7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tad-Debreceni Munkaügyi Bíróság- l-Ungerija) – Nagy Sándor (C-488/12) vs Hajdú-Bihar Megyei Kormányhivatal, Lajos Tiborné Böszörményi (C-489/12), Róbert Gálóczhi-Tömösváry (C-490/12), Magdolna Margit Szabadosné Bay (C-491/12) vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal u Józsefné Ványai (C-526/12) vs Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal

(Kawżi magħquda C-488/12 sa C-491/12 u C-526/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

2014/C 102/03

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawżi prinċipali

Rikorrenti: Nagy Sándor (C-488/12), Lajos Tiborné Böszörményi (C-489/12), Róbert Gálóczhi-Tömösváry (C-490/12), Magdolna Margit Szabadosné Bay (C-491/12) Józsefné Ványai (C-526/12)

Konvenuti: Hajdú-Bihar megyei Kormányhivatal (C-488/12), Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal (C-489/12, C-490/12, C-491/12), Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal (C-526/12)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Debreceni Munkaügyi Bíróság – Interpretazzjoni tal-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Tkeċċija mhux ġustifikata – Tkeċċija mingħajr raġuni invokata – Uffiċjal ta’ korp tal-amministrazzjoni pubblika li tkeċċa abbażi ta’ dispożiżzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-istatus tal-uffiċjali

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija).


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.