|
4.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/6 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) Claudio Loreti, Maria Vallerotonda, Attilio Vallerotonda, Virginia Chellini vs Comune di Zagarolo
(Kawża C-555/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Inkompetenza manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2013/C 129/11
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Tivoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Claudio Loreti, Maria Vallerotonda, Attilio Vallerotonda, Virginia Chellini
Konvenut: Comune di Zagarolo
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Tivoli — Interpretazzjoni tal-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, moqrija flimkien mal-Artikolu 6 TUE u mal-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi tqassim tal-kompetenzi bejn il-qrati ċivili u amministrattivi bbażat fuq id-distinzjoni bejn id-drittijiet suġġettivi u l-interessi leġittimi — Assenza ta’ distinzjoni inekwivoka bejn l-imsemmija kunċetti
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament inkompetenti sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunale di Tivoli (L-Italja).