13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 — Abbott Laboratories vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-21/12 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Sinjal verbali “RESTORE” - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Dritt għal smigħ - Regolament (KE) Nru207/2009 - Artikoli 7(1)(b) u (c), et 75, it-tieni sentenza - Ugwaljanza fit-trattament)

2013/C 108/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Abbott Laboratories (rappreżentant: R. Niebel, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tal-15 ta’ Novembru 2011, Abbott Laboratories vs UASI (T-363/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1560/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RESTORE bħala trade mark Komunitarja — Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u kif ukoll tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru distintiv tas-sinjal verbali RESTORE

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud

(2)

Abbott Laboratories hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 98, 31.03.2012.