21.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Arbos, Gesellschaft für Musik und Theater vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-615/12 P) (1)

(Appell - Rikors għad-danni - Sussidji mogħtija fil-kuntest ta’ proġetti ffinanzjati mill-programm ‘Culture 2000’ - Talbiet għall-ħlas ta’ diversi ammonti - Kontenut tar-rikors - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

2013/C 377/05

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Arbos, Gesellschaft für Musik und Theater (rappreżentant: H. Karl, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u D. Roussanov, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012, fil-Kawża Arbos vs Il Kummissjoni (T-161/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors intiż għall-kundanna tal-Kummissjoni, minn naħa, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 38 585,42, miżjuda bl-interessi bir-rata ta’ 12 % dekorribbli mill-1 ta’ Jannar 2001, kif ukoll tas-somma ta’ EUR 27 618,91, miżjuda bl-interessi bir-rata ta’ 12 % dekorribbli mill-1 ta’ Marzu 2003, u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 26 459,38 mingħajr VAT bħala spejjeż ta’ avukati sostnuti fil-fażi prekontenzjuża — Ksur tal-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Arbos, Gesellschaft für Musik und Theater hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 63, 02.03.2013