Kawża C‑116/12

Ioannis Christodoulou et

vs

Elliniko Dimosio

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Serron)

“Valur għal skopijiet doganali — Merkanzija esportata lejn pajjiż terz — Ħlas lura fuq l-esportazzjoni — Ipproċessar fil-pajjiż ta’ esportazzjoni kkunsidrat bħala mhux sostanzjali — Esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija lejn it-territorju tal-Unjoni Ewropea — Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali — Valur tat-tranżazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013

  1. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Valur għal skopijiet doganali – Valur tat-tranżazzjoni – Determinazzjoni – Merkanzija importata abbażi ta’ kuntratt ikklassifikat bħala kuntratt ta’ bejgħ, li fir-realtà huwa kuntratt ta’ ħidma jew ta’ pproċessar – Inklużjoni – Determinazzjoni tal-oriġini tal-merkanzija – Assenza ta’ effett

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 24, 29 u 32)

  2. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Valur għal skopijiet doganali – Valur tat-tranżazzjoni – Determinazzjoni – Valur tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija – Ħlas lura miksub b’mod abbużiv billi jinħolqu b’mod artifiċjali l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ibbenefikar minnu – Inklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 29 u 32)

  1.  L-Artikoli 29 u 32 tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn japplikaw għad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali ta’ merkanzija importata abbażi ta’ kuntratt li, għalkemm huwa kklassifikat bħala kuntratt ta’ bejgħ, fir-realtà jirriżulta li huwa kuntratt ta’ ħidma jew ta’ pproċessar. Fil-kuntest ta’ din id-determinazzjoni, huwa irrilevanti li jsir magħruf jekk l-operazzjonijiet ta’ ħidma jew ta’ pproċessar jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament sabiex il-merkanzija kkonċernata titqies li hija toriġina mill-pajjiż li fih seħħew dawn l-operazzjonijiet.

    (ara l-punti 51, 55, 60 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikoli 29 u 32 tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li fid-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-valur tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni li merkanzija bbenefikat minnu u li nkiseb permezz tal-implementazzjoni ta’ prattika li tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni bil-għan li jinkiseb, abbużivament, vantaġġ minn dawn id-dispożizzjonijiet.

    L-importatur li b’mod artifiċjali qiegħed lilu nnifsu f’sitwazzjoni li tippermettilu jibbenefika mill-ħlas lura fuq l-esportazzjoni huwa obbligat iħallas id-dazji relatati mal-prodotti kkonċernati, bla ħsara, jekk ikun il-każ, għas-sanzjonijiet amministrattivi, ċivili jew kriminali previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    (ara l-punti 68, 70 u d-dispożittiv 2)

Kawża C‑116/12

Ioannis Christodoulou et

vs

Elliniko Dimosio

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Serron)

“Valur għal skopijiet doganali — Merkanzija esportata lejn pajjiż terz — Ħlas lura fuq l-esportazzjoni — Ipproċessar fil-pajjiż ta’ esportazzjoni kkunsidrat bħala mhux sostanzjali — Esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija lejn it-territorju tal-Unjoni Ewropea — Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali — Valur tat-tranżazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013

  1. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Valur għal skopijiet doganali — Valur tat-tranżazzjoni — Determinazzjoni — Merkanzija importata abbażi ta’ kuntratt ikklassifikat bħala kuntratt ta’ bejgħ, li fir-realtà huwa kuntratt ta’ ħidma jew ta’ pproċessar — Inklużjoni — Determinazzjoni tal-oriġini tal-merkanzija — Assenza ta’ effett

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 24, 29 u 32)

  2. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Valur għal skopijiet doganali — Valur tat-tranżazzjoni — Determinazzjoni — Valur tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija — Ħlas lura miksub b’mod abbużiv billi jinħolqu b’mod artifiċjali l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ibbenefikar minnu — Inklużjoni