiltà ta’ regoli bħal dawk tal-Artikolu 501 tas-CSC għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skont regoli bħal dawk previsti fl-Artikolu 481(2) tas-CSC, ma hijiex ta’ natura li tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju, mill-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor, tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mit-Trattat.

37. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi enfasizzat li l-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru li ma huwiex ir-Repubblika Portugiża jistgħu jagħżlu li jdaħħlu, permezz ta’ kuntratt, sistema ta’ responsabbiltà in solidum għad-djun tas-sussidjarji tagħhom.

38. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, f’dak li jirrigwarda t-trattament mogħti lill-kumpanniji parent stabbiliti fl-Istati Membri li ma humiex ir-Repubblika Portugiża, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkostitwixxix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE.

39. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom għal kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Fuq l-ispejjeż

40. Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

Parti operattiva

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom għal kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.


SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla)

20 ta’ Ġunju 2013 ( *1 )

“Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom — Esklużjoni tal-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor — Restrizzjoni — Assenza”

Fil-Kawża C-186/12,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Judicial de Braga (il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Marzu 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ April 2012, fil-proċedura

Impacto Azul Lda

vs

BPSA 9 – Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários SA,

Bouygues Imobiliária – SGPS Lda,

Bouygues Immobilier SA,

Aniceto Fernandes Viegas,

Óscar Cabanez Rodriguez,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),

komposta minn J. Malenovský, President tal-Awla, U. Lõhmus (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: M. Wathelet,

Reġistratur: A. Calot Escobar,

wara li rat il-proċedura bil-miktub,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

għal Impacto Azul Lda, minn B. Faria u A. Coelho Rocha, avukati,

għal BPSA 9 ‐ Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários SA, minn M. Marques Mendes, P. Vilarinho Pires u A. Dias Henriques, avukati,

għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u C. Antunes, bħala aġenti,

għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Guerra e Andrade u I. Rogalski, bħala aġenti,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1

It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE.

2

Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Impacto Azul Lda (iktar ’il quddiem “Impacto Azul”) u BPSA 9 ‐ Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários SA (iktar ’il quddiem “BPSA 9”) u, min-naħa l-oħra, Bouygues Immobiliária – SGPS Lda (iktar ’il quddiem “SGPS”) u Bouygues Immobilier SA (iktar ’il quddiem “Bouygues Immobilier”), kif ukoll, sussidjarjament, A. Fernandes Viegas et Ó. Cabanez Rodriguez, dwar in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn BPSA 9 ta’ kuntratt konkluż ma’ Impacto Azul.

Id-dritt Portugiż

3

L-Artikolu 481 tat-Titolu VI tal-Kodiċi tal-kumpanniji kummerċjali (Código das sociedades comerciais, iktar ’il quddiem is-“CSC”) jipprovdi:

“Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-titolu

1.   Dan it-titolu japplika biss għar-relazzjonijiet bejn kumpanniji b’responsabbiltà limitata, soċjetajiet anonimi u soċjetajiet in akkomandita b’azzjonijiet.

2.   Dan it-titolu japplika biss għall-kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fil-Portugall [...]

[...]”

4

L-Artikolu 482 tas-CSC jaqra kif ġej:

“Għall-finijiet ta’ din il-liġi, huma kkunsidrati bħala kumpanniji relatati:

[...]

c)

il-kumpanniji f’relazzjoni ta’ kontroll;

d)

il-kumpanniji f’relazzjoni ta’ grupp.”

5

Mill-Artikoli 488, 489, 492 u 493 tas-CSC jirriżulta li żewġ kumpanniji jkunu f’relazzjoni ta’ grupp fil-każ fejn waħda jkollha kontroll totali fuq l-oħra (eżistenti minn qabel jew iktar tard), filwaqt li l-fatt li waħda minnhom tkun twaqqfet qabel l-oħra jew bil-maqlub huwa irrilevanti f’dan ir-rigward, jew meta, bħala kumpanniji indipendenti, jiftiehmu li jissuġġettaw ruħhom għal ġestjoni unika u komuni (grupp b’relazzjoni ta’ parità), jew meta, irrispettivament minn jekk tkunx dipendenti jew indipendenti, kumpannija tinkariga lill-oħra bil-ġestjoni tal-attivitajiet tagħha (relazzjoni ta’ subordinazzjoni).

6

L-Artikolu 491 tas-CSC jipprovdi:

“Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 501 sa 504 u dawk applikabbli bis-saħħa ta’ dawn l-Artikoli japplikaw għall-gruppi kkostitwiti b’kontroll totali.”

7

Skont l-Artikolu 501 tas-CSC:

“1.   Il-kumpannija parent tieħu r-responsabbiltà għall-obbligi tas-sussidjarja, li jkunu nħolqu qabel jew wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kontroll, sal-iskadenza ta’ dan tal-aħħar.

