7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Novembr 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Catarroja, Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca – Spanja) – Banco Popular Español SA vs Maria Teodolinda Rivas Quichimbo, Wilmar Edgar Cun Pérez (C-537/12), u Banco de Valencia SA vs Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume (C-116/13)

(Kawżi Magħquda C-537/12 u C-116/13) (1)

((Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja - Kompetenzi tal-qorti nazzjonali fuq il-mertu - Klawżoli inġusti - Kriterji ta’ evalwazzjoni)

2014/C 102/04

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Catarroja, Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Popular Español SA (C-537/12), Banco de Valencia SA Jaume (C-116/13),

Konvenuti: Maria Teodolinda Rivas Quichimbo, Wilmar Edgar Cun Pérez (C-537/12), Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume (C-116/13)

Suġġett

(C-537/12)

Talba għal deċiżjoni preliminari – Juzgado de Primera Instancia e Instrucción – Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) – Protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam ta’ self għal immobbli – Motiv ta’ oppożizzjoni invokat fi proċedura ta’ eżekuzzjoni bbażat fuq in-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab fil-kuntratt ta’ self – Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ proċedura ċivili applikabbli għall-proċedura ta’ eżekuzzjoni li teskludi tali motiv ta’ oppożizzjoni – Nuqqas ta’ possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tevalwa n-natura inġusta ta’ tali klawżola

(C-116/13)

Talba għal deċiżjoni preliminari – Juzgado de Primera Instancia de Palma de Mallorca – Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1) u (3) u 7 u l-punti 1(e) u (g) u 2 (a) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) – Protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam ta’ self għal immobbli – Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ proċedura ċivili applikabbli għall-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lill-qorti tal-eżekuzzjoni, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, la li tevalwa, kemm jekk ex officio jew fuq it-talba tal-konsumatur, in-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab fil-kuntratt li minnu jirriżulta d-dejn mitlub u li jistabbilixxi t-titolu eżekuttiv, u lanqas li tadotta miżuri provviżorji, fosthom, b’mod partikolari, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, meta l-għoti ta’ dawn il-miżuri tkun neċessarji sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja kompleta tad-deċiżjoni finali tal-qorti adita bil-proċedura dwar il-mertu korrispondenti, li jkollha l-kompetenza li tivverifika n-natura inġusta ta’ din il-klawżola.

2)

L-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 93/13 u l-punti 1(e) u (g) u, 2(a) tal-Anness tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tiġi evalwata n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ skadenza tat-terminu ta’ kreditu ipotekarju, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma b’mod partikolari ta’ importanza essenzjali:

il-kwistjoni dwar jekk il-possibbiltà tal-bejjiegħ jew tal-fornitur li jirrixxendi unilateralment il-kuntratt tiddependix fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-konsumatur ta’ obbligu li għandu natura essenzjali fil-kuntest tar-relazzjoni kuntrattwali inkwistjoni;

il-kwistjoni dwar jekk din il-possibbiltà hijiex prevista għall-każijiet li fihom tali nuqqas ta’ eżekuzzjoni jkun ta’ natura suffiċjentement serja meta mqabbla mat-tul u mal-ammont tas-self;

il-kwistjoni dwar jekk l-imsemmija possibbiltà tidderogax mir-regoli applikabbli fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet, b’tali mod li tagħmel iktar diffiċli għall-konsumatur, fid-dawl tal-mezzi proċedurali li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, l-aċċess għall-ġustizzja u l-eżerċizzju tad-drittijiet għad-difiża; u

il-kwistjoni dwar jekk id-dritt nazzjonali jipprevedix mezzi adegwati u effikaċi li permezz tagħhom il-konsumatur li jkun suġġett għall-applikazzjoni ta’ tali klawżola jkun jista’ jirrimedja l-effetti tar-rixessjoni unilaterali tal-kuntratt ta’ self.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża mressqa quddiemha.


(1)  ĠU C 38, 9.02.2013

ĠU C 171, 15.06.2013