Kawża C‑86/12

Adzo Domenyo Alokpa et

vs

Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu)]

“Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz axxendent dirett ta’ ċittadini tal-Unjoni ta’ età żgħira — Ċittadini tal-Unjoni mwielda fi Stat Membru li ma huwiex dak li tiegħu huma għandhom in-nazzjonalità u li ma għamlux użu mid-dritt tagħhom ta’ moviment liberu — Drittijiet fundamentali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013

  1. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Ċittadini tal-Unjoni minuri li qatt ma eżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom, li għexu dejjem fl-Istat Membru ta’ residenza u li jgawdu min-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor – Rifjut tal-Istat Membru ta’ residenza li jirrikonoxxi dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, ġenitur ta’ dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni – Ammissibbiltà – Obbligu li jissodisfa l-kundizzjoni li jkollu riżorsi suffiċjenti u assigurazzjoni għall-mard komprensiva fl-Istat Membru ta’ residenza

    (Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 7(1))

  2. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Ċittadini tal-Unjoni minuri li qatt ma eżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom, li għexu dejjem fl-Istat Membru ta’ residenza u li jgawdu min-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor – Rifjut tal-Istat Membru ta’ residenza li jirrikonoxxi dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, ġenitur ta’ dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Rifjut li ma jwassalx, għal dawn iċ-ċittadini, għaċ-ċaħda tat-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus tagħhom ta’ ċittadini tal-Unjoni

    (Artikolu 20 TFUE)

  1.  L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux lil Stat Membru milli jirrifjuta lil ċittadin ta’ pajjiż terz dritt ta’ residenza fit-territorju tiegħu, meta dan iċ-ċittadin ikun responsabbli waħdu minn żewġt itfal żgħar, ċittadini tal-Unjoni, li jkunu joqogħdu miegħu f’dan l-Istat Membru sa mit-twelid tagħhom, mingħajr ma jkollhom in-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru u mingħajr ma jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu, sa fejn dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. L-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva tal-aħħar, li jipprevedi li tali ċittadini tal-Unjoni għandu jkollhom riżorsi suffiċjenti u assigurazzjoni għall-mard komprensiva, għandu ċertament jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom dawn ir-riżorsi disponibbli, mingħajr ma din id-dispożizzjoni tinvolvi l-inqas rekwiżit fir-rigward tal-oriġini tagħhom, b’mod li dawn tal-aħħar jistgħu jiġu pprovduti, inter alia, miċ-ċittadin ta’ Stat terz, ġenitur taċ-ċittadini ta’ età żgħira kkonċernati. Madankollu, jekk dawn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38 ma humiex sodisfatti, l-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li dritt ta’ residenza fit-territorju tal-Istat Membru ta’ residenza jiġi rrifjutat lil ġenitur tagħhom.

    (ara l-punti 27, 29-31, 36 u d-dispożittiv)

  2.  Fir-rigward tal-Artikolu 20 TFUE, hemm sitwazzjonijiet speċifiċi ħafna fejn, minkejja l-fatt li l-leġiżlazzjoni sekondarja dwar id-dritt ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz ma tkunx applikabbli u li ċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat ma jkunx għamel użu mil-libertà ta’ moviment tiegħu, dritt ta’ residenza ma jkunx jista’, eċċezzjonalment, jiġi rrifjutat lil ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja tal-imsemmi ċittadin, mingħajr ma tiġi ppreġudikata l-effettività taċ-ċittadinanza tal-Unjoni li huwa jgawdi, jekk, bħala konsegwenza ta’ tali rifjut, dan iċ-ċittadin jiġi obbligat, fil-fatt, li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni kkunsidrat fl-intier tiegħu, b’mod li jiġi mċaħħad mit-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni. Madankollu, ċittadin ta’ Stat terz, li waħdu jieħu ħsieb lil uliedu li għadhom żgħar, li huma ċittadini tal-Unjoni, li joqogħdu miegħu f’dan l-Istat Membru sa mit-twelid tagħhom, mingħajr ma għandhom in-nazzjonalità ta’ dan l-Istat, jista’ jibbenefika minn dritt derivat sabiex jakkumpanjahom u jirrisjedi magħhom fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma għandhom in-nazzjonalità. Minn dan isegwi li, fil-prinċipju, ir-rifjut tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ residenza ta’ dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni li jagħtu dritt ta’ residenza lil ġenitur tagħhom, ċittadin ta’ Stat terz, ma jistax ikollu l-effett li jġiegħel lit-tfal tiegħu jitilqu mit-territorju tal-Unjoni kkunsidrat fl-intier tiegħu.

    (ara l-punti 32, 34, 35)

Kawża C‑86/12

Adzo Domenyo Alokpa et

vs

Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu)]

“Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz axxendent dirett ta’ ċittadini tal-Unjoni ta’ età żgħira — Ċittadini tal-Unjoni mwielda fi Stat Membru li ma huwiex dak li tiegħu huma għandhom in-nazzjonalità u li ma għamlux użu mid-dritt tagħhom ta’ moviment liberu — Drittijiet fundamentali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013

  1. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38 — Ċittadini tal-Unjoni minuri li qatt ma eżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom, li għexu dejjem fl-Istat Membru ta’ residenza u li jgawdu min-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor — Rifjut tal-Istat Membru ta’ residenza li jirrikonoxxi dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, ġenitur ta’ dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni — Ammissibbiltà — Obbligu li jissodisfa l-kundizzjoni li jkollu riżorsi suffiċjenti u assigurazzjoni għall-mard komprensiva fl-Istat Membru ta’ residenza

    (Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 7(1))

  2. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Ċittadini tal-Unjoni minuri li qatt ma eżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom, li għexu dejjem fl-Istat Membru ta’ residenza u li jgawdu min-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor — Rifjut tal-Istat Membru ta’ residenza li jirrikonoxxi dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, ġenitur ta’ dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Rifjut li ma jwassalx, għal dawn iċ-ċittadini, għaċ-ċaħda tat-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus tagħhom ta’ ċittadini tal-Unjoni