14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Isdin, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Bial-Portela & Ca SA
(Kawża C-597/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR - Trade mark verbali preċedenti ZEBINIX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 367/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Isdin, SA (rappreżentanti: G. Marín Raigal u P. López Ronda, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent), Bial-Portela & Ca, SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-366/11, Bial-Portela & Ca, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni R 1212/2009-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-6 ta’ April 2011, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta l-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “ZEBENIX”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 42, kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “ZEBEXIR”, għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni
Dispożittiv
(1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Ottubru 2012, Bial-Portela vs UASI — Isdin (ZEBEXIR) (T-366/11), hija annullata. |
(2) |
Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |