7.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/6 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 – Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH
(Kawża C-593/12) (1)
((Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali Color Focus - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal - proprjetarju tat - trade mark verbali Komunitarja Focus - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ċessjoni - Artikolu 19 tar-Regoli tal-Proċedura - Appell li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
2014/C 102/07
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent, R. Schweizer, avukat), Focus Magazin Verlag GmbH (rappreżentant: R. Schweizer, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-204/10, Lancôme vs UASI, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali “COLOR FOCUS”, għal prodotti fil-klassi 3, kontra d-Deċiżjoni R 238/2009-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta’ Frar 2010, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark imsemmija, imressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “FOCUS”, għal prodotti fil-klassi 3 – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebħ tat-trade marks – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Abbuż ta’ dritt
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell. |
2) |
Lancôme parfums et beauté & Cie hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |