Kawża C-99/12

Eurofit SA

vs

Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Bruxelles)

“Talba għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Użu ħażin tal-merkanzija intiża għall-esportazzjoni — Obbligu ta’ rimbors mill-esportatur — Assenza ta’ komunikazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-informazzjoni rigward l-affidabbiltà tal-kokontraent, issuspettat bi frodi — Każ ta’ forza maġġuri — Assenza”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013

  1. Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Forza maġġuri – Kunċett – Ċirkustanzi esterni għall-persuna li jinvokahom, anormali u imprevedibbli, li l-konsegwenzi ma setgħux ikunu evitati minkejja d-diliġenza kollha użata – Evalwazzjoni skont il-kuntest leġiżlattiv – Qasam ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni

    (Regolament tal-Kummissjoni Nru 3665/87, kif emendat bir-Regolament Nru 2945/94, Artikoli 5 u 11)

  2. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Importazzjoni tal-prodott fil-pajjiż ta’ destinazzjoni – Artikolu 5 tar-Regolament Nru 3665/87 – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Eċċezzjonijiet – Każ ta’ forza maġġuri – Interpretazzjoni stretta

    (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 3665/87, kif emendat bir-Regolament Nru 2945/94, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 5(3))

  3. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Dikjarazzjoni mhux eżatta – Sanzjoni ta’ natura pekunjarja imposta fuq l-esportatur – Responsabbiltà oġġettiva indipendentement min-nuqqas min-naħa tal-esportatur – Żieda fil-każ ta’ att intenzjonali kommess mill-esportatur

    (Regolament tal-Kummissjoni Nru 3665/87, kif emendat bir-Regolament Nru 2945/949, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1)

  4. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Dikjarazzjoni ineżatta li tirriżulta mill-aġir frawdolenti tal-kokontraent – Sanzjoni – Inapplikabbiltà f’każijiet eċċezzjonali – Portata – Assenza ta’ komunikazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, ta’ informazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kokontraent – Inklużjoni – Assenza ta’ effett fuq l-obbligu ta’ rimbors għall-esportatur ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni riċevuti indebitament

    (Regolament tal-Kummissjoni Nru 3665/87, kif emendat bir-Regolament Nru 2945/94, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 31-34)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 35-37)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 38-40)

  4.  L-ommissjoni mill-awtoritajiet doganali kompetenti li jinformaw lill-esportatur dwar l-eżistenza ta’ riskju ta’ frodi mwettaq mill-kokontraent ta’ dan tal-aħħar ma tikkostitwixxix każ ta’ forza maġġuri fis-sens tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, li jistipula regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/94, u, b’mod partikolari, tal-ewwel inċiż tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament. Fil-każ li tali ommissjoni tkun tista’ tikkostitwixxi każ eċċezzjonali fis-sens tat-tieni inċiż tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87, hija ma tistax mandankollu teżenta lil dan l-esportatur mill-obbligu tiegħu li jirrimborsa l-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni riċevuti indebitament, peress li dan tal-aħħar kien eżentat unikament mill-pagament tal-penalitajiet dovuti bis-saħħa ta’ dan l-istess Artikolu 11.

    F’dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament jeżentaw lill-esportaturi unikament mill-ħlas tal-penalitajiet, iżda mhux mir-rimbors tal-ħlas lura riċevut minn qabel. Fil-fatt, ma jistax jiġi miżjud każ ġdid ta’ eżenzjoni bbażat, b’mod partikolari, fuq in-nuqqas ta’ aġir doluż tal-esportatur, mal-lista eżawrjenti li tinstab fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-regolament inkwistjoni. Anki jekk il-ħtija jew l-iżball imwettaq minn kokontraent ta’ dan tal-aħħar jistgħu jikkostitwixxu ċirkustanza li ma hijiex fil-kontroll tal-esportatur, jibqa’ l-fatt li dawn jaqgħu taħt riskju kummerċjali komuni, inkluż fil-każ ta’ kundanna kriminali għal dan il-kokontraent għal falsifikazzjoni ta’ dokumenti fil-kuntest ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, u ma jistgħux jitqiesu li huma imprevedibbli fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali. L-esportatur huwa liberu fl-għażla tal-kokontraent tiegħu u huwa għandu jieħu l-prekawzjonijiet xierqa jew billi jinkorpora klawżoli f’dan ir-rigward fil-kuntratti li huwa jikkonkludi ma’ dawn tal-aħħar, jew billi jagħmel assigurazzjoni speċifika.

    (ara l-punti 42, 43, 49 u d-dispożittiv)

Kawża C-99/12

Eurofit SA

vs

Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Bruxelles)

“Talba għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Użu ħażin tal-merkanzija intiża għall-esportazzjoni — Obbligu ta’ rimbors mill-esportatur — Assenza ta’ komunikazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-informazzjoni rigward l-affidabbiltà tal-kokontraent, issuspettat bi frodi — Każ ta’ forza maġġuri — Assenza”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013

  1. Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Forza maġġuri — Kunċett — Ċirkustanzi esterni għall-persuna li jinvokahom, anormali u imprevedibbli, li l-konsegwenzi ma setgħux ikunu evitati minkejja d-diliġenza kollha użata — Evalwazzjoni skont il-kuntest leġiżlattiv — Qasam ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni

    (Regolament tal-Kummissjoni Nru 3665/87, kif emendat bir-Regolament Nru 2945/94, Artikoli 5 u 11)

  2. Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Importazzjoni tal-prodott fil-pajjiż ta’ destinazzjoni — Artikolu 5 tar-Regolament Nru 3665/87 — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Eċċezzjonijiet — Każ ta’ forza maġġuri — Interpretazzjoni stretta

    (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 3665/87, kif emendat bir-Regolament Nru 2945/94, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 5(3))

  3. Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Dikjarazzjoni mhux eżatta — Sanzjoni ta’ natura pekunjarja imposta fuq l-esportatur — Responsabbiltà oġġettiva indipendentement min-nuqqas min-naħa tal-esportatur — Żieda fil-każ ta’ att intenzjonali kommess mill-esportatur

    (Regolament tal-Kummissjoni Nru 3665/87, kif emendat bir-Regolament Nru 2945/949, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1)

  4. Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Dikjarazzjoni ineżatta li tirriżulta mill-aġir frawdolenti tal-kokontraent — Sanzjoni — Inapplikabbiltà f’każijiet eċċezzjonali — Portata — Assenza ta’ komunikazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, ta’ informazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kokontraent — Inklużjoni — Assenza ta’ effett fuq l-obbligu ta’ rimbors għall-esportatur ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni riċevuti indebitament