21.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio — l-Italja) — Sky Italia Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Commissione di Garanzia dell’Attuazione della Legge sullo Sciopero nei Servizi Pubblici Essenziali

(Kawża C-376/12) (1)

(Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 12 - Taxxi amministrattivi imposti fuq impriżi fis-settur ikkonċernat - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għall-ħlas ta’ taxxa maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż funzjonali tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali)

2013/C 377/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sky Italia Srl

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Commissione di Garanzia dell’Attuazione della Legge sullo Sciopero nei Servizi Pubblici Essenziali

Fil-preżenza ta’: Television Broadcasting System SpA, Wind Telecomunicazioni SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) — Taxxi amministrattivi imposti fuq l-impriżi — Leġiżazzjoni li tipprovdi li l-ispejjeż kollha tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li ma humiex iffinanzjati mill-Istat, għandhom jinqasmu bejn l-impriżi fis-settur ikkonċernat skont id-dħul riċevut minn dawn tal-aħħar minn bejgħ ta’ merkanzija jew minn provvisti ta’ servizzi rilevanti

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-impriżi li jipprovdu servizz jew netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi huma suġġetti għal taxxa, maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż kollha sostnuti mill-awtorità regolatorja nazzjonali u li ma humiex iffinanzjati mill-Istat, li l-ammont tagħha jiġi ddeterminat skont id-dħul riċevut minn dawk l-impriżi, bil-kundizzjoni li dik it-taxxa tkun maħsuba esklużivament sabiex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet msemmija fil-paragrafu (1)(a) ta’ dik id-dispożizzjoni, li d-dħul kollu miksub mill-imsemmija taxxa ma jeċċedix l-ispejjeż kollha marbuta ma’ dawk l-attivitajiet u li dik l-istess taxxa tinqasam bejn l-impriżi b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012.