|
6.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/5 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċizjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Zakopanem — il-Polonja) — proċeduri kriminali kontra Wojciech Ziemski, Andrzej Kozak
(Kawża C-31/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assenza ta’ deskrizzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali - Inammisibbiltà manifesta)
2013/C 101/10
Lingwa tal-proċedura: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Zakopanem
Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali
Wojciech Ziemski, Andrzej Kozak
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Rejonowy w Zakopanem — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “regolament tekniku” li jinsab fl-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8) — Obbligu ta’ Stat Membru li jikkomunika lill-Kummissjoni kull abbozz ta’ regolament tekniku — Liġi ta’ Stat Membru dwar il-logħob tal-ażżard
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Zakopanem (il-Polonja), b’deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 2012, hija manifestament inammissibli.