26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ April 2014 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-559/12 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna fil-forma ta’ garanzija impliċita illimitata favur La Poste li tirriżulta mill-istatus tagħha ta’ entità pubblika - Eżistenza tal-garanzija - Preżenza ta’ riżorsi tal-Istat - Vantaġġ - Oneru u livell tal-prova))

2014/C 159/10

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas, J. Gstalter u J. Bousin, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2012, Franza vs Il-Kummissjoni (T — 154/10) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-Repubblika Franċiża li kellu bħala suġġett l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/605/UE, tas-26 ta’ Jannar 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/07 (eks E 15/05) mogħtija minn Franza lil La Poste (ĠU L 274, p. 1) – Għajnuna allegatament implementata minn Franza taħt forma ta’ garanzija impliċita illimitata favur La Poste li tirriżulta mill-istatus tagħha ta’ stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali – Stabbiliment li ma huwiex kopert mid-dritt ordinarju dwar l-amministrazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi f’diffikultà – Eżistenza ta’ vantaġġ – Eżistenza ta’ trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat – Oneru u livell tal-prova – Assimilazzjoni tal-kundizzjonijiet sabiex Stat jinżamm responsabbli ma’ mekkaniżmu ta’ garanzija

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 02.02.2013