16.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent – il-Belġju) – Bloomsbury NV vs Belgische Staat

(Kawża C-510/12) (1)

((Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Ir-Raba’ Direttiva 78/660/KEE - Artikolu 2(3) - Prinċipju ta’ stampa vera u ġusta - Artikolu 2(4) - Obbligu ta’ informazzjoni - Artikolu 2(5) - Obbligu ta’ deroga - Artikolu 32 - Metodu ta’ evalwazzjoni bbażata fuq il-prezz storiku - Akkwist minn kumpannija ta’ attiv b’xejn))

2014/C 184/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bloomsbury NV

Konvenut: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Hof van Beroep te Gent – il-Belġju – Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(3), (4) u (5) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21) – Prinċipju ta’ stampa vera u ġusta – Akkwist minn kumpannija ta’ attiv importanti b’xejn – Impossibbiltà li jiġi inkluż il-valur tal-akkwist fil-kontijiet tagħha, bir-riżultat li tingħata stampa qarrieqa tal-patrimonju, tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-qligħ u tat-telf tal-kumpannija

Dispożittiv

L-Artikolu 2(3) sa (5) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu [44(2)(g) KE] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jimponix fuq kumpannija li takkwista attiv b’xejn li tinkudi fil-kontijiet annwali tagħha l-valur reali tiegħu.


(1)  ĠU C 46, 16.02.2013.