Kawża C‑5/12

Marc Betriu Montull

vs

Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Lleida)

“Politika soċjali — Direttiva 92/85/KEE — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema tqal, li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu fuq il-post tax-xogħol — Artikolu 8 — Leave tal-maternità — Direttiva 76/207/KEE — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Artikolu 2(1) u (3) — Dritt għal-leave favur ommijiet impjegati wara t-twelid ta’ tarbija — Użu possibbli mill-omm impjegata jew mill-missier impjegat — Omm mhux impjegata u mhux imsieħba fi skema pubblika ta’ sigurtà soċjali — Esklużjoni tad-dritt għal-leave għall-missier impjegat — Missier bijoloġiku u missier adottiv — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013

  1. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Ħaddiema tqal, li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu fuq il-post tax-xogħol – Direttiva 92/85 – Ħaddiema li taħdem għal rasha li mhux imsieħba fi skema pubblika ta’ sigurtà soċjali – Dritt għall-benefiċċju tal-leave tal-maternità – Assenza – Ħaddiema li ma hijiex koperta mid-Direttiva 92/85

    (Direttiva tal-Kunsill 92/85, Artikolu 8)

  2. Politika soċjali – Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa – Aċċess għall-impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol – Ugwaljanza fit-trattament – Direttiva 76/207 – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Ħaddiema tqal, li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu fuq il-post tax-xogħol – Direttiva 92/85 – Leave tal-maternità – Miżura nazzjonali li tippermetti lill-ħaddiem impjegat, ta’ sess femminili jew maskili, jibbenefika minn leave ta’ maternità għall-perijodu ta’ wara l-perijodu ta’ mistrieħ obbligatorju tal-omm – Rekwiżit, għall-għoti tal-imsemmi leave lill-ħaddiem ta’ sess maskili, li omm il-wild ikollha l-istatus ta’ impjegata – Ammissibbiltà – Differenza fit-trattament ibbażata fuq is-sess – Ġustifikazzjoni

    (Direttivi tal-Kunsill 76/207, Artikolu 2(1) u (3), u 92/85, Artikolu 8)

  1.  L-omm ta’ wild li teżerċita professjoni għal rasha u li ma tkunx imsieħba fi skema pubblika ta’ sigurtà soċjali ma tibbenefikax mid-dritt għal-leave tal-maternità previst mid-Direttiva 92/85, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu. Fil-fatt, is-sitwazzjoni ta’ tali ħaddiema li taħdem għal rasha ma taqax taħt din id-direttiva, li tkopri biss lill-ħaddiema tqal, li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu fuq il-post tax-xogħol, li l-attività professjonali tagħhom hija eżerċitata taħt id-direzzjoni ta’ persuna li timpjega.

    (ara l-punti 59, 64)

  2.  Id-Direttiva 92/85, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu, u d-Direttiva 76/207, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux miżura nazzjonali li tipprovdi li missier il-wild, li għandu l-istatus ta’ impjegat, jista’, bil-kunsens tal-omm li għandha wkoll l-istatus ta’ impjegata, jibbenefika minn leave tal-maternità għall-perijodu ta’ wara s-sitt ġimgħat ta’ mistrieħ obbligatorju li l-omm għandha tieħu wara t-twelid, bl-eċċezzjoni tal-każijiet fejn ikun hemm perikolu għas-saħħa tal-omm, filwaqt li missier il-wild li għandu l-istatus ta’ impjegat ma jistax jibbenefika minn tali leave meta omm il-wild tiegħu ma jkollhiex l-istatus ta’ impjegata u ma tkunx imsieħba fi skema pubblika ta’ sigurtà soċjali.

    Għal dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, id-Direttiva 76/207, għalkemm tali miżura nazzjonali tistabbilixxi differenza fit-trattament ibbażata fuq is-sess, fis-sens tal Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, din hija miżura intiża sabiex tipproteġi l-kundizzjoni bijoloġika tal-mara matul it-tqala tagħha u matul il-perijodu ta’ warajha u li għaldaqstant hija ġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 2(3) ta’ din l-istess direttiva.

    (ara l-punti 60, 61, 63, 66 u d-dispożittiv)

Kawża C‑5/12

Marc Betriu Montull

vs

Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Lleida)

“Politika soċjali — Direttiva 92/85/KEE — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema tqal, li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu fuq il-post tax-xogħol — Artikolu 8 — Leave tal-maternità — Direttiva 76/207/KEE — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Artikolu 2(1) u (3) — Dritt għal-leave favur ommijiet impjegati wara t-twelid ta’ tarbija — Użu possibbli mill-omm impjegata jew mill-missier impjegat — Omm mhux impjegata u mhux imsieħba fi skema pubblika ta’ sigurtà soċjali — Esklużjoni tad-dritt għal-leave għall-missier impjegat — Missier bijoloġiku u missier adottiv — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013

  1. Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Ħaddiema tqal, li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu fuq il-post tax-xogħol — Direttiva 92/85 — Ħaddiema li taħdem għal rasha li mhux imsieħba fi skema pubblika ta’ sigurtà soċjali — Dritt għall-benefiċċju tal-leave tal-maternità — Assenza — Ħaddiema li ma hijiex koperta mid-Direttiva 92/85

    (Direttiva tal-Kunsill 92/85, Artikolu 8)

  2. Politika soċjali — Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Aċċess għall-impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol — Ugwaljanza fit-trattament — Direttiva 76/207 — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Ħaddiema tqal, li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu fuq il-post tax-xogħol — Direttiva 92/85 — Leave tal-maternità — Miżura nazzjonali li tippermetti lill-ħaddiem impjegat, ta’ sess femminili jew maskili, jibbenefika minn leave ta’ maternità għall-perijodu ta’ wara l-perijodu ta’ mistrieħ obbligatorju tal-omm — Rekwiżit, għall-għoti tal-imsemmi leave lill-ħaddiem ta’ sess maskili, li omm il-wild ikollha l-istatus ta’ impjegata — Ammissibbiltà — Differenza fit-trattament ibbażata fuq is-sess — Ġustifikazzjoni