Keywords
Summary

Keywords

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Oġġetti u servizzi użati għall-ħtiġijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli — Neċessità ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni tal-input u l-attività tal-persuna taxxabbli — Kriterju ta’ evalwazzjoni — Taxxa dovuta fuq servizzi ta’ avukat pprovduti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija f’kapaċità personali kontra persuni fiżiċi, amministraturi ta’ impriża taxxabbli — Dritt għal tnaqqis — Assenza

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2001/115, Artikolu 17(2)(a))

Summary

L-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni partikolari u l-attività fl-intier tagħha tal-persuna taxxabbli sabiex jiġi ddeterminat jekk l-oġġetti u s-servizzi ntużawx minnha “għall-iskopijiet fuq it-transazzjoni taxxabbli tiegħu [tagħha]”, skont l-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, kif emendata bid-Direttiva 2001/115, tiddependi fuq il-kontenut oġġettiv tal-oġġett jew tas-servizz akkwistat minn din il-persuna taxxabbli.

Il-fatt li l-istabbiliment tar-rabta diretta u immedjata li teżisti bejn provvista ta’ servizzi u l-attività ekonomika taxxabbli fl-intier tagħha għandu jsir abbażi tal-kontenut oġġettiv ta’ din il-provvista ta’ servizzi ma jeskludix li tista’ tiġi kkunsidrata wkoll ir-raġuni esklużiva tat-tranżazzjoni inkwistjoni, peress li din tal-aħħar għandha titqies li tikkostitwixxi kriterju li jistabbilixxi l-kontenut oġġettiv. Malli jiġi stabbilit li tranżazzjoni ma tkunx twettqet għall-bżonnijiet tal-attivitajiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, din it-tranżazzjoni ma tistax titqies li għandha rabta diretta u immedjata ma’ dawn l-attivitajiet, anki jekk din it-tranżazzjoni tkun, fir-rigward tal-kontenut oġġettiv tagħha, suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud.

Fir-rigward tas-servizzi pprovduti minn avukat, li l-għan tagħhom huwa li jiġu evitati sanzjonijiet kriminali kontra persuni fiżiċi, amministraturi ta’ impriża taxxabbli, tali servizzi ma jagħtux lil din l-impriża d-dritt li tnaqqas bħala taxxa tal-input it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq is-servizzi pprovduti meta, fl-ewwel lok, l-imsemmija servizzi jkunu intiżi li jipproteġu direttament u immedjatament l-interessi privati tal-amministraturi akkużati bi ksur dovut għall-aġir personali tagħhom u meta, fit-tieni lok, ma teżisti l-ebda rabta legali bejn il-proċeduri kriminali u l-impriża taxxabbli, b’tali mod li dawn is-servizzi għandhom jitqiesu li ġew ipprovduti totalment barra mill-kuntest tal-attivitajiet taxxabbli ta’ din l-impriża.

(ara l-punti 29-31, 33 u d-dispożittiv)

Kawża C-104/12

Finanzamt Köln-Nord

vs

Wolfram Becker

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof)

“Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 17(2)(a) — Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Neċessità tal-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni tal-input u tranżazzjoni tal-output — Kriterju li jistabbilixxi din ir-rabta — Servizzi ta’ avukat ipprovduti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali għall-korruzzjoni mibdija f’kapaċità personali kontra l-amministratur u s-soċju prinċipali ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Frar 2013

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Oġġetti u servizzi użati għall-ħtiġijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli – Neċessità ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni tal-input u l-attività tal-persuna taxxabbli – Kriterju ta’ evalwazzjoni – Taxxa dovuta fuq servizzi ta’ avukat pprovduti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija f’kapaċità personali kontra persuni fiżiċi, amministraturi ta’ impriża taxxabbli – Dritt għal tnaqqis – Assenza