2.   It-teħid tar-responsabbiltà mill-kumpannija parent ma jistax jintalab qabel ma jiddekorri terminu ta’ 30 jum mill-bidu tal-morożità tas-sussidjarja.

3.   Titolu eżekuttiv kontra s-sussidjarja ma jistax jiġi infurzat kontra l-kumpannija parent.”

Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari

8

Impacto Azul hija kumpannija Portugiża b’responsabbiltà limitata li l-attività ekonomika tagħha tikkonsisti, b’mod partikolari, fix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli. BPSA 9, SGPS u Bouygues Immobilier kienu jagħmlu parti mill-grupp multinazzjonali ta’ żvilupp ta’ proprjetà immobbli Bouygues u de facto kienu jifformaw grupp b’relazzjonijiet ta’ kontroll totali, fis-sens tal-Artikoli 488 u 489 tas-CSC. Fil-fatt, 100 % tal-kumpannija Portugiża BPSA 9 kienet miżmuma minn SGPS, li wkoll kellha s-sede tagħha fil-Portugall, u li, min-naħa tagħha, kienet miżmuma totalment mill-kumpannija Franċiża Bouygues Immobilier, kumpannija parent li kienet tiġġestixxi l-kumpanniji kollha li kienu jifformaw il-grupp.

9

Fit-28 ta’ Lulju 2006, Impacto Azul u BPSA 9 kkonkludew kuntratt ta’ wegħda ta’ bejgħ u xiri (iktar ’il quddiem il-“kuntratt”) li permezz tiegħu Impacto Azul kienet wegħdet li tbigħ lil BPSA 9 proprjetà immobbli ġdida u din tal-aħħar kienet intrabtet li tixtriha mingħandha. Skont Impacto Azul, BPSA 9 ma rrispettatx l-obbligi kuntrattwali tagħha. Minħabba l-kriżi ekonomika u l-kundizzjonijiet tas-suq sfavorevoli, Bouygues Immobilier iddeċidiet li tirrinunzja għall-proġett u b’hekk ġiegħlet lil Impacto Azul issofri t-telf ikkawżat minn din ir-rinunzja.

10

Wara tentattiv ta’ riżoluzzjoni bonarja ta’ din it-tilwima ma’ BPSA 9, Impacto Azul ippreżentat rikors għad-danni kontra din il-kumpannija għan-nuqqas ta’ twettiq tal-kuntratt konkluż magħha quddiem it-Tribunal Judicial de Braga.

11

Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, Impacto Azul sostniet, b’mod partikolari, li n-nuqqas ta’ twettiq tal-kuntratt kien imputabbli prinċipalment lil SGPS u lil Bouygues Immobilier, fil-kwalità tagħhom ta’ kumpanniji parent, skont ir-responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent għall-obbligi tas-sussidjarji tagħhom, kif previst fl-Artikolu 501 tas-CSC, moqri flimkien mal-Artikolu 491 ta’ dan l-istess kodiċi.

12

Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li ġie allegat mill-konvenuti fil-kawża prinċipali, minn naħa, li Bouygues Immobilier ma kinitx tikkontrolla totalment lill-kumpanniji BPSA 9 u SGPA, liema kontroll totali kien kriterju formali essenzjali għall-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-gruppi ta’ kumpanniji previsti fl-Artikolu 491 tas-CSC u, min-naħa l-oħra, li r-regoli stabbiliti bl-Artikolu 501 tas-CSC ma kinux applikabbli f’dan il-każ, fid-dawl tal-Artikolu 481(2) tal-istess kodiċi, li jeskludi l-applikazzjoni tal-imsemmija regoli għall-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor. Billi l-kumpannija Bouygues Immobilier għandha s-sede tagħha fi Franza, hija għalhekk ma tistax titqies responsabbli lejn il-kredituri ta’ BPSA 9.

13

Billi l-imsemmija esklużjoni kienet twassal għal differenza fit-trattament bejn il-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fil-Portugall u l-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor, Impacto Azul invoka ksur tal-Artikolu 49 TFUE.

14

Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni mad-dritt tal-Unjoni u tqis li r-riżoluzzjoni tal-kawża pendenti quddiemha tiddependi mill-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt.

15

F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Judicial de Braga ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:

“L-inapplikabbiltà tar-regoli tal-Artikolu 501 tas-CSC għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skont ir-regoli previsti fl-Artikolu 481(2) tas-CSC, tmur kontra d-dritt [tal-Unjoni], b’mod partikolari l-Artikolu 49 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja [tal-Unjoni Ewropea]?”

Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari

16

BPSA 9 tqajjem, preliminarjament, il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tippronunzja ruħha fuq l-Artikolu 49 TFUE għar-raġuni li l-kawża prinċipali tirrigwarda sitwazzjoni purament interna, kif ukoll il-kwistjoni tal-ammissibbiltà tad-domanda preliminari, b’mod partikolari minħabba l-fatt li r-rilevanza tad-domanda għar-riżoluzzjoni ta’ din il-kawża ma hijiex evidenti.

17

Fir-rigward tal-argument li l-kawża prinċipali tirrigwarda sitwazzjoni purament interna, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tippronunzja ruħha fuq l-interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-31 ta’ Jannar 2008, Centro Europa 7, C-380/05, Ġabra p. I-349, punt 64; tal-11 ta’ Marzu 2010, Attanasio Group, C-384/08, Ġabra p. I-2055, punt 22, u tat-22 ta’ Diċembru 2010, Omalet, C-245/09, Ġabra p. I-13771, punt 10).

18

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet il-ġurisdizzjoni tagħha meta huwa evidenti li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni suġġetta għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiġi applikata (sentenza tal-1 ta’ Ottubru 2009, Woningstichting Sint Servatius, C-567/07, Ġabra p. I-9021, punt 43, u Omalet, iċċitata iktar ’il fuq, punt 11).

19

Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment ma humiex applikabbli għal sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati fi ħdan Stat Membru wieħed (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-3 ta’ Ottubru 1990, Nino et, C-54/88, C-91/88 u C-14/89, Ġabra p. I-3537, punt 11; tat-30 ta’ Novembru 1995, Esso Española, C-134/94, Ġabra p. I-4223, punt 17, u tas-17 Lulju, 2008, Il-Kummissjoni vs Franza, C-389/05, Ġabra p. I-5397, punt 49).

20

Huwa minnu li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Impacto Azul, BPSA 9 u SGPA għandhom is-sede tagħhom fil-Portugall u li l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija limitata għal dan l-Istat Membru. Madankollu, il-fatt li Bouygues Immobilier hija l-kumpannija parent stabbilita fi Franza jippermetti, bħala prinċipju, li jiġi identifikat element transkonfinali u, għalhekk ukoll, il-prerekwiżit indispensabbli sabiex jiġu invokati l-libertajiet ta’ moviment iggarantiti mit-Trattat. Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkunsidrat li d-domanda tikkonċerna sitwazzjoni purament interna, kif issostni BPSA 9.

21

Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk għandha ġurisdizzjoni sabiex teżamina din id-domanda.

22

F’dak li jirrigwarda l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, BPSA 9 ssostni li d-domanda magħmula ma hijiex rilevanti, jew saħansitra hija ta’ natura ipotetika, u li l-qorti tar-rinviju ma pprovdietx punti ta’ fatt u ta’ liġi suffiċjenti sabiex jiġi vverifikat jekk l-interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE hijiex neċessarja għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tal-kawża prinċipali.

23

Minn naħa, BPSA 9 ssostni li huwa inutli li jsir magħruf jekk l-Artikolu 501 tas-CSC huwiex konformi mal-Artikolu 49 TFUE billi, fid-dawl tad-dritt Portugiż applikabbli għal dan il-każ, it-tliet kumpanniji kkonċernati ma jifformawx grupp ikkostitwit b’kontroll totali. Issa l-qorti tar-rinviju għadha ma ppronunzjatx ruħha f’dan ir-rigward.

24

Min-naħa l-oħra, BPSA 9 ssostni li mill-applikazzjoni tal-Artikoli 491 u 501(2) tas-CSC, ikkunsidrati flimkien, jirriżulta li t-teħid tar-responsabbiltà għall-obbligi ta’ sussidjarja mill-kumpannija parent tagħha ma jistax jintalab qabel ma jiddekorri terminu ta’ 30 jum mill-bidu tal-morożita tas-sussidjarja, u dan it-terminu ma ġiex osservat.

25

Minn dan jirriżulta li, ikun fejn ikun il-post tas-sede tagħha, Bouygues Immobilier ma tistax titqies responsabbli fil-kawża prinċipali.

26

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li permezz tiegħu l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-qrati nazzjonali l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jkunu jeħtieġu sabiex jiddeċiedu l-kawża li jkollhom quddiemhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-16 ta’ Lulju 1992, Meilicke, C-83/91, Ġabra p. I-4871, punt 22; tal-24 ta’ Marzu 2009, Danske Slagterier, C-445/06, Ġabra p. I-2119, punt 65, u tad-19 ta’ Ġunju 2012, The Chartered Institute of Patent Attorneys, C-307/10, punt 31).

27

Fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni, id-domandi li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiċħad talba mressqa minn qorti nazzjonali biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-5 ta’ Diċembru 2006, Cipolla et, C-94/04 u C-202/04, Ġabra p. I-11421, punt 25; tal-1 ta’Ġunju 2010, Blanco Pérez u Chao Gómez, C-570/07 u C-571/07, Ġabra p. I-4629, punt 36, u The Chartered Institute of Patent Attorneys, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).

