Kawża C‑170/12
Peter Pinckney
vs
KDG Mediatech AG
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza))
“Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni — Materji ta’ delitt jew kważi delitt — Drittijiet tal-awtur — Mezz materjali li jirriproduċi xogħol protett — Tpoġġija fuq l-Internet — Determinazzjoni tal-post fejn seħħ id-dannu”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Domandi li għandhom rabta mar-realtà jew is-suġġett tat-tilwima
(Artikolu 267 TFUE)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kunċetti użati mill-imsemmi regolament – Interpretazzjoni awtonoma
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Interpretazzjoni stretta
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Post fejn seħħ id-dannu u post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu – Ksur imwettqa permezz tal-Internet u li jistgħu jseħħu f’postijiet differenti
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Post fejn seħħ il-fatt dannuż – Ksur tad-dritt tal-awtur permezz tar-riproduzzjoni ta’ xogħol fuq mezz materjali li huwa sussegwentement mibjugħ minn sit tal-Internet – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ aċċessibbiltà għas-sit tal-bejgħ – Limiti – Dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3); Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/29)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 19-20)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 23)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 25)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 26, 31, 32)
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ allegat ksur għad-drittijiet tal-awtur protetti mil-Istat Membru tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża, din għandha ġurisdizzjoni sabiex tittratta azzjoni sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà mressqa mill-awtur ta’ xogħol kontra kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u li, f’dan l-Istat, irriproduċiet l-imsemmi xogħol fuq mezz materjali li sussegwentement jinbiegħ minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru terz, permezz ta’ sit tal-Internet aċċessibbli wkoll fil-ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża. Din il-qorti għandha ġurisdizzjoni biss sabiex tiddeċiedi dwar id-dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru fejn hija tinsab.
Id-drittijiet tal-awtur, suġġetti għall-prinċipju tat-territorjalità, għandhom madankollu jkunu protetti, b’mod partikolari minħabba d-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, b’mod awtomatiku fl-Istati Membri kollha, sa fejn jistgħu jinkisru, rispettivament, f’kull wieħed minnhom, skont id-dritt materjali applikabbli.
Issa, il-ġurisdizzjoni sabiex tittratta kawża dwar delitt jew kważi delitt, fir-rigward tal-ksur allegat ta’ dritt tal-awtur, hija diġà stabbilita favur il-qorti li quddiemha titressaq il-kawża, peress li l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinstab din il-qorti jipproteġi d-drittijiet patrimonjali li l-applikant igawdi u li hemm ir-riskju li d-dannu allegat iseħħ fil-ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża. L-imsemmi riskju jirriżulta, b’mod partikolari, mill-possibbiltà li wieħed jikseb, permezz ta’ sit tal-Internet aċċessibbli fil-ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża, riproduzzjoni tax-xogħol li magħhom huma konnessi d-drittijiet invokati mill-applikant.
(ara l-punti 39, 43, 44, 47 u d-dispożittiv)
Kawża C‑170/12
Peter Pinckney
vs
KDG Mediatech AG
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza))
“Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni — Materji ta’ delitt jew kważi delitt — Drittijiet tal-awtur — Mezz materjali li jirriproduċi xogħol protett — Tpoġġija fuq l-Internet — Determinazzjoni tal-post fejn seħħ id-dannu”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013
Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Domandi li għandhom rabta mar-realtà jew is-suġġett tat-tilwima
(Artikolu 267 TFUE)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kunċetti użati mill-imsemmi regolament — Interpretazzjoni awtonoma
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi speċjali — Interpretazzjoni stretta
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi speċjali — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt — Post fejn seħħ id-dannu u post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu — Ksur imwettqa permezz tal-Internet u li jistgħu jseħħu f’postijiet differenti
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi speċjali — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt — Post fejn seħħ il-fatt dannuż — Ksur tad-dritt tal-awtur permezz tar-riproduzzjoni ta’ xogħol fuq mezz materjali li huwa sussegwentement mibjugħ minn sit tal-Internet — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ aċċessibbiltà għas-sit tal-bejgħ — Limiti — Dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża