Kawżi magħquda C‑103/12 u C‑165/12
Il‑Parlament Ewropew
u
Il‑Kummissjoni Ewropea
vs
Il‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea
“Rikors għal annullament — Deċiżjoni 2012/19/UE — Bażi legali — Artikolu 43(2) u (3) TFUE — Ftehim bilaterali li jawtorizza l-użu ta’ dak li jifdal mill-volum ammissibbli tal-qbid — Għażla tal-Istat terz ikkonċernat awtorizzat mill-Unjoni sabiex juża riżorsi bijoloġiċi — Żona ekonomika esklużiva — Deċiżjoni politika — Iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2014
Atti tal-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Kriterji – Deċiżjoni 2012/19 li tapprova f’isem l-Unjoni d-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika tal-Venezwela – Adozzjoni abbażi tal-Artikolu 43(3) TFUE – Inammissibbiltà – Obbligu li tibbaża tali deċiżjoni fuq l-Artikoli 43(2) TFUE u 218 TFUE
(Artikoli 43(2) u (3) TFUE u 218(6)(a)(v), u (b) TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 44/2012, Artikolu 36(1) u Anness VIII, Nru 40/2013, Artikolu 34(1) u Anness VIII, u Nru 43/2014, Artikolu 40(1) u Anness VIII; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/19)
Ftehimiet internazzjonali – Konklużjoni – Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-agrikoltura u tas-sajd – Dikjarazzjoni indirizzata lil Stat terz dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea lil bastimenti tas-sajd ta’ dan l-Istat – Talbiet għall-awtorizzazzjoni ta’ sajd mressqa minn dan l-Istat terz li ma jinkludux riżervi – Ammissibbiltà
(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/19)
Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Żamma tal-effetti tal-att ikkontestat sas-sostituzzjoni ta’ dan tal-aħħar f’terminu raġonevoli – Ġustifikazzjoni bbażata fuq raġunijiet ta’ ċertezza legali
(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/19)
L-għażla tal-bażi legali ta’ att tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom hemm, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut ta’ dan l-att.
F’dan ir-rigward, l-għan tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva ’l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża, approvata bid-deċiżjoni tal-Kunsill 2012/19, ma huwiex li tiżgura l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd, fis-sens tal-Artikolu 43(3) TFUE, iżda, li toffri lil din ir-Repubblika l-opportunità li tipparteċipa fl-użu tar-riżorsi bijoloġiċi fiż-żona ekonomika esklużiva tal-Gujana, skont il-kundizzjonijiet iffissati mill-Unjoni.
Fid-dawl tar-responsabbiltà speċifika tal-Unjoni, li taġixxi minflok l-Istat kostali kkonċernat, għall-użu tar-riżorsi bijoloġiċi fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ dan tal-aħħar, l-istituzzjonijiet kompetenti tal-Unjoni jevalwaw jekk l-Istat ikkonċernat huwiex f’pożizzjoni li jiggarantixxi li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu josservaw il-kundizzjonijiet li għalihom tali użu huwa suġġett, bħal b’mod partikolari l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni li japplikaw fiż-żona kkonċernata. Fl-aħħar nett, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu inkunsiderazzjoni elementi bħall-importanza li r-riżorsi bijoloġiċi taż-żona inkwistjoni jirrappreżentaw għall-ekonomija tiegħu u l-interessi nazzjonali l-oħra tiegħu, il-ħtiġijiet tal-Istati fi żvilupp fir-reġjun ikkonċernat u n-neċessità li jitnaqqsu kemm jista’ jkun id-disturbi ekonomiċi fl-Istati li fihom iċ-ċittadini abitwalment jipprattikaw is-sajd f’din iż-żona jew li jkunu kkontribwixxew ħafna għar-riċerka u għall-inventarju tal-ħażniet.
Għalhekk, l-imsemmija dikjarazzjoni għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali, sabiex tawtorizza lill-bastimenti ta’ sajd li jtajru l-bandiera Venezweljana biex jistadu fl-imsemmija żona, fejn dan il-qafas, sussegwentement, ġie ppreċiżat minn numru ta’ dispożizzjonijiet f’regolamenti differenti. Minn dan jirriżulta li l-offerta indirizzata lir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela ma hijiex miżura teknika jew ta’ eżekuzzjoni, iżda, kuntrarjament, miżura li tippreżumi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni awtonoma li għandha ssir fir-rigward tal-interessi politiċi li l-Unjoni ssegwi, b’mod partikolari dik tas-sajd. Minn dan isegwi li d-dikjarazzjoni inkwistjoni taqa’ taħt qasam ta’ kompetenza li huwa fost dawk li fihom huwa l-leġiżlatur tal-Unjoni li għandu jiddeċiedi u li d-Deċiżjoni 2012/19, li approvat f’isem l-Unjoni din id-dikjarazzjoni, tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 43(2) TFUE u mhux tal-Artikolu 43(3) TFUE.
Barra minn hekk, peress li din id-dikjarazzjoni tikkostitwixxi element kostituttiv ta’ ftehim internazzjonali, hija taqa’ taħt l-Artikolu 218 TFUE. Id-Deċiżjoni 2012/19 għandha għalhekk tiġi adottata abbażi tal-Artikolu 43(2) TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE u mhux tal-Artikolu 43(3) TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(6)(b) TFUE.
(ara l-punti 51, 58, 75, 76, 78-83, 85 u d-dispożittiv 1)
Dikjarazzjoni indirizzata lil Stat terz, dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ dan l-Istat, fiż-żona ekonomika esklużiva ’l barra mill-kosta ta’ Stat Membru, tikkostitwixxi offerta indirizzata mill-Unjoni, minflok mill-Istat Membru kostali kkonċernat, lil dan l-Istat terz, bla ħsara li dan jiggarantixxi li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li jistadu f’din iż-żona jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet tal-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni li japplikaw għalihom. Billi bagħat lill-Unjoni, wara l-offerta magħmula lilu minn din tal-aħħar, talbiet konkreti għall-awtorizzazzjoni ta’ sajd u billi naqas, meta bagħathom, milli jifformula riżervi dwar il-kundizzjonijiet ta’ din l-offerta, dan l-Istat terz għandu jitqies li aċċetta l-offerta magħmula lilu mill-Unjoni permezz ta’ din id-dikjarazzjoni. Minn dan isegwi li din id-dikjarazzjoni magħmula mill-Unjoni u l-fatt li ġiet aċċettata minn dan l-Istat terz għandhom jitqiesu, meta meħuda flimkien, bħala ftehim konkluż minn dawn tal-aħħar fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-użu, skont il-kundizzjonijiet speċifikati f’din l-istess dikjarazzjoni, ta’ parti minn dak li jifdal mill-volum ammissibbli għall-qbid fiż-żona ekonomika esklużiva tal-Istat Membru inkwistjoni.
(ara l-punti 68, 70, 71, 73, 83, 84)
Id-Deċiżjoni 2012/19, dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, fiż-żona ekonomika esklużiva ’l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża, li tawtorizza lir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela tuża dak li jifdal mill-volum ammissibbli tal-qbid fiż-żona ekonomika esklużiva tal-Gujana, hija intiża li tiżgura l-kontinwità tal-ħatt fil-Gujana mill-bastimenti li jtajru l-bandiera Venezweljana, għaliex l-industrija tal-ipproċessar stabbilita f’dan id-dipartiment Franċiż tiddependi minn dan il-ħatt. L-annullament b’effett immedjat tal-imsemmija deċiżjoni jista’ jaffettwa tali kontinwità billi jwassal għalhekk għal konsegwenzi negattivi gravi għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati. Konsegwentement, fid-dawl tal-eżistenza ta’ raġunijiet importanti ta’ ċertezza legali, hemm lok li l-effetti ta’ din id-deċiżjoni jinżammu sakemm tidħol fis-seħħ, f’terminu raġonevoli, deċiżjoni ġdida bbażata fuq il-bażi legali xierqa.
(ara l-punti 91-93 u d-dispożittiv 2)
Kawżi magħquda C‑103/12 u C‑165/12
Il‑Parlament Ewropew
u
Il‑Kummissjoni Ewropea
vs
Il‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea
“Rikors għal annullament — Deċiżjoni 2012/19/UE — Bażi legali — Artikolu 43(2) u (3) TFUE — Ftehim bilaterali li jawtorizza l-użu ta’ dak li jifdal mill-volum ammissibbli tal-qbid — Għażla tal-Istat terz ikkonċernat awtorizzat mill-Unjoni sabiex juża riżorsi bijoloġiċi — Żona ekonomika esklużiva — Deċiżjoni politika — Iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2014
Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Kriterji — Deċiżjoni 2012/19 li tapprova f’isem l-Unjoni d-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika tal-Venezwela — Adozzjoni abbażi tal-Artikolu 43(3) TFUE — Inammissibbiltà — Obbligu li tibbaża tali deċiżjoni fuq l-Artikoli 43(2) TFUE u 218 TFUE
(Artikoli 43(2) u (3) TFUE u 218(6)(a)(v), u (b) TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 44/2012, Artikolu 36(1) u Anness VIII, Nru 40/2013, Artikolu 34(1) u Anness VIII, u Nru 43/2014, Artikolu 40(1) u Anness VIII; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/19)
Ftehimiet internazzjonali — Konklużjoni — Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-agrikoltura u tas-sajd — Dikjarazzjoni indirizzata lil Stat terz dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea lil bastimenti tas-sajd ta’ dan l-Istat — Talbiet għall-awtorizzazzjoni ta’ sajd mressqa minn dan l-Istat terz li ma jinkludux riżervi — Ammissibbiltà
(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/19)
Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Żamma tal-effetti tal-att ikkontestat sas-sostituzzjoni ta’ dan tal-aħħar f’terminu raġonevoli — Ġustifikazzjoni bbażata fuq raġunijiet ta’ ċertezza legali