3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/46


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 — Mizuno KK vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-341/12 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra “G” u ż-żewġ simboli tas-sess maskili u femminili - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra “G” u s-simbolu “+” - Rifjut ta’ reġistrazzjoni mill-Bord tal-Appell)

2013/C 225/79

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mizuno KK (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2012, Mizuno vs UASI — Golfimo (G) (T-101/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 821/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mizuno KK u Golfino AG — Sinjal figurattiv li jinkludi l-ittra “G” u ż-żewġ simboli tas-sess maskili u femminili — Probbabiltà ta’ konfużjoni ma’ trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra “G” u s-simbolu “+” — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Mizuno KK hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287, 22.9.2012