13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Elisabetta Gentile vs Ufficio Finanziario della Direzione Ufficio Territoriale di Tivoli et

(Kawża C-499/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Neċessità ta’ relazzjoni mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2013/C 108/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Tivoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elisabetta Gentile

Konvenuti: Ufficio Finanziario della Direzione Ufficio Territoriale di Tivoli, Fabrizio Penna, Gianfranco Di Nicola

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Tivoli — Interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, moqri flimkien mal-Artikolu 6 TUE u mal-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Għajnuna legali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-remunerazzjoni tar-rappreżentant legali jitnaqqsu bin-nofs meta l-klijent jingħata l-għajnuna legali

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex kompetenza sabiex tirrispondi għad-domandi mressqa mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja).


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.