28

Madankollu, dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża. Għalkemm huwa minnu li d-deċiżjoni tar-rinviju tipprovdi punti ta’ fatt u ta’ liġi b’mod konċiż lill-Qorti tal-Ġustizzja, jibqa’ l-fatt li dawn il-punti għandhom rabta ċara mas-suġġett tal-kawża prinċipali u, kif jirriżulta mill-punti 8 sa 13 ta’ din is-sentenza, jippermettu li jiġu ddeterminati l-portata tad-domanda preliminari u l-kuntest li fiha saret. Bl-istess mod, l-imsemmija deċiżjoni tindika b’mod ċar ir-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex tqis li kienet meħtieġa interpretazzjoni tal-Artikolu 49 sabiex tagħti s-sentenza tagħha.

29

Barra minn hekk, ma jidhirx li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma hijiex relatata mal-kwistjoni mqajma fil-kuntest tal-kawża prinċipali u li hija jekk il-kumpannija Franċiża Bouygues Immobilier tistax jew le titqies responsabbli lejn il-kredituri tal-kumpannija BPSA 9.

30

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.

Fuq id-domanda preliminari

31

Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk l-Artikolu 49 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom għal kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

32

Qabel xejn għandu jitfakkar li, fir-rigward tal-kumpanniji stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u li għandhom l-uffiċċju rreġistrat, it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali tagħhom ġewwa l-Unjoni Ewropea, il-libertà ta’ stabbiliment tinkludi d-dritt li jeżerċitaw l-attività tagħhom fi Stati Membri oħra permezz ta’ sussidjarja, fergħa jew aġenzija (sentenzi tat-23 ta’ Frar 2006, Keller Holding, C-471/04, Ġabra p. I-2107, punt 29; tal-15 ta’ Mejju 2008, Lidl Belgium, C-414/06, Ġabra p. I-03601, punt 18, u tas-27 ta’ Novembru 2008, Papillon, C-418/07, Ġabra p. I-8947, punt 15).

33

L-Artikolu 49 TFUE jimponi t-tneħħija tar-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment. Skont il-kliem tagħhom, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment ifittxu li jiżguraw il-benefiċċju tat-trattament nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti. Barra dan, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 49 TFUE jipprekludi kull miżura nazzjonali li, anki jekk tapplika mingħajr distinzjoni minħabba ċ-ċittadinanza, tista’ tostakola jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju, miċ-ċittadini tal-Unjoni, tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mit-Trattat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-29 ta’ Novembru 2011, National Grid Indus, C-371/10, Ġabra p. I-12273, punti 35 u 36, u tal-21 ta’ Ġunju 2012, Susisalo et, C-84/11, punt 31).

34

Skont il-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn id-djun tas-sussidjarji Portugiżi tagħhom ma japplikawx għall-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk tali leġiżlazzjoni tikkostitwixxix restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE.

35

Għandu jiġi rrilevat li, fid-dawl tal-assenza ta’ armonizzazzjoni, fuq livell tal-Unjoni, tar-regoli fil-qasam tal-gruppi ta’ kumpanniji, l-Istati Membri jibqgħu, bħala prinċipju, kompetenti sabiex jiddeterminaw id-dritt applikabbli għal dejn ta’ kumpannija relatata. Għalhekk, id-dritt Portugiż jistabbilixxi r-responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom biss għall-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fil-Portugall. Issa, kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 49 TFUE ma jipprekludix li Stat Membru jkun jista’ leġittimament itejjeb it-trattament tal-krediti tal-gruppi preżenti fit-territorju tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-7 ta’ Frar 1984, Jongeneel Kaas et, 237/82, Ġabra p. 483, punt 20).

36

Fil-fatt, l-inapplikabbiltà ta’ regoli bħal dawk tal-Artikolu 501 tas-CSC għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skont regoli bħal dawk previsti fl-Artikolu 481(2) tas-CSC, ma hijiex ta’ natura li tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju, mill-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor, tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mit-Trattat.

37

Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi enfasizzat li l-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru li ma huwiex ir-Repubblika Portugiża jistgħu jagħżlu li jdaħħlu, permezz ta’ kuntratt, sistema ta’ responsabbiltà in solidum għad-djun tas-sussidjarji tagħhom.

38

Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, f’dak li jirrigwarda t-trattament mogħti lill-kumpanniji parent stabbiliti fl-Istati Membri li ma humiex ir-Repubblika Portugiża, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkostitwixxix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE.

39

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom għal kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Fuq l-ispejjeż

40

Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

 

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

 

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom għal kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.