22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 — Koninklijke Wegenbouw Stevin BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-586/12 P) (1)

(Appell - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum tat-toroq - Iffissar tal-prezz bl-ingrossa tal-bitum tat-toroq - Iffissar ta’ tnaqqis lill-kostrutturi tat-toroq - Prova - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Ġurisdizzjoni sħiħa - Proporzjonalità tal-multa - Stħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2014/C 52/36

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Koninklijke Wegenbouw Stevin BV (rappreżentant: E. Pijnacker Hordijk, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Ronkes Agerbeek, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012, Koninklijke Wegenbouw Stevin vs Il-Kummissjoni (T-357/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors li kellu bħala suġġett, prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lill-appellanti, u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha permezz tal-imsemmija deċiżjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Koninklijke Wegenbouw Stevin BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 71, 09.03.2013.