3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/51


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 — Veolia Acqua Compagnia Generale delle Acque srl, fi stralċ vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-436/12 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia)

2013/C 225/91

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Veolia Acqua Compagnia Generale delle Acque srl, fi stralċ (rappreżentanti: A. Vianello, A. Bortoluzzi u A. Veglianiti, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u D. Grespan, aġenti), Ir-Repubblika Taljana

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-12 ta’ Lulju 2012, Compagnia Generale delle Acque vs Il-Kummissjoni (T-264/00), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ piżijiet socjali (ĠU L 150, p. 50) — Effett fuq il-kummerċ intra-Komunitarju — Effett fuq il-kompetizzjoni — Portata tal-istħarriġ — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Veolia Acqua Compagnia Generale delle Acque srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 379, 8.12.2012.