|
13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/11 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de Benidorm — Spanja — Concepción Maestre García vs Centros Comerciales Carrefour SA
(Kawża C-194/12) (1)
(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leave annwali ffissat mill-impriża li jikkoinċidi ma’ leave tal-mard - Dritt li l-leave annwali jittieħed f’perijodu ieħor - Kumpens finanzjarju għal leave annwali mhux meħud)
2013/C 108/21
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de Benidorm
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Concepción Maestre García
Konvenuta: Centros Comerciales Carrefour SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social de Benidorm — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) — Dritt għal-leave annwali mħallas — Ħaddiem fuq leave tal-mard matul il-perijodu tal-leave annwali ffissat mill-impriża — Dritt tal-ħaddiem li jibbenefika mil-leave f’perijodu ieħor
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix id-dritt lil ħaddiem li jinsab fuq leave tal-mard matul il-perijodu ta’ leave annwali ffissat unilateralment fil-kalendarju tal-leave tal-impriża fejn huwa impjegat, wara li jispiċċa l-leave tal-mard, milli jibbenefika mil-leave annwali tiegħu f’data oħra li ma hijiex dik iffissata inizjalment, fil-każ preżenti barra mill-perijodu ta’ riferiment korrispondenti, għar-raġunijiet marbuta mal-produzzjoni jew mal-organizzazzjoni tal-impriża. |
|
(2) |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li, matul it-tul tal-kuntratt ta’ xogħol, il-perijodu ta’ leave annwali li l-ħaddiem ma setax jibbenefika minnu minħabba f’inkapaċità li jaħdem jiġi ssostitwit b’kumpens finanzjarju